Legislature:
Category:
Reset
Active:

First time buyers — għotja ta’ €1,000

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif se tkun qed taħdem l-għotja ta’ €1,000 fis-sena lill-first time buyers u meta dawk eliġibbli se jibdew jibbenefikaw?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien dan il-Gvern stess li fil-bidu tal-ewwel leġiżlatura introduċa miżuri li minnhom ibbenefikaw first-time buyers. Infatti fil-Baġit tal-2014 daħħalna l-miżura fejn first-time buyers ma jħallsux taxxa tal-boll fuq l-ewwel €150,000. Matul is-snin dan l-ammont kompla jiżdied għal €200,000. Minn din il-miżura ibbenefikaw iktar minn 28,000 persuna fejn frankaw madwar €90 miljun f’taxxa tal-boll fuq l-ewwel proprjetà tagħhom. Il-miżura indikata hawn fuq hija wegħda elettorali tal-manifest 2022 u għaldaqstant għad trid tiġi inkluza fil-baġits li ġejjin u leġiżlata kif suppost.

Ċivil u awtoritajiet statutorji – impjegati li għandhom impjieg ieħor

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 273 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid sal-14 ta’ Mejju 2022, kemm hemm persuni impjegati maċ-Ċivil u ma’ awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali li għandhom impjieg ieħor abbażi full-time u/jew part-time, b’mod rispettiv?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru kuntratti ta' bejgħ ta' proprjetà xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2021 sat-30 ta' April 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kuntratti ta' bejgħ ta' proprjetà xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2021 sat-30 ta' April 2022 hu kif se jingħad fit-tabella hawn taħt. Sena Xahar Ammont ta’ Kuntratti Reġistrati f’Malta u Għawdex 2021 Jannar 1,605 Frar 1,793 Marzu 2,427 April 2,190 Mejju 2,371 Ġunju 2,190 Lulju 2,601 Awissu 2,133 Settembru 1,837 Ottubru 2,066 Novembru 2,281 Dicembru 3,092 2022 Jannar 2,669 Frar 1,626 Marzu 1,836 April 1,635

Konvenji ta’ bejgħ ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru konvenji ta' bejgħ ta' proprjetà xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2021 sat-30 ta' April 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ konvenji ta' bejgħ ta' proprjetà xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2021 sat-30 ta' April 2022 hu kif se jingħad fit-tabella hawn taħt. Sena Xahar Ammont ta’ Konvenji Reġistrati f’Malta u Għawdex 2021 Jannar 1,157 Frar 1,600 Marzu 2,108 April 1,796 Mejju 1,791 Ġunju 1,486 Lulju 1,458 Awwissu 1,178 Settembru 1,236 Ottubru 1,397 Novembru 1,602 Diċembru 3,473 2022 Jannar 979 Frar 1,194 Marzu 1,397 April 1,197

Good Causes Fund – għotjiet, benefiċċji u grants

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-grants, għotjiet u benefiċċji kollha li jngħataw taħt il-programm tal-Good Causes Fund fis-snin 2020, 2021 u mill-1 ta' Jannar 2022 sat-30 ta' April 2022 rispettivament? Jista' jgħid kemm kien l-ammont għal kull grant, għotja u benefiċċji, fiex kien jikkonsisti l-proġett u meta ngħata?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Segretarjati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response (CARUANA, CLYDE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 184, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 8 ħaddiema bħala position of trust u 7 bħala persons of trust, li minnhom persuna waħda hija fuq bażi part-time.

Ministeru għall-Finanzi — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 339.

Jobsplus — Formoli tat-tmiem tal-impjieg sottomessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi formoli tat-tmiem tal-impjieg lill-Jobsplus fix-xhur tas-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ formoli tat-tmiem tal-impjieg li ġew sottomessi fix-xhur tas-sena 2021. Xahar Total ta' formoli Jannar 9,594 Frar 7,350 Marzu 8,337 April 7,653 Mejju 8,511 Ġunju 8,505 Lulju 9,142 Awwissu 10,110 Settembru 10,550 Ottubru 12,078 Novembru 9,523 Diċembru 5,868 Total 107,221

Employment licenses — talbiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-Employment Licenses mill-Jobsplus, u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-applikant/a sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni 'l fuq minn 62 sena li għadhom jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ta’ ’l fuq minn 62 sena li kienu għadhom qed jaħdmu bħala part-time jew full-time sal-aħħar ta’ Diċembru 2021? Jista’ jindika kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’ nisa u rġiel minn 62 sena ’l fuq li kienu għadhom qed jaħdmu sal-aħħar ta’ Diċembru 2021 fuq bazi full-time u part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom (part-time only) kien ta’ 18,376. Hawn taħt issib tabella li turi kemm kien hemm nisa u rġiel jaħdmu full time u part time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom (part-time only). Xogħol li jagħmlu Irġiel Nisa Total FULL TIME 7,932 3,114 11,046 PART TIME ONLY 4,924 2,406 7,330 Total 12,856 5,520 18,376

Ħaddiema nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nisa li fis-snin 2017 sal-lum (sena b’sena) sabu impjieg part-time jew full-time? Kemm minn dawn l-impjiegi kienu mas-settur privat u kemm kienu mas-settur pubbliku? Fil-każ ta’ dawk li sabu impjieg fis-settur pubbliku, jista’ jgħid f’liema qasam u f’liema grad?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella A li turi n-numru ta’ nisa li sabu impjieg part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom (part-time only) jew full-time, fis-settur privat u pubbliku mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Diċembru 2021. Tabella B turi f’liema qasam u f’liema xogħol jinsabu dawk in-nisa li qed jaħdmu fis-settur pubbliku.

Ħal Kirkop — persuni li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Kirkop li kienu jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li reġistrati għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li għandhom inqas minn 21 sena, f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar xahar? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħlas ta’ eko-kontribuzzjoni għal kull min iżur il-gżejjer Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-eko-kontribuzzjoni (ta’ 50 ċenteżmu kull lejl għal kull min iżur il-gżejjer Maltin) li kienet ġiet introdotta numru ta’ snin ilu għadhiex titħallas? Minn mindu ddaħħal dan il-ħlas, kemm kienet is-somma totali li nġabret sena b’sena? Fiex intużaw il-flus li nġabru?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-somma totali li nġabret, sena b’sena, hi skond it-tabella hawn taħt: SenaAmmont 2016904,682.67 20173,170,952.51 20183,955,101.00 20194,152,918.52 2020*1,890,321.87 2021*1,412,912.93 2022 (sa 23/05/22)1,028,622.56 Totali16,515,512.06 * Is-snin 2020 u 2021 kienu karatterizzati minn naqqas kbir ta’ turisti minħabba l-mizuri marbuta mal-COVID-19. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Malta Business Registry – Public Limited Companies li ma daħħlux l-audited accounts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il azzjoni ttieħdet fuq public limited companies li ma daħlux l-audited accounts tagħhom mal-Malta Business Registry kif inhu mitlub mil-liġi? X’kienet din l-azzjoni u jekk twaħħlu multi, ta’ kemm kienu għas-snin 2020 u 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 158.

Ċekkijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-ċekkijiet ta' qabel l-Elezzjoni Ġenerali kienx eleġibbli għalihom kulħadd? X'kienu l-kriterji? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ma kinux eleġibbli?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċekk ta’ stimolu ngħata lil persuni li d-dħul tagħhom ma jaqbizx €60,000. Għall-kumplament tal-mistoqsijiet nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi ghat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 323.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – karigi u pożizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru (u tas-Segretarju Parlamentari fejn hu l-każ) hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kumplament li mhumiex imnizzlin fil-Manwal huma dawn: MINISTERU/DIPARTIMENT/ENTITA KARIGA NUMRU TA ' PERSUNI IMPJEGATI FUQ BA¯I TA 'POSITION' JEW 'PERSON' OF TRUST F'DIN IL-KARIGA SKALA Jobs Plus Advisor to Chief Executive Officer 1 3 MFE (Customs Department) Finance and Administration Advisor 1 4

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw bejn l-2017 u l-2022? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Qormi, Ħal Luqa u Siġġiewi – persuni repