Qawra – Triq it-Turisti – tiswijiet
Question
Jista’ l-Ministru jikkunsidra li jsiru t-tiswijiet, bħal major patching, li hemm bżonn fi Triq it-Turisti fil-Qawra, li hija triq li minnha ta’ kuljum jgħaddu għexieren ta’ karozzi tal-linja u mijiet ta’ karozzi privati u ilha minsija għal ħafna snin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Fil-fatt, din l-aġenzija li twaqqfet fis-sajf diġa ħabbret l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid is-sena d-dieħla. It-triq indikata hija fil-fatt waħda mit-toroq inklużi f’din l-ewwel lista ta’ xogħlijiet għas-sena d-dieħla. Sejħiet oħra għax-xogħol meħtieġ għall-bini ta’ aktar toroq madwar il-pajjiż ser jitħabbru fiż-żmien li ġej.
L-aġenzija ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.