Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imtarfa Ċentru Terapewtiku — għażla tas-sit

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li m’għadhiex l-intenzjoni tal-Gvern li jkompli għaddej bil-pjanijiet ippreżentati f’Awwissu tal-2022 dwar il-propost ċentru terapewtiku għal minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa u m’għadux iqis is-sit fl-Imtarfa bħala l-iżjed wieħed ideali fost id-diversi siti li kienu kkonsidrati? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern hux qiegħed jikkonsidra siti oħrajn u jekk iva, jista’ jgħid liema postijiet oħrajn qiegħed jikkonsidra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 18203 .

Detox — Minuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm minuri li kellhom bżonn trattament ta’ Detox, sena b’sena, mill-2013 sal-aħħar tas-sena 2023?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-istatistika disponsibbli għand l-FSWS tmur lura sas-sena 2005 u allura qed nagħtiha t-tagħrif mill-2005 ‘l quddiem. L-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Substance Misuse Out-Patients Unit – SMOPU (magħruf bħala DETOX)

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Programmi tar-radju - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Każijiet ta’ individwi — Pensjoni

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17843, 17844, 17845, 17846, 17847, 17848, 17849 u 17850, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment infurmax lil kull persuna dwar il-każ tagħha u jekk iva, jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li ntbagħatet lil kull persuna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-individwi li d-dettalji tagħhom ingħataw b’mod separat qed jiġu kkuntattjati mid-Dipartiment biex ikunu infurmati dwar il-każ tagħhom.

Baġit 2024 – Inċentiv għal ħaddiema tas-servizz li jibqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16535 u ċjoè: Filwaqt li ssir referenza għal inċentiv tal-Baġit 2024 li permezz tiegħu dawk il-persuni tas-servizz li mill-2024, jagħżlu li jagħtu servizz lil hinn minn 29 sena, jista’ l-Ministru jgħid, jekk hemmx il-lok illi din il-miżura tiġi applikata retrospettiva u ċjoè li kull persuna li llum diġà qiegħda tagħmel perjodu addizzjonali tas-servizz tkun eleġibbli, u dak iż-żmien ta’ servizz oltre li tat diġà, ikun jgħodd f’din l-iskema u jkun jista’ jibbenefika mill-inċentivi, minflok dawn jibdew jgħoddu mill-2024 ’il quddiem biss? Jekk le, jista’ jgħid jekk hux ser ikun hemm diskriminazzjoni u jagħti r-raġuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Persuni li ma jirċevux pensjoni sħiħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15746 u jgħid kemm hemm pensjonanti li ma jirċevux il-pensjoni sħiħa minħabba li kellhom nuqqas ta’ ħlas ta' kontribuzzjonijiet soċjali (bolol)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Każ ta’ individwu — Pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qed jirċievi l-pensjoni bħalissa li hu intitolat għaliha u jekk hux ser ikun hemm tibdil fil-pensjoni tiegħu matul din is-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna imsemmija se tkun infurmata mid-Dipartiment dwar il-każ tiegħu.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16462 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Persuni li twieldu qabel l-1962 – Aġġustamenti fil-pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura sabiex persuna tikkwalifika għal aġġustament fil-pensjoni relatata mal-anomalija ta' dawk li twieldu qabel l-1962? Jista’ jgħid ukoll kemm pensjonanti ħadu diġà dan l-aġġustament u kemm pensjonanti jonqoshom jieħdu dan l-aġġustament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor, interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Każ ta’ individwu — Pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qed jirċievi l-pensjoni bħalissa li hu intitolat għaliha u jekk hux ser ikun hemm tibdil fil-pensjoni tiegħu matul din is-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna imsemmija se tkun infurmata mid-Dipartiment dwar il-każ tiegħu.

Kuntratt ta’ xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17647, dwar il-kuntratt ta’ xogħol mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid meta; i. skada l-kunratt; ii. meta beda l-kuntratt; u iii. kemm-il darba ġġedded?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza

Question

Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17714 ma ssemmiet ebda inizjattiva preventiva fis-settur tad-droga, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir min-naħa ta’ prevenzjoni sabiex inqas persuni jispiċċaw jirrikorru għas-servizzi ta’ Emergenza fl-Isptar Mater Dei?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Każ ta’ Persuna — Pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex qed tirċievi l-pensjoni bħalissa li hi intitolata għaliha u jekk hux ser ikun hemm tibdil fil-pensjoni tagħha matul din is-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna imsemmija se tkun infurmata mid-Dipartiment dwar il-każ tagħha.

Imtarfa – Ċentru terapewtiku

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3275, 6666, 6668 u 10158, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu llum dwar iċ-Ċentru Terapewtiku għall-minuri fl-Imtarfa, wara talba tar-residenti li jgħixu fl-Imtarfa u l-madwar minħabba l-bżonn ta' dan l-imsemmi ċentru fl-inħawi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jikkunsidra possibiltajiet ta’ siti diversi.

Sigurtà Soċjali – Lista ta’ ammonti

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika lista bl-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (NI) mħallsa, minn dawk li jaqgħu taħt il-parentesi tat-taxxa li ġejjin: a. Single - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35% ; b. Ġenitur - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35% ; ċ. Miżżewweġ - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35%?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.