Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Qawra — Trasport pubbliku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28128, peress li jidher li l-bidliet li seħħew ma indirizzawx b’mod effettiv id-diffikultajiet tar-residenti li joqogħdu fl-inħawi tal-Qawra, li għadhom iħossuhom mhux moqdija bis-servizz tat-trasport pubbliku kif qed jiġi pprovdut, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan is-servizz jiġi mtejjeb u jkun aktar effikaċi għal dawn ir-residenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni.

Il-Belt Valletta – Parkeġġi personalizzati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20907 u 25608 u jgħid kemm-il parkeġġ personalizzat hemm fil-Belt Valletta għall-użu ta’ entitajiet u karigi oħra? Jista' jgħid ukoll f’liema toroq jinsabu dawn il-parkeġġi u min jista’ jużahom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-parkeġġi personalizzati u ċjoè bin-numru tar-reġistrazzjoni immarkata fil-Belt Valletta huwa ta’ 76.

Karozzi b’livell ta’ tint iktar minn dak permessibbli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24459 u 25610 u jgħid kemm instabu karozzi li kellhom livell ta’ tint iktar minn dak permessibbli matul it-test tal-VRT? Jista' jgħid ukoll kemm saru checkups għall-istess raġuni fuq karozzi li jkunu waslu Malta qabel jinbiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2024, matul it-test tal-VRT, nstabu 942 vettura b’livell ta’ tint li jaqbeż il-limitu permissibbli. Ta’ min jinnota li dan in-numru jista’ jinkludi wkoll vetturi li waslu f’Malta qabel inbiegħu, peress li dawn ukoll huma soġġetti għat-test tal-VRT qabel jiġu rreġistrati f’Malta.

Għawdex – Trasport Pubbliku — Żidiet ta’ rotot u frekwenza

Question

B’referenza għaż-żidiet u aktar frekwenza ta' rotot ġewwa Malta li tħabbru f'dawn l-aħħar ġimgħat, jista’ l-Ministru jgħid liema rotot ġodda żdiedu ġewwa Għawdex u liema rotot żdiditilhom il-frekwenza ġewwa Għawdex?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sa issa ma kien hemm l-ebda tibdil fin-network tat-trasport pubbliku ġewwa Għawdex. Il-pjan huwa li l-bidliet jibdew jiġu implimentati aktar tard din is-sena. Tajjeb wieħed ifakkar li fil-20 t’April ġiet introdotta rotta ġdida bin-numru X300, li topera bejn iċ-Ċirkewwa u l-Belt Valletta. Din ir-rotta tagħmel użu mill- bypasses sabiex il-vjaġġi jkunu l-iqsar possibbli.

Reshaping our Mobility — Skemi rigward grants għal xiri ta’ muturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li joħorġu l-iskemi li tħabbru rigward grants għal xiri ta’ muturi, bħala parti mill-miżuri ‘Reshaping our Mobility’?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-iskema diġà ħarġet.

Reshaping our Mobility — Skemi rigward grants għal scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li joħorġu l-iskemi li tħabbru rigward grants għal scooters, bħala parti mill-miżuri ‘Reshaping our Mobility’, kemm taħt l-iskema ‘Scooter Shift Grant’ kif ukoll taħt ‘Be the Change 17+’?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi msemmija ser joħorġu tul il-perjodu ta' implementazzjoni tal-inizzjattiva Reshaping Our Mobility.

Rotta numru 88

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-medja tat-tul ta’ ħin tal-vjaġġ tar-rotta numru 88, kemm mill-Belt Valletta għall-Ajruport, kif ukoll mill-Ajruport għall-Belt Valletta, għal kull ġimgħa mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġimgħa ta’ qabel tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-19 ta’ April 2025, ir-rotta numru 88 kienet qed isservi r-rotta bejn il-Belt Valletta u l-Gudja, u mhux bejn il-Belt Valletta u l-Ajruport, u viċi versa. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba tista’ tingħata biss mill-20 ta’ April 2025 ’il quddiem. Il-ħin medju tat-traġitt bejn il-Belt Valletta u l-Ajruport, li fih 33 waqfa (bus stops), u viċi versa, bejn il-21 ta’ April 2025 u d-9 ta’ Mejju 2025 kien kif indikat fit-tabella hawn taħt: Ġimgħa Traġitt Ħin Medju Tat-Traġitt Minn Sa Minn Sa 21/04/2025 27/04/2025 Valletta Ajruport 00:53 Ajruport Valletta 00:48 28/04/2025 04/05/2025 Valletta Ajruport 00:56 Ajruport Valletta 00:47 05/05/2025 09/05/2025 Valletta Ajruport 00:57 Ajruport Valletta 00:49

Rotta numru 88

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ma ħarġitx il-karozza tal-linja tar-rotta numru 88, kemm mill-Belt Valletta għall-Ajruport, kif ukoll mill-Ajruport għall-Belt Valletta, f’kull ġimgħa mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġimgħa ta’ qabel tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 28280 rigward it-traġitt tar-rotta numru 88. L-affidabbiltà medja tar-rotta bejn il-Belt Valletta u l-Ajruport, u viċi versa, bejn il-21 ta’ April 2025 u d-9 ta’ Mejju 2025 kienet kif indikat fit-tabella segwenti: Ġimgħa Traġitt % Medju ta Affidabbiltà Minn Sa Minn Sa 21/04/2025 27/04/2025 Valletta Ajruport 99% Ajruport Valletta 99% 28/04/2025 04/05/2025 Valletta Ajruport 100% Ajruport Valletta 99% 05/05/2025 09/05/2025 Valletta Ajruport 96% Ajruport Valletta 97%

Rotta numru 88

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba, il-karozza tal-linja tar-rotta numru 88 kienet iżjed minn ħames minuti tard fit-tluq tagħha, kemm mill-Belt Valletta għall-Ajruport, kif ukoll mill-Ajruport għall-Belt Valletta, f’kull ġimgħa mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġimgħa ta’ qabel tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 28280 rigward it-traġitt tar-rotta numru 88, ninfurmah li l-puntwalita’ medja tar-rotta bejn il-Belt Valletta u l-Ajruport, u viċi versa, bejn il-21 ta’ April 2025 u d-9 ta’ Mejju 2025 kienet kif indikat fit-tabella segwenti: Ġimgħa Traġitti % Medju ta Puntwalita Minn Sa Minn Sa 21/04/2025 27/04/2025 Valletta Ajruport 95% Ajruport Valletta 96% 28/04/2025 04/05/2025 Valletta Ajruport 84% Ajruport Valletta 80% 05/05/2025 09/05/2025 Valletta Ajruport 86% Ajruport Valletta 84%

Malta u Għawdex — Swimming Zones

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28110, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu u li issa ġiet referuta lilu u jgħid meta hu mistenni li jiġu mmarkati s-swimming zones differenti li għandna madwar Malta u Għawdex, kif ukoll meta hu mistenni li s-slielem li jagħtu aċċess għall-baħar jitpoġġew f’posthom, b’mod partikulari fl-inħawi fejn hu magħruf li jkun hemm anzjani li jiffrekwentaw l-inħawi għall-għawm?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bl-eċċezzjoni ta’ Kemmuna, fejn iż-żoni għall-għawm ġew implimentati fis-26 t’April, iż-żoni l-oħra ser jibdew jiġu implimentati mill-20 ta’ Mejju ’l quddiem, b’mod progressiv. Min-naħa tat-TZRA dawn jagħtu servizz lil MTA biex jintramaw il-bajjiet bil-walkways, slielem, bridges, showers, waste bins (blue flag beaches biss) etc.

Pembroke Park & Ride – manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-Park & Ride ta’ Pembroke jiġi miżmum aħjar billi jitneħħew strutturi żejda u jinżebgħu l-linji ta’ parkeġġ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ser tkun qiegħda tara x’hemm meħtieġ f’dan is-sit.

Ħaż-Żabbar – Triq San Leonardu – Charging station

Question

Jista’ l-Ministru jara li ċ-charging station li hemm fi Triq San Leonardu, f’Ħaż-Żabbar (li tidher li ser taqa’), tiġi rranġata urġentement?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Birżebbuġa/Żurrieq/Luqa/Gudja — Vjal l-Avjazzjoni/Triq Ħal Far - Rotot alternattivi għall-vetturi tal-protezzjoni ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jelenka r-rotot alternattivi li l-vetturi tal-protezzjoni ċivili tal-istazzjon ta’ Ħal Far jistgħu jużaw fil-21 u fit-22 ta’ Mejju meta Vjal l-Avjazzjoni/Triq Ħal Far, f’Birżebbuġa/Żurrieq/Luqa/Gudja ser tkun magħluqa minħabba xogħlijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm qbil mal-kuntrattur li se jkun qed jagħmel ix-xogħlijiet li, f’każijiet t’emerġenza l-vetturi msemmija għandhom jitħallew jgħaddu.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma rċevejt l-ebda rigal uffiċjali.

Awtorità tat-Trasport — Safety audits ta’ proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26587 u 27207 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti ġewwa Għawdex u Malta li għalihom saret talba lill-Awtorità tat-Trasport għal safety audit sal-aħħar ta’ Frar 2025? F’liema minn dawn saru rakkomandazzjonijiet għat-titjib neċessarju, liema minnhom twettqu u liema minnhom għadhom ma twettqux?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Ta’ Xbiex — Binja illegali max-xatt

Question

Fid-dawl tas-sentenza maħruġa mill-Qorti tal-Appell li annullat il-permess tal-ippjanar maħruġ lil Transport Malta għall-proġett massiv ta’ uffiċini u ristorant max-xatt ta’ Ta’ Xbiex fuq art pubblika, jista’ l-Ministru jgħid jekk, sussegwentement, ġewx sottomessi applikazzjonijiet biex tiġi ssanzjonata parti mill-istruttura, kif ukoll applikazzjoni ta’ Planning Control bl-iskop li jinbidlu r-regolamenti tal-ippjanar fl-inħawi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Qormi – Triq Antonio Muscat Fenech – Linji sofor

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li linji sofor li kien hemm fi Triq Antonio Muscat Fenech, Ħal Qormi quddiem l-indirizz li qed jingħata separatament sarux bil-permess ta’ Transport Malta? Jista’ jgħid ukoll jekk Kunsill Lokali għandux dritt ineħħi dawn il-linji mingħajr ma jikseb approvazzjoni minn Transport Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-marki ġew awtorizzati minn Transport Malta wara applikazzjoni mill-Kunsill Lokali. Sabiex tali marki jiġu mneħħija, huwa meħtieġ li l-Kunsill Lokali jikseb awtorizzazzjoni minn Transport Malta.

Double yellow lines bejn bieb ta’ garaxx u parking bay

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu jkun hemm spazju (clearance) f’metri, bejn bieb ta’ garaxx u parking bay li tkun faċċata tal-bieb tal-garaxx u f’liema każijiet jitqiegħdu linji doppji sofor (double yellow lines) faċċata tal-bieb ta’ garaxx residenzjali (opposite side of the road)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-miżuri relatati mal-aċċess għal garaxxijiet huma regolati skont ir-Regolament 77 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 65.11.