Jista' l-Ministru jordna li jittieħdu passi serji u permanenti sabiex ir-rimedju li jiġi applikat fi Triq Żejtun Marsaxlokk, u cioè sabiex il-manhole li hemm quddiem il-Kappella lil San Pietru, ikun wieħed dejjiemi stante illi l-inkonvenjent huwa wieħed serju?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se ssewwi din it-tappiera (manhole) fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jordna li jittieħdu dawk il-passi neċessarji u opportuni sabiex tinstab soluzzjoni għal-leakage ta' ilma li hemm fi Triq Żejtun Marsaxlokk stante li dan l-ilma qed jispiċċa f'garaxx privati u qed jikkawża ħsarat konsiderevoli?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-leakage ta’ l-ilma fi Triq Żejtun Marsaxlokk issewwa.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33769 u jgħid kemm għandu shares jew kemm huwa involut bħala shareholder il-Gvern Malti f'kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn differenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011
a) Il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) n-numru ta’ nies jaħdmu
full-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika;
ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol
part-time
bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika;
d) in-numru ta’ nies jaħdmu
part-time
, nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011:
a) kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol, dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘il fuq minn 25 sena għalihom kif ukoll nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) kemm kienet il-popolazzjoni tal-eta’ tax-xogħol, nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-età, ie dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘il fuq minn 25 sena;
ċ) ir-rata ta’ attività, il-forza lavorattiva totali (
labour force
) bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-età tax-xogħol kif ukoll il-forza lavorattivi tal-irġiel bħal persentaġġ tal-irġiel tal-età tax-xogħol u il-forza lavorattivi tan-nisa bħal persentaġġ tan-nisa tal-età tax-xogħol; u
d) in-numru ta’ nies inattivi, nisa għalihom u rġiel għalihom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 il-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Occupational Risk Assessments tal-Korporazzjoni Enemalta li kienet obbligata bil-liġi li timxi magħha skont il-proċeduri stabbiliti dwar ħruq u disposal tal-Mercaptan peress li l-Att 27 tas-sena 2000 u l-Avviż Legali 36 tas-sena 2003 jeżiġu li assessment simili suppost issir minn persuna kompetenti kif ipprovdut minn dawn ir-regolamenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Method Statement u Standard Operating Procedure tal-Enemalta rigward il-kimika mercaptan
Question
Jista' l-Ministru jippublika il-method statement u l-standard operating procedure tal-Korporazzjoni Enemalta, kif għandha tiġi trasportata, handled u meqruda l-kimika tal-Mercaptan skont l-Avviż Legali 353 tas-sena 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru, permezz tal-Korporazzjoni Enemalta, jagħti lista mingħajr ismijiet tal-ħaddiema li kienu responsabbli għas-superviżjoni tad-disposal tal-kimika mercaptan u tagħti d-dettalji dwar it-taħriġ li dawn ingħataw jekk qatt irċevietx taħriġ simili?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Micro Invest tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-iskema MicroInvest għenet lil 1,045 sid ta’ negozju Malti u Għawdxi li jħaddmu anqas minn għaxra min-nies biex jinvestu sabiex jirrenovaw, jespandu u jiżviluppaw il-kumpaniji tagħhom, u possibilment ifittxu swieq ġodda, liema skema qed tiġi estiża għal sena oħra.
L-Iskema tnediet fil-Baġit 2010 bħala waħda mill-inizjattivi meħudha bħala parti mill-ħidma tal-Gvern biex jixpruna l-ekonomiji fl-eqqel tal-kriżi ekonomika u internazzjonali u b’hekk titħares il-kompetittività tas-sidien ta’ negozji żgħar u tal-postijiet tax-xogħol. Filwaqt li oriġinarjament kienet intiża li tagħlaq fl-aħħar ta’ Marzu 2012, fil-Baġit 2012 il-Gvern estenda din l-iskema għal sena oħra biex aktar sidien ta’ negozji jgawdu minnha.
Dan qed iħalli r-ri¿ultati għaliex dawn l-1,045 sid ta’ negozji investew bejniethom aktar minn €17.3 miljun. Billi l-iskema tipprovdi tnaqqis mit-taxxa anke għal min joħloq post tax-xogħol, din l-iskema wasslet għal ħolqien ta’ 242 post tax-xogħol b’mod dirett. Dan ma jinkludix postijiet tax-xogħol li nħolqu b’riżultat tal-espansjoni fin-negozju megħjuna permezz ta’ din l-iskema, li għaliha applikaw aktar minn 230 negozju li joperaw f’Għawdex.
Dettalji skont in-NACE mhumiex disponibbli
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-valur miżjud tal-Korporazzjoni Enemalta għal fini ta' kumpilazzjoni tal-Prodott Gross Domestiku jiġi klassifikat taħt sezzjoni D tan-Nace Rev. 2? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur miżjud, il-kumpens lill-ħaddiema u l-qliegħ nett fuq l-operat ta' sezzjoni D tal-PGD għal kull kwart tas-sena mill-2005 sal-2011? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur miżjud, il-kumpens lill-ħaddiema u l-qligħ nett fuq l-operat tal-Korporazzjoni Enemalta hekk kif stmat fil-PGD għal kull kwart tas-sena mill-2005 sal-2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li peress li l-Korporazzjoni Enemalta żżomm kontijiet separati għall-ġenerazzjoni u distribuzzjoni ta’ elettriku, u għall-importazzjoni ta’ fjuwils u gass, huwa possibbli li l-informazzjoni ta’ din l-entità tkun klassifikata skont il-funzjoni speċifika għall-finijiet ta’ statistika, inkluż il-Prodott Domestiku Gross.
Fil-fatt, il-Korporazzjoni Enemalta fin-NACE Rev.2 hija kklassifikata skont il-funzjonijiet differenti kif spjegat hawn taħt:
- NACE Sezzjoni D: Ġenerazzjoni u Distribuzzjoni tal-Elettriku
- NACE Sezzjoni G: Importazzjoni ta’ Fjuwils u Gass
Peress li fis-Sezzjoni D tan-NACE Rev.2 hemm biss il-Korporazzjoni Enemalta, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jistax jiżvela aktar dettalji minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, u konformi mal-Att tal-2000 dwar l-Awtorità Maltija tal-Istatistika (MSA).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li kellhom kontijiet domestiċi li s-servizz tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom kienu sospiżi min-naħa tal-ARMS Ltd minħabba kontijiet pendenti bejn Settembru 2011 u April 2012? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provista tal-elettriku u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
kumpaniji, lukandi, u fabbriki — qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, lukandi, u fabbriki li l-gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux l-kontijiet bejn Settembru 2011 u April 2012? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti ta’ dawn il-kumpaniji, lukandi u fabbriki tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provvista tal-elettriku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid minn Mejju 2011 sa’ April 2012 kemm kienu dawk li kellhom kontijiet domestiċi li rċevew notifika uffiċjali min-naħa tal-ARMS Ltd li kienu se jissospendulhom il-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom jekk ma jħallsux l-ammont mitlub fi żmien għaxart ijiem u kemm ircevew it-tieni notifika ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kontijiet domestiċi li bejn Mejju 2011 u April 2012 rċevew notifika uffiċċjali min-naħa tal-ARMS Ltd dwar sospensjoni tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom jammonta għal-54,380.
Dawn in-notifiki jitolbu għall-ħlas tal-ammonti dovuti u li fl-eventwalita’ li dawn ma jitħallsux l-ewwel tinħareġ it-tieni notifika, u mbagħad tiġi sospiża l-provista tal-elettriku.
In-numru ta’ kontijiet domestiċi li rċevew it-tieni notifika uffiċjali min-naħa tal-ARMS Ltd fil-perjodu bejn Mejju 2011 u April 2012 jammonta għal
4,342
.
Dawn it-tieni notifika m’humiex neċessarjament relatati kollha mal-ammont ta’ 54,380.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma tal-kopja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li tgħix bir-relief u tkun tixtieq li tirċievi dan il-kont regolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata anzjana lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li l-kont ġie għoli ħafna u jidher li hemm xi żball fir-reading?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-kuntrattur privat li tqabbad biex jaħraq il-mercaptan f’isem il-Korporazzjoni Enemalta? F’xi stadju jew ieħor, saru xi konsultazzjonijiet mal-WasteServ biex jiġu ddentifikati kuntratturi speċjalizzati f’dan il-qasam sensittiv u tekniku ħafna?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kuntrattur privat li tqabbad mill-l-Korporazzjoni Enemalta biex jaħraq il-mercaptan kien DDE Attard Co. Ltd.
Il-WasteServ ġiet mitluba mill-Korporazzjoni f’Novembru 2008 sabiex tiddisponi mill-mercaptan, u fuq talba tal-istess WasteServ, il-Korporazzjoni bagħtet il-
Material Safety Data Sheet
tal-mercaptan. F’Diċembru tal-2008, il-WasteServ infurmat lill-Enemalta illi ma kienx possibli li l-istess Wasteserv taħraq dan il-materjal.
Minn naħa tagħha l-WasteServ irrakkomandat lill-Korporazzjoni sabiex tiddiskuti ma’ kumpaniji privati bħal Greenskips, Environmental Services Ltd jew Spectco Co. Ltd.
Ninsab infurmat illi kemm Greenskips kif ukoll Spectco irrispondew fin-negattiv għat-talba tal-Enemalta, u għalhekk il-Korporazzjoni qabdet l-unika offerta li kellha, jiġifieri dik ta' DDE Attard Co. Ltd.
Malta Enterprise — ħidma mal-kumpanija SIB Laboratories
Question
Minkejja li l-Malta Enterprise ċaħdet li kellha xi kollaborazzjoni mal-Kumpanija SIB Laboratories Ltd mdaħħla fl-iskandu tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed tkompli tħalli lil din il-kumpanija ġġib il-logo antik tal-Malta Enterprise u l-link fil-website tagħha u tagħti l-impressjoni li hemm ħidma flimkien ma' din il-kumpanija?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Malta Enterprise diġà talbet formalment lil SIB Laboraties biex tneħħi il-logo u il-link tagħha minn fuq is-sit, liema talba ġiet injurata. Il-Malta Enterprise issa rriferiet il-każ lill-uffiċċju legali tagħha sabiex jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji fiċ-ċirkostanzi.
Kwestjonijiet bejn il-BOV u kumpaniji Periplo u SIB Laboratories
Question
Peress li l-gvern huwa shareholder fil-Bank of Valletta, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-gvern u mill-bank stess dwar tagħrif li ġabru l-maġistrati inkwirenti ta' Milan li fil-kompjuter tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, konsulent ta' wieħed mill-uffiċjali tal-Maugeri sabu tagħrif li l-Bank of Valletta biex il-kumpanija Periplo ta' Milan tgħaddi €15-il miljun lejn is-SIB Labortatories Ltd bħala parti mill-ħasil ta' flus li qed jiġu investgati bih uffiċjali tal-Maugeri?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.