Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda membru appuntat fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni.
Naturalment din ir-risposta m’għandiex tinqara bi ħsara għall-istanzi fejn il-liġi innifisha tobbliga lill-Ministru li jaħtar Segretarju Permanenti b’mod ex officio.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kellhom il-Gvernijiet Lokali (Kunsilli Lokali) ġewwa l-lokalitajiet ta' Għawdex (b'mod individwali) sabiex jintramaw/jitwaqqfu tower cranes fuq siti ta' kostruzzjoni u f'toroq residenzjali fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk jitħallsux xi miżati lill-kunsilli lokali talli jokkupaw parti minn triq biex joperaw it-tower crane u jekk iva, kemm mill-ewwel tas-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab elenkata fit-tabella indikata hawn taħt.
2020
2021
2022
2023
2024 (Jannar-Marzu)
Lokalità
Kemm-il talba kien hemm
€
Kemm-il talba kien hemm
€
Kemm-il talba kien hemm
€
Kemm-il talba kien hemm
€
Kemm-il talba kien hemm
€
Rabat G
Nil
Nil
Nil
1
1,860
1
1,365
Il-Fontana
Nil
Nil
4
1,830
Nil
Nil
Għajnsielem
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
L-Għarb
Nil
Nil
1
160
Nil
Nil
L-Għasri
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Ta’ Kerċem
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Il-Munxar
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
In-Nadur
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Il-Qala
Nil
Nil
1
30
Nil
Nil
San Lawrenz
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Ta’ Sannat
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Ix-Xagħra
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Ix-Xewkija
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Iż-Żebbuġ
Nil
Nil
1
90
Nil
Nil
Xagħra, Għawdex – Triq ta’ Karkar – Sejħa għal xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13618 fejn intqal li 'l-Kunsill Lokali tax-Xagħra ħareġ tender TXLC/04/2023 Works – Resurfacing of Triq Mannar/Għejjun Junction with Hot rolled Asphalt and resurfacing of small stretch of Triq Karkar, Xagħra (up to base course only) in a resource efficient manner.' jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar din is-sejħa, peress li f'dawn l-aħħar disa' snin sar ħafna bini fi Triq ta' Karkar u hi bla wiċċ u tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra għaddej bid-diskussjonijiet mal-Ministeru għal Għawdex.
San Ġiljan — Palazz Spinola - Ċentru ċiviku u one stop shop
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-Kunsill Lokali San Ġiljan biex il-Palazz Spinola jkun devolut lill-kunsill biex dan jagħmlu ċentru ċiviku u one stop shop għal diversi entitajiet?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali – Mobile jew Telephone Line Allowances
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fis-Segretarjat tagħha għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?
Kirkop/Safi — Triq l-Industrija/Triq Carmelo Caruana – Wiċċ tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16988, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, u jara li l-wiċċ eżistenti tat-triq fi Triq l-Industrija / Triq Carmelo Caruana, Kirkop / Safi quddiem id-daħla għall-Barracks tal-Forzi Armati ta' Malta jinbidel għax 'slippery', speċjalment meta tagħmel ix-xita, għax qed jikkaġuna diversi inċidenti għax qed jiskidjaw il-karozzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi b’mod iktar preċiż għal liema triq jew parti tat-triq qed jirreferi sabiex inkun nista’ nitlob l-informazzjoni rikjesta lill-Kunsill Lokali inkwistjoni.
Iż-Żurrieq – Misraħ ir-Repubblika – Xogħol fil-pjazza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għal Misraħ ir-Repubblika, iż-Żurrieq u jekk din il-pjazza hux ġejja 'pedestrian priority area' jew hux ser jibqa’ għaddej it-traffiku kif inhu illum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' pavimentar hemm il-ħsieb li jsir? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti proposti kif ukoll stima ta' kemm ġej jiswa x-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li l-proġett tal-Misraħ ir-Repubblika ser jkun qed jagħmlu l-istess kunsill. Nikkonferma li l-pjan tal-kunsill hu li filwaqt li l-pjazza tkun pedestrian priority, tkun aċċessibbli għar-residenti u emerġenzi biss. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti proposti għal dan il-proġett filwaqt li ninsab infurmat wkoll li l-ewwel stima saret xhur ilu u li tista’ tvarja, kienet tlaħħaq is-somma ta’ €485,722.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' trasferiment tal-Batterija tal-Qolla l-Bajda lill-NGO Din l-Art Ħelwa, u li tinsab fi stat dilapidat, b'riskju serju u reali li l-ħsara tkun waħda irreparabbli?
