Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal Zambrano permit irċeviet Identity Malta bejn l-2013 u d-data ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm-il Zambrano permit inħareġ mill-2013 sal-lum, sena b'sena, kif ukoll jindika l-ġeneru tal-benefiċjarju?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li jidher li meta qed jagħmel referenza għal Zambrano qed jirreferi għas-sitwazzjonijiet simili bħal dawk trattati fil-kawża Nru C-34/09 Ruiz Zambrano vs. Office National de l-Emploi. Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull applikazzjoni għall-permess ta’ residenza tiġi eżaminata fuq il-bażi tal-liġijiet u policies nazzjonali u jekk ikun hemm bżonn jittieħdu fil-kunsiderazzjoni l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dik Maltija. F’dan ir-rigward ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżisti ebda permess speċifikament imsejjaħ Zambrano permit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6080, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk fir-raħal tal-Għasri hemmx għassa tal-pulizija u jekk iva, f’liema indirizz tinsab? Jista' jgħid din l-għassa, bħala medja, kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienet miftuħa għall-pubbliku u b'uffiċjali tal-pulizija fiha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fir-raħal tal-Għasri m’hemmx għassa tal-pulizija. Ir-raħal hu kopert minn ronda regolari li ssir minn uffiċjali mill-Iskwadra Mobbli tad-Distrett kif ukoll mill-Pulizija tal-Komunità.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5787 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li f’awtoritajiet/entitajiet fi ħdan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ġew impjegati 133 ħaddiem minn Marzu 2022 sal-lum. Dawn il-ħaddiema daħlu flok xi wħud li rtiraw jew inkella biex jipprovdu servizzi ġodda. Dawn il-ħaddiema ġejjin minn diversi lokalitajiet differenti: Ħ’Attard, Ħal Balzan, Birżebbuġa, Birgu, Bormla, Fgura, Floriana, Ħamrun, Għajnsielem, Għargħur, Ħal Għaxaq, Gudja, Imġarr, Imqabba, Imsida, Imtarfa, Kalkara, Kirkop, Ħal Luqa, Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mosta, Naxxar, Paola, Pembroke, Tal Pietà, Ħal Qormi, Rabat(M), Senglea, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Sta Venera, Siġġiewi, Ħal Tarxien, il-Belt Valletta, Rabat (G), Xgħajra, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbug, Żejtun u Żurrieq.
Pulizija – standard operating procedures għall-vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-iStandard Operating Procedures (SOPs) tal-pulizija għall-Vjolenza Domestika li l-Gvern wiegħed fl-2017 għadhom ma ġewx in vigore sitt snin wara?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dwar l-iStandard Operating Procedures (SOPs) tal-pulizija għall-Vjolenza Domestika msemmija mill-Onor. Interpellant, dawn jinsabu fi stadju avvanzat u huwa previst li dawn ikunu konklużi fil-ġimgħat li ġejjin. Sadanittant infurmat illi mis-sena 2017 indikata mill-Onor. Membru, dwar proċeduri fuq każi ta’ vjolenza domestika hemm diversi linji gwida li nħarġu mill-Pulizija anke kull meta kien hemm reviżjoni tal-liġijiet relatati. Dawn il-linji gwida kienu anke jinħarġu fis-snin ta’ qabel is-sena 2017, u komplew jiġu mġedda matul iż-żmien.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex id-DASH multidisciplinary risk assessment team li tħabbar fl-2018 għadu ma nħatarx u mhux jiffunzjona?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li d-DASH huwa risk assessment tool utililzzat minn risk assessors u professjonisti dwar vjolenza domestika, u mhux multidisciplinary risk assessment team. Il-multidisciplinary risk assessment team (MARAM) jipproċessa każijiet fejn l-instrument jindika li hemm riskju għoli. L-użu ta’ dan l-instrument kif ukoll il-multidisciplinary risk assessment team jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ Ministeru ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm dwar l-Għassa tax-Xagħra, Għawdex issa li tħabbar li se jinbena Ċentru Ċiviku mill-Kunsill Lokali fil-post fejn fil-preżent hemm din l-għassa? Jista’ jgħid jekk hux se tinbena għassa ġdida jew jekk hux se tkun inkorporata fiċ-ċentru ċiviku l-ġdid? Jista’ jgħid għaliex din l-għassa ilha diversi xhur ma tinfetaħ minkejja li għadu ma beda ebda tip ta' xogħol infrastrutturali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kif ingħad fi tweġibiet oħra, ix-Xagħra hija waħda mil-lokalitajiet fejn l-għassa kienet tinfetaħ skont il-bżonn. Bħal kull raħal f'Għawdex ix-Xagħra hija koperta minn ronda regulari li ssir minn uffiċjali mill-Iskwadra Mobbli tad-Distrett u dawk mill-Pulizija tal-Komunità. Dan barra minn faċilitajiet ta’ intercom mal-għassa fejn il-pubbliku jista' jikkomunika mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Hu minnu li bħalissa l-lok fejn kien hemm l-Għassa se jinbena Ċentru Ċiviku. Meta dan jitlesta il-Pulizija ser ikollha lok fl-istess binja, li jkun jista' jintuża bħala għassa.
Wara li mir-rapport tal-inkjesta fuq il-qtil tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħareġ li hemm nuqqasijiet serji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, iħoss il-Ministru li għandu jirriżenja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin ittieħdu miżuri bla preċedent biex tkun miġġielda l-pjaga tal-vjolenza domestika.
Nifhem li sar kemm sar u jsir kemm isir, xejn ma jista’ jsabbar lill-qraba ta’ vittmi ta’ femiċidji, li kif turi t-tweġiba għad-domanda parlamentari 4355, fl-aħħar 22 sena kien hemm 44 każ.
Però huwa obbligu tal-awtoritajiet, li jibqgħu determinati li jieħdu kull pass meħtieġ biex inaqqsu l-possibbiltà ta’ każi simili.
Kien għalhekk ukoll li flimkien mal-kollega Ministru għall-Ġustizzja tlabt l-inkjesta, li tagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant, biex anke bħala Gvern u soċjetà nifhmu u naraw x’jista’ jsir iktar u aħjar.
Ir-responsabbiltà tiegħi hi li nara li dawn ir-riformi jitwettqu. Dan bil-għan li jibnu fuq bidliet oħra li saru fl-aħħar snin.
Fosthom il-fatt li:
- Fl-2018 saret riforma fil-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika u l-Vittmi ta’ Voljenza Abbażi tal-Ġeneru mar-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul. Għall-ewwel darba fl-2020 din il-Kummissjoni bdiet topera b’Kummissarju full-time, bidla li nqisa importanti ħafna għaliex illum hemm Kummissarju li hi ffokata totalment fuq is-suġġett.
- Sar it-twaqqif tal-Gender Based Violence and Domestic Violence Unit fil-Korp tal-Pulizija, fejn għall-ewwel darba, vittmi ta’ vjolenza domestika bdew jiġu assistiti minn uffiċjali mħarrġa fil-vjolenza domestika u dik abbażi tal-ġeneru, u mhux aktar mill-għassa tad-distrett. Dan sar wara pariri kemm ta‘ esperti nazzjonali, kif ukoll mil-GREVIO. Diġa’ ħabbarna x’se jkunu l-passi li jmiss biex is-servizz jibda jingħata f’iktar minn post wieħed.
- Twaqqfet il-Victim Support Agency, li nkorporat fiha wkoll il-Victim Support Unit tal-Korp tal-Pulizija, kif ukoll sħubija ma’ diversi entitajiet governattivi oħra, sabiex joffru diversi servizzi lill-vittmi ta’ kriminalità. Hawn kienu miftuħa Victim Support Hubs f’postijiet Ċentrali madwar Malta u Għawdex (Santa Luċija, Qawra, u Xewkija)
- Illum tingħata assistenza 24 siegħa kuljum lill-vittmi ta’ vjolenza domestika u l-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż dik legali mill-Aġenzija għall-Għajnuna Legali.
- Waħda mill-ewwel liġijiet f’din il-leġiżlatura kienet dwar l-aggravju ta’ omiċidji li jkunu dikjarati bħala femiċidju.
Dawn huma ftit mill-ħafna bidliet li saru, li ħafna minnhom jibnu wkoll fuq ir-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, li b’dispjaċir ninnota li meta ġejna biex nivvotaw dwarha, l-Oppożizzjoni kienet maqsuma u naqset milli tibgħat is-sinjal b’saħħtu meħtieġ fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika.
Persuni li għandhom passaport Malti taħt l-Iskema tal-IIP
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċittadini mill-Amerika ta' Isfel, u minn liema pajjiż huma, pajjiż pajjiż, li għandhom il-passaport Malti li ġie akkwistat mill-iskema tal-IIP?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-istatistika dwar l-Iskema tal-IIP tinħareġ fir-rapport li jagħmel kull sena r-Regolatur li hu maħtur bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188). Dan ir-rapport, li jiġi ppreżentat lil dan il-Parlament, jinkludi r-reġjun ta’ minn fejn ikunu ġejjin il-persuni li jkunu akkwistaw iċ-ċittadinanza permezz ta’ din l-iskema. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal dawn ir-rapporti li jkunu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed issir investigazzjoni, u għaldaqstant jitressaq il-qorti, dwar min fornixxa d-droga lill-allegat qattiel tal-vittma li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn intqal li kien taħt l-effett tad-droga kokaina?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant investigazzjonijiet f’allegati illegalitajiet isiru mill-istituzzjonijiet relevanti li jaħdmu lil hinn mill-politiku.
Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fis-segretarjat privat tiegħi hemm 2 vetturi mikrija skont il-Manwal, Peugeot E208 li hija vettura tal-elettriku mikrija bil-prezz ta’ €18.50 kuljum u Peugeot 208 li hija petrol mikrija bil-prezz ta’ €10.16 kuljum.
Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – konferenza — infiq
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mal-konferenza organizzata mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis nhar il-Ġimgħa, 27 ta' Jannar 2023, fil-Malta Fairs and Conventions Centre f'Ta' Qali? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għall-ħlas dwar l-imsemmija konferenza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-nefqa ammontat għal €43,587.90 kif indikat fit-tabella riprodotta hawn taħt:
Company
Service
Amount
The AV Warehouse Ltd
Audio Visual Equipment
€8,080.00
Dunskie Borg
Photography Service
€285.60
Claire Agius Ordway
Presenting Conference
€350.00
MFCC
Lunch serving 320persons
€7,596.80
MFCC
Hiring of Venue + Cleaning + Security Services + Electricity Consumption
€5,807.50
Mad About Video Ltd.
Rental of Video Equipment + Crew
€3,052.50
Emineo Ltd.
Filming and Live Streaming
€4,445.50
XV Solutions
LED Screen
€4,000.00
Big Expo Ltd
Totem + Entrance Arch + Staging Backdrops
€9,970.00
€43,587.90
Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha impjegati magħha l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis? Jista' jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Awtoritá għall-użu Responsabblli tal-Kannabis impjegat ħames persuni li għandhom il-gradi ta’ Chairperson Eżekuttiv, Senior Manager u Manager (3 pożizzjonijiet). L-impjegati ġew ingaġġati f’Novembru, Diċembru, Jannar (żewġ impjegati) u Frar.
Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – laqgħat tal-bord
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret tal-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis mid-data tat-twaqqif tagħha sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħrajn li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Id-dettalji mitluba qegħdin fit-tabella riprodotta hawn taħt.
Membri tal-Bord mill-10/01/2022 sal-1/12/2022
4/2
25/2
4/3
6/5
3/6
12/7
5/8
2/9
4/11
Ms Mariella Dimech (Chairperson)
P
P
P
P
P
P
P
P
P
Dr Janice Formosa Pace (Deputy Chairperson)
P
P
P
P
P
P
P
P
P
Ms Sina Bugeja
P
P
P
P
S
P
P
P
P
Ms Nadine Brincat
P
P
P
P
P
P
P
P
P
Dr Marius Caruana
P
P
S
P
S
P
P
S
P
Mr Charles Cassar
P
P
P
P
P
P
P
P
P
Dr Gabriel Farrugia
P
P
P
P
P
P
P
P
S
Dr Paul Micallef
P
P
P
P
P
P
P
P
P
Dr Charles Scerri
P
P
P
P
P
P
P
P
P
Dr Joey Reno Vella (Secretary)
P
S
P
P
P
P
P
P
S
Membri tal-Bord mill-02/12/2022
15/12/22
4/1/23
18/1/23
1/2/23
Mr Leonid McKay (Chairperson)
P
P
P
P
Dr Janice Formosa Pace (Deputy Chairperson)
S
P
P
P
Dr Chris Barbara
P
P
P
P
Ms Sina Bugeja
P
P
S
P
Mr Charles Cassar
P
P
P
P
Dr Gabriel Farrugia
P
P
P
P
Ing Karl Farrugia
P
P
P
P
Ms Nadia Pace
P
S
P
P
Dr Joey Reno Vella
P
P
P
P
Dr Shaun Zammit (Secretary)
P
P
P
P
P = Preżenti, S = Skużat
Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – talbiet minn uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis lill-Prim Ministru, li permezz tiegħu ntalab li uffiċjali pubbliċi jiġu assenjati biex jaqdu dmirijiethom mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis? Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali pubbliċi, il-kariga tagħhom u f'liema kapaċità ntalbu li jaqdu d-dmirijiet tagħhom fl-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis? Jista' jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati mill-Prim Ministru, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi s’issa saru tliet talbiet ta’ din ix-xorta. Tnejn minnhom ġew ipproċessati u l-impjegati bdew jaħdmu mal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis filwaqt li t-talba l-oħra qed tiġi pproċessata. Impjegat minnhom għandu grad ta’ Senior Manager filwaqt li ż-żewġ impjegati l-oħra għandhom grad ta’ Manager.
Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu jew huma l-persuni u/jew ditti u/jew kumpaniji li ġew ingaġġati bħala konsulenti mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis mid-data tat-twaqqif tagħha sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid xi ħlasijiet irċeviet kull waħda minn dawn il-persuni, ditti u kumpaniji?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis iffirmat ftehim sabiex tikseb servizzi ta’ konsulenza mingħand l-individwi u d-ditti segwenti: RSM Malta Ltd, DF Advocates, Dr Jean Claude Scicluna, is-Sur Mark Vella u s-Sur Jean Paul Fiott.
S’issa saru ħlasijiet ta’ €11,741 lil RSM Malta Ltd u €4,956 lil DF Advocates.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet li għandhom pulizija ‘fixed point’ magħhom? F’liema lokalitajiet, separatament, jinsabu dawn il-‘fixed points’? Jista’ jgħid ukoll jekk il-pulizija li jkunu ‘fixed point’ fil-fatt jonqsux mill-complement li jkun hemm assenjat għal dik il-lokalità jew inkella jkunux żieda mal-complement tal-għasses?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ postijiet li li għandhom pulizija ‘fixed point’ magħhom bħalissa huma tmienja u għoxrin. Dawn id-doveri jkunu assenjati lill-uffiċjali barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol tagħhom u għalhekk l-uffiċjali li jkun hemm, ma jonqsux mill-complement li jkun hemm assenjat għal xi lokalità jew sezzjoni. Mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar il-lokalitajiet fejn hemm dawn il-fixed points.