Jista' l-Ministru jgħid meta mediċina tkun nieqsa fl-istock u b'hekk il-pazjent (jew ħaddieħor f'ismu) ikollu jmur l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kull ġimgħa, jistgħu dawn il-mediċinali (eż. Avonex injections għal Multiple Sclerosis, Clexane injections fit-tqala) jibdew jiġu piled u provduti ta' lanqas għal xahar?
Siringi li tqassmu lill-persuni bil-vizzju tad-droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lil persuni bil-vizzju tad-droga miċ-Ċentri tas-Saħħa fl-2008 u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kif tqassmu dawn, lokalità b'lokalità?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema lokalitajiet huma intitolati għal mediċini b'xejn skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali li qed jinqdew mis-settur privat għall-ġbir tal-mediċini tagħhom? Fejn l-aħħar li saret reġistrazzjoni għall-ispiżerija tal-għażla tiegħek? X'sar jew x'se jsir mir-reġistrazzjoni li kellha ssir f'Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru u Novembru?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-lokalitajiet li fihom qed topera l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek huma:
Attard, Baħrija, Balzan, Buġibba, Dingli, Fleur de Lys, Għargħur, Gżira, Imtarfa, Lija, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Msida, Naxxar, Paceville, Pembroke, Pieta, Qawra, Rabat, San Ġwann, St Andrews, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Swieqi, Ta' Ġiorni, Ta' Xbiex.
L-aħħar lokalita' li fetħet ir-reġistrazzjoni għall-Iskema kienet dik ta' Ħal-Lija u din saret f'Mejju 2008.
Informat ukoll li f'Lulju 2008, l-Iskema li għada fil-fażi ta' proġett pilota, ġiet sospiża temporanjament sabiex tiġi evalwata u kkonsolidata. Dan il-proċess issa tlesta u tħejjew pjanijiet sabiex is-sistema tkompli tiġi mifruxa fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaqqaf mill-Gvern laboratorju tad-DNA f'pajjizna? Għal-liema każijiet dan il-laboratorju se jintuża' jekk il-Gvern beħsiebu jwaqqfu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fl-1989 kien twaqqaf laboratorju għall-analiżi tad-DNA mill-Università ta’ Malta bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa. Dan il-laboratorju kien jipprovdi servizzi dijanjostiċi tal-ġenetika għall-Isptar San Luqa u sussegwentement għall-Isptar Mater Dei bħala parti integrali mill-Programm Nazzjonali ta’ Thalassaemia Screening.
Minn dak iż-żmien, dan il-laboratorju żid is-servizzi tiegħu u llum joffri testijiet għal dawn il-kundizzjonijiet.
Thalassaemia and Haemoglobinopathies
Beta-Thalassaemia
Alpha-Thalassaemia
Delta-Beta Thalassaemia
Haemoglobin S
Haemoglobin C
Haemoglobin St Luke’s
Haemoglobin Valletta
Haemoglobin Marseille
Metabolic Disorders
Gangliosidosis
Atypical Phenylketonuria (DHPR deficiency)
Dopamine Responsive Dystonia (Sepiapterin Reductase Deficiency)
Thrombophilia
Factor V Leiden
Factor II (Prothrombin) G20210A mutation
MTHFR C677T Polymorphism
MTHFR A1298C Polymorphism
Cancer Genetics
Philadelphia Chromosome
Other Genetic Disorders
Familial Mediterranean Fever
Griscelli Syndrome
Haemochromatosis
Cystic Fibrosis
Apparti minn hekk, il-laboratorji tal-Viroloġija tad-Dipartiment tal-Patoloġija fl-Isptar Mater Dei jutilizzaw metodoloġija tad-DNA li tissejjaħ Polymerase Chain Reaction għal dawn it-testijiet dijanjostiċi:
Parvovirus
Influenza
Enterovirus
Norovirus
Chlamydia
HIV
Hepatitis C
Influenza H1N1.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi mogħtija minn Smart Kids tal-Aġenzija Appoġġ? Kemm-il siegħa kuljum ikun miftuħ dan iċ-ċentru? Hemm xi ġranet matul is-sena li dan iċ-ċentru jibqa' magħluq minħabba li l-impjegati jingħataw il-vacation leave?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li ċ-Ċentru ta' Smartkids jiftħu mit-tnejn sal-ġimgħa għal-6 sigħat kuljum, mit-8:00am sas-2:00pm sabiex jagħtu servizz ta' childcare.
Dawn iċ-ċentri jagħlqu ġimgħa fl-Għid il-Kbir, ġimgħatejn waqt il-vaganzi tas-Sajf u ġimgħatejn fil-vaganzi tal-Milied sabiex l-istaff ikun jista jieħu il-leave tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jġib cardiac MRI?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm il-ħsieb li tinxtara Cardiac MRI. F’dan ir-rigward il-management tal-Isptar Mater Dei talab biex jiġu provduti fondi fl-estimi tas-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nies attendew il-polyclinic ta' Raħal Ġdid, Furjana u Mosta mis-7.00am sat-8.00pm kuljum fix-xahar ta' Lulju u Awwissu 2009?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-analiżi li għamel il-Ministru dwar is-suċċess o meno tal-iskema ta' l-Ispizjar ta' l-Għażla Tiegħek? X'għandu jkun il-ġejjieni ta' din l-iskema?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li tibda tingħata l-injection magħrufa bħala Avastin għall-kura tal-kanċer kif għamel bil-Herceptin?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Avastin li fiha l-mediċina Bevacizumab diġà tingħata mis-Serviżżi tas-Saħħa tal-Gvern u fil-fatt tinsab fuq il-formularju.
(Ara korrezzjoni fil-Papers Laid 3011 li tpoġġit fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 151, fis-27 ta' Ottubru 2009)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6598, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar għadha m'għamlet xejn dwar din il-problema li qed tikkawża ħsarat fil-proprjetà tar-residenti minħabba negliġenza min-naħa tal-Awtorità tad-Djar? Jista' jinvestiga l-ħsara li reġgħet saret fil-proprjetà ta' dawn ir-residenti għat-tielet darba konsekuttiva f'dawn l-aħħar snin minkejja li kien imwiegħed mill-Awtorita' li se tiġi solvuta din il-problema?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — job description għan-nurses, deputy nursing officers u nursing officers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix job description għan-nurses, deputy nursing officers, u għan-nursing officers li jaħdmu fis-swali tal-Isptar Mater Dei?
Jekk iva, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista' jagħti r-raġunijiet għaliex dawn qatt ma ġew stabbiliti?
Jista' l-Ministru jagħti l-valur monetarju tal-mediċini u affarijiet oħra relatati mat-trattament tal-pazjenti li kellhom jintremew għax ġew expired mill-1 ta' Ottubru 2008 sat-30 ta' Settembru 2009 mill-:
i. Medical stores
ii. In-patient Pharmacy Mater Dei Hospital
iii. Out-patient Pharmacy Mater Dei Hospital
iv. Sptar Boffa
v. Sptar Monte Carmeli
vi. u mill-polikliniċi ta' Malta individwalment?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li ma kienx hemm ħin biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Strumenti ta' l-operazzjonijiet sterilizzati fil-privat
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema speċjalitajiet fl-Isptar Mater Dei qed ikollhom l-istrumenti ta' l-operazzjonijiet tagħhom sterilizzati fil-privat u mhux fil-CSSD (Central Sterile Supplies Department) ta' l-Isptar Mater Dei? Kemm qed iqum dan l-eżerċizzju fil-ġimgħa lill-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' nurses li qed jokkupaw postijiet maniġerjali u 'l fuq minn dawn, kif ukoll amministrattivi:
fl-Isptar Mater Dei,
fl-Isptar Boffa,
fl-Isptar Monte Carmeli
kif ukoll f'kull poliklinika f'Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — Mediċini mogħtija mill-Isptar Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-valur monetarju ta' mediċini u affarijiet oħra relatati mal-investigazzjoni kif ukoll mat-trattament tal-pazjenti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex li ġew rikjesti biex jingħataw dirett mill-Isptar Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Xi pazjenti lmentaw li l-clamps li qed jintużaw fuqhom waqt li huma jkunu fuq il-magna tal-kliewi qed ikollhom tebgħat ta' demm ta' pazjenti oħrajn u mhux qed jinħarġu minn packs sterilizati kif kienet il-prattika sa ftit ġimgħat ilu. Jista' l-Ministru jagħti assikurazzjoni li dawn il-clamps qed jiġu mnaddfa u sterilizati lege artis?
Response (DALLI, JOHN)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.