Response (BONNICI, OWEN)
Bla ħsara għall-fatt li l-proprjetà de quo mhijiex fil-pussess tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, irrid nispjega lill-Onor. Interpellant b’mod ġenerali li l-proċess ta’ għoti ta’ proprjetà tal-Gvern lil xi NGO b’titolu ta’ guardianship deed mhuwiex awtomatiku, fis-sens li mhux kull min jitlob li jieħu l-pussess ta’ proprjetà tal-Gvern jieħu l-pussess b’mod awtomatiku ta’ dik il-proprjetà li jkun qed jitlob u kull talba tiġi evalwata fuq il-merti tagħha.
PBS — Direct orders fl-2023 u 2024 - Nefqa għal refurbishment ta’ studios
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’direct orders fl-2023 u fl-2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, mill-Public Broadcasting Services (PBS) għal refurbishment ta’ studios? Jista’ jgħid ukoll meta u lil min ingħataw tali direct orders, wieħed wieħed?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-PBS li kull nefqa li għamlet il-PBS marbuta mad-domanda in kwistjoni, saret skond ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03).
Intant infurmat ukoll mill-PBS li l-informazzjoni dwar in-nefqa hija waħda kummerċjalment sensittiva.
Xagħra, Għawdex — Ċentru Ċiviku – Proġett tal-bini mill-ġdid
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni rigward il-proġett tal-bini mill-ġdid taċ-Ċentru Ċiviku ġewwa x-Xagħra, Għawdex, liema proġett kien tħabbar iktar minn sena ilu? Jista' jgħid ukoll meta hu mistenni li dan il-proġett ikun lest?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patromonju Kulturali li x-xogħlijiet twaqqfu minħabba li l-kuntrattur radam bil-konkos dagħbien li sab fuq is-sit. L-aħħar informazzjoni li għandi hi li s-Sovrintendenza tal-Patromonju Kulturali qed jistennew spjega ta’ x’ġara eżatt mill-perit.
Malta Eurovision Song Contest 2024 – Ħlas lis-Semi-Finalisti
Question
Peress li t-12-il finalist li pparteċipaw fil-finali ta' din is-sena nafu li (kif kien ukoll miktub fi-regolamenti), diġà ħadu l-€5,000 biex setgħu jaħdmu fuq il-video tal-kanzunetta tagħhom, u fid-dawl li fir-regolamenti li ħarġu għal-Malta Eurovision Song Contest 2024, jidher illi s-semi-finalisti kellhom jitħallsu s-somma ta' €300 kull wieħed, jista’ għaldaqstant il-Ministru jgħid meta dawn ser jieħdu din is-somma mwiegħda lilhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat mill-PBS li kull min forna d-dettalji relattivi u neċessarji sabiex isir il-pagament tħallas skont il-proċeduri normali. Naturalment jekk hemm xi uħud li ma fornewx id-dettalji relattivi allura dawn jitħallsu hekk kif ifornu d-dettalji relattivi.
Jista' l-Ministru jassigura li l-mutur li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament jitneħħa minn Triq Piscopo Macedonia, Xemxija, San Pawl il-Baħar, hekk kif dan ilu bil-liċenzja skaduta għal iktar minn sentejn u nofs?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-istess Kunsill ikkomunika mal-awtorità kkonċernata sabiex tali sitwazzjoni tiġi ndirizzata.
Mellieħa — Ġonna u parks - Ċertifikazzjonijiet/rapporti dwar saħħa u sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjonijiet/rapporti dwar saħħa u sigurtà li suppost saru bejn Jannar 2005 u Frar 2024 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa/awtoritajiet oħra fuq il-ġonna u l-parks fil-konfini tal-Mellieħa li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess Kunsill Lokali, li jinkludu fost l-oħrajn, Ġnien il-Volontarjat, il-Park tal-Familja fid-daħla ta’ Selmun, Ġnien Dun Anton, il-Bandli ta’ wara l-Knisja, Ġnien il-Qigħan, Ġnien fi Pjazza Thomas Spratt u Ġnien iż-Żernieq fil-Manikata?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti dwar is-Saħħa u s-Sigurtà kif provduti mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.
Santa Luċija — Triq Maria de Domenicis - Rampa għal aċċessibilità - Nefqa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16702, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u ċjoè jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq ir-rampa għal aċċessibilità għal Block B, Flats Indipendenza, Triq Maria de Domenicis, Santa Luċija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li x-xogħol fuq l-imsemmija rampa għadu għaddej.
Belt Valletta — Sant Iermu - Lista ta’ attivitajiet u permessi li nħarġu
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta’ attivitajiet u permessi li nħarġu f’din l-aħħar sena li saru f’Sant Iermu fil-Belt Valletta, u jipprovdi l-informazzjoni dwar l-attività/użu u fuq min ħareġ il-permess?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Birgu – Mużew tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz — Restawr
Question
Fid-dawl li l-mużew tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz fl-oratorju ta’ San Ġużepp il-Birgu li fih ħafna rikkezzi ta’ storja, u li qiegħed fi stat ħażin, fejn anke hemm konsenturi li qegħdin pjuttost perikolużi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan il-mużew jiġi megħjun sabiex jiġi rranġat u konservat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali rċieva talba għall-għajnuna rigwardanti r-restawr tal-faċċati tal-Oratorju ftit tal-ġimgħat ilu, liema talba qed tiġi analiżżata mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mir-rapport dwar il-creative industries tal-2012? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jiġi kkummissjonat studju ieħor fiż-żmien qarib, dwar il-bidliet u l-iżviluppi li qed isiru f'dawn is-setturi (creative economy) biex verament wieħed jifhem il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet ekonomiċi ta' din l-industrija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi r-rapport dwar l-ekonomija kreattiva tal-2012 kien fforma l-bażi ta’ kif l-industriji kreattivi ġew kategorizzati u mkejla fil-politika kulturali nazzjonali ta’ Malta mill-2011 'l quddiem. Dan ifisser li ġie stabbilit il-mod ta’ kif jiġu determinati s-setturi eliġibbli għal fondi pubbliċi li huma mmirati lejn l-arti u l-kultura, kif ukoll l-mod ta’ kif ġew kkategorizzati l-impjiegi fis-setturi kreattivi u kulturali meta jsiru konsultazzjonijiet, riċerki, miżuri u inizjattivi varji tul is-snin.
Infurmat ukoll li kontinwazzjoni diretta tar-rapport in kwistjoni, hi evidenti fis-serje ta’ rapporti dwar l-ekonomija kreattivi li ġew maħduma mid-dipartiment tal-politika ekonomika fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi bejn l-2015 u 2018 bħala parti mill-programm ta’ riċerka tal-Kapitali Ewopea tal-Kultura 2018 b’konsultazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, l-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u l-ex Fondazzjoni Valletta 2018 (illum Valletta Cultural Agency).
Fil-fatt infurmat li bejn is-sena 2018 u s-sena 2021 saru diversi eżerċizzji ta’ riċerka konsultattiva u kwalitattiva (bl-użu tal-istatistika nazzjonali) li ħarsu lejn aspetti diversi ta’ l-ekonomija kreattivi li wasslu għad-dokument tal-Politika Nazzjonali Kulturali 2021, primarjament b'enfasi fuq l-impjiegi (speċjalment fi żmien il-pandemija) u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-parteċipazzjoni kulturali u l-irwol tal-edukazzjoni fl-iżvilupp tal-ħiliet fl-industriji kreattivi.
Naturalment, il-Kunsill Malti għall-Arti qed jaħdem sabiex jippubblika informazzjoni u analiżi aġġornata dwar l-ekonomija kreattiva permezz ta’ kollaborazzjonijiet li jinsabu għaddejjin ma' entitajiet oħra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15421, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru 17073 tal-Legizlatura XIV.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Mobile jew Telephone Line Allowances
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?