Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar — estensjoni ta' skema

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità tad-Djar se testendi l-iskema li biha tista' tixtri darek mingħand il-gvern? Jikkunsidra li jiżdiedu l-bqija tal-ibliet tal-Port il-Kbir fl-iskema mill-aktar fis?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-iskema “ninvesti fid-dar tiegħi” ġewwa l-Kottonera se tkun estiża għal aktar żmien. Qed jiġi kkunsidrat ukoll illi din l-iskema tiġi estiża fil-bqija tal-lokalitajiet indikati mill-Interpellant u lokalitajiet oħra.

colostomy bags mogħtija bl-iskema V

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk pazjenti b'colostomy bags minħabba perforazzjoni tal-musrana b'Diverticulitis humiex intitolati għalihom bl-iskema V kif estiża wara emendi fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazjoni li rċevejna mill-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità, bis-saħħa ta’ emendi ġodda li għandhom kemm għaddew mill-Parlament dan l-aħħar, pażjenti b’Diverticulitis ser ikunu ntitolati għal colostomy bags taħt il-Ħames Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

Relief ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara x'ġara mir-relief tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, peress li għandha tieħu b'lura ta' tliet xhur minn Ġunju sa Settembru?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara jekk l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ilu jirreġistra imma mhu qed jieħu xejn, għandux dritt għall-għajnuna soċjali?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata se tiġi ikkuntattjata permezz tat-telephone minn uffiċċjal tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex jiġi spjegat lilha il-process sabiex wieħed japplika għall-għajnuna.

każ dwar pensjoni tar-romol

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt li tieħu l-pensjoni tar-romol peress li din applikat imma kemm-il darba ġiet infurmata li mhijiex intitolata għaliha?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

informazzjoni dwar familji li jieħdu d-disabled child allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji li jieħdu d-disabled child allowance kull lokalità separatament u kemm minnhom jieħdu wkoll iċ-children's allowance, children's allowance flat rate u foster care allowance? Jista' jagħti l-informazzjoni skont l-età u s-sess tat-tfal b'diżabiltà?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qed nissottometti fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Nota : Fl-ewwel tabella għandek issib statistika dwar il-familji li jirċievu Disabled Child Allowance, u hemm indikat x’benefiċċji tat-tfal oħra qegħdin jirċievu. Meta konna qegħdin niġbru l-istatistika sibna sitt familji li la qed jieħdu Children Allowance(CA) u lanqas Children Allowance Flat Rate (CAFR) għalkemm qed jieħdu Disabled Child Allowance. Dawn tlabna lista tagħhom u se nikkuntattjawhom. Rigward it-tieni lista din hi dwar tfal li jirċievu Disabled Child Allowance mqassma skont is-sess u l-età. Jekk wieħed iqabbel it-tabelli se jsib diskrepanzi fl-ammonti, dan għaliex jista' jkun li hemm familji b’iktar minn tifel/tifla waħda li jirċievu Disabled Child Allowance fl-istess familja.

foster families — childrens' allowance

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 31114 dwar iċ-children's allowance, jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-children's allowance tat-tfal in care jew foster care tibqax titħallas lill-ġenituri naturali jew lil xi ħaddieħor jew inkella titpoġġiex f'xi kont f'isem it-tfal jew b'diriġenti tad-djar residenzjali?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Allowance tat-tfal in care(dawk li jgħixu fil-homes), titħallas lid-dirigenti tad-djar residenzjali, waqt li l-allowance tat-tfal tal-foster care titħallas f’kont bankarju indikat lil persuna li tkun qed tieħu ħsieb it-tfal fostered.

Qorti — kontromandati

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' kontromandati li ntalbu minn dawk li kellhom mandati ta' sekwestru kontra tagħhom? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa mill-istess Qorti, u dan għall-perjodu Jannar - Diċembru 2011?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Risposta għall-Qorti Ċivili ta’ Malta: B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Membru fil-perjodu bejn Jannar – Diċembru 2011 kien hemm 1470 kontrosekwestri li minnhom: Akkordati – 1441 Akkordati limitatament – 10 Miċħuda – 10 Astjeniet (milli tieħu konjizzjoni) – 1 Rtirati/Kanċellati – 5 Pendenti – 3 Ma tinżammx statistika dwar min mill-partijiet ikun talab il-ħruġ tal-kontromandat. Risposta għall-Qorti ta’ Għawdex: Matul is-sena 2011 kienu preżentati tlieta u sebgħin ( 73 ) kontro mandat ta’ sekwestru li ntlaqgħu kollha kemm huma. Tali kontro mandati jinħarġu wara li jkun sar il-pagament oġġett tas-sekwestru relattiv jew inkella wara li jkun intlaħaq ftehim bejn il-partijiet. Ikun hemm każijiet ukoll – mhux ħafna – fejn issir garanzija bankarja mill-intimat. Inoltre matul l-istess żmien kienu preżentati erba’ ( 4 ) rikorsi ai termini tal-artikolu 836 tal-Kap.12 fejn intalbet ir-revoka ta’ mandati ta’ sekwestru kawtelatorji. Minn dawn, tnejn ( 2 ) intlaqgħu, wieħed ( 1 ) ġie miċħud filwaqt li l-ieħor għadu pendenti. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandati ta’ sekwestru eżekuttivi, ukoll fl-istess żmien, kien hemm tlett ( 3 ) rikorsi ai termini tal-artikolu 281 tal-Kap.12 fejn intalbet ir-revoka ta’ tali mandati. Tnejn ( 2 ) minn dawn ġew milqugħa parzjalment, filwaqt li l-ieħor ( 1 ) għadu pendenti. Ma tinżammx statistika dwar min mill-partijiet ikun talab il-ħruġ tal-kontromandat.

Single Parents li jieħdu ċ-children allowance

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li huma reġistrati li jieħdu ċ-children's allowance f'Malta, lokalità, lokalità? Kemm minn dawn il-persuni huma mniżżla bħala li huma single persons?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qed nissottometti fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. *Vide PL 9318 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa 29 ta' Frar 2012 f'Seduta 452

stallar ta' lift f'appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar studju biex jiġi stallat lift fl-appartamenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu sepatarament? Jekk iva, x'kien l-eżitu? Jekk le, jista' jsir mill-aktar fis?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar kienet irċeviet applikazzjoni taħt Skema V mir-residenti ta’ Flat li jagħmel parti minn blokk ta’ sitt appartamenti. Wieħed mir-regolamenti ta’ din l-iskema jesiġi li qabel ma tiġi sottomessa applikazzjoni, ir-residenti għandhom jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti tal-Blokk biex taċċetta r-responsabbilitajiet marbuta ma’ manutenzjoni tal-lift u tal-partijiet komuni u ħlas tal-konsum tal-elettriku u tat-telefon. Ir-residenti ta’ dan l-appartament ġew mitluba jiffurmaw din l-Assoċjazzjoni permezz ta’ ittra datata 28 ta’ Jannar 2010 u biex jikkuntattjaw l-Awtoritá meta din tiġi mwaqqfa u jiġi maħtur Rappreżentant. Jiena nfurmat li sal-lum l-Awtoritá tad-Djar ma rċevietx tweġiba għal dan u billi għadda ż-żmien mid-data ta’ din l-ittra u l-Iskema V ħaditilha postha l-Iskema ġdida E, tkun trid issir applikazzjoni ġdida permess ta’ din l-iskema tal-aħħar.

informazzjoni dwar ir-responsabbiltà ta' tiswija ta' appartamenti tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-responsabbiltà għat-tiswija ta' ħsarat f'soqfa ta' flats tal-gvern hux se tibda tiġi amministrata mill-kunsilli lokali? Jekk fl-affermattiv, minn meta? Dan jgħodd ukoll għal tiswija ta' periklu jew tal-komun f'kondominja tal-appartamenti li fil-biċċa l-kbira huma mikrija mill-gvern?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-awtorità se tibqa’ żżomm ir-responsabbiltà tal-manutenzjoni strutturali u straordinarja tal-proprjetajiet t’akkomodazzjoni soċjali.

informazzjoni dwar persuni li jieħdu non contributory disability pension

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jieħdu non contributory disability pension, kull lokalità separatament, kemm nisa u kemm irgiel skont l-età?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qed nissottometti fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

persuni li jieħdu pensjoni tal-invalidità kontributorja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jieħdu pensjoni tal-invalidità kontributorja, kull lokalità separatament? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma irgiel?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Ono. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li jieħdu pensjoni tal-invalidità sal-31 ta’ Jannar, 2012, hu ta’ 4545, minn dawn 1281 huma nisa u 3264 huma rġiel. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tiġbor fiha l-informazzjoni dwar kull lokalità kif mitluba minnha.

persuni li jieħdu non contributory blind pension

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jieħdu non contributory blind pension, kull lokalità separatament? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma irgiel skont l-età?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qed nissottometti fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Impjegati tal-EF language school — time in lieu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konformi mal-liġi industrijali li l-impjegati tal-language school EF jiġu mġiegħla jieħdu time in lieu għal kull siegħa żejda li jaħdmu b'żieda mal-ħinijiet normali tax-xogħol u b'hekk jirrinunzjaw għall-entitlement tagħhom għall-overtime?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjegati li jaħdmu overtime għandhom dritt li jitħallsu skont rata stipulata f’ xi liġi jew ftehim kollettiv applikabbli. Minn investigazzjoni li saret f’din l-intrapriża ma rriżultax li kien hemm xi mpjegati li kienu mġegħla jieħdu time in lieu flok jitħallsu overtime. Jekk l-Onor. Interpellant ghandu xi nformazzjoni specifika, jekk irid jista’ ghaddiha b’mod kunfidenzjali.

Applikazzjoni għall-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li minkejja li applika għall-pensjoni, jidher li hemm xi problemi fuq xi P3 tas-snin 1971 - 1973?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Children's Allowance

Question

Jista' l-Ministru jara kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ma rċevietx iċ-childrens' allowance minkejja li għadda ż-żmien?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Awtorità tad-Djar — soqfa tad-dar kundanati

Question

Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-file tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li għandha s-soqfa kkundannati u applikat għal post tal-housing?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

B'risposta għall-mistoqsija parlamentari 31358 ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2006 saret spezzjoni minn perit tal-Awtorità tad-Djar fl-indirizz minn fejn qed japplika l-individwu. L-indiviwu kien imħeġġeġ japplika taħt Skema tal-Awtorità tad-Djar u ġew anke elenkati x-xogħlijiet sabiex irrendi l-post abitabbli. L-individwu esprima x-xewqa li ma kienx jirranġa dan il-post. Peress li l-istock tal-postijiet huwa limitat ħafna, l-applikant huwa mħeġġa biex jikri mis-settur privat u jiġi ġewwa l-Awtorità tad-Djar u japplika għas-sussidju tal-kera dejjem jekk tkun konformi mal-kriterji tal-istess awtorità.

Persuna eleġibbli għar-refund tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna femminili ta' eta' ta' 26 sena u li tkun għaddiet minn proċess ta' separazzjoni b'kuntratt konsenswali u li fil-preżent tkun f'relazzjoni ma' persuna oħra ta' 33 sena bl-iskop ta' żwieġ wara li jsir l-annullament, jekk tixtri post fuq isimha biss (1st time buyer) u tħallas il-VAT fuq il-meljoralment li tagħmel fih, mhijiex eleġibbli għar-refund tal-VAT?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant Ii l-persuna konċernata tkun tista’ tibbenefika mill-iskema flimkien mal-għarus tagħha kif hija takkwista d-dritt legali li terġa tiżżewweġ, permezz ta’ annullament jew divorzju. Inkella, hija tkun tista’ tapplika bħala persuna waħedha wara li tkun għalqet it-30 sena.

Anzjani li bbenefikaw mill-għotja tal-Budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani 'l fuq minn 80 sena li bbenefikaw mill-għotja ta' €300 tal-budget?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor Interpellant li bħalissa qed isiru l-preparamenti kollha biex l-għotja ta’ €300 lill-anzjani ‘l fuq minn 80 sena mħabbra fid-diskors tal-budget, tingħata fl-iqsar żmien possibli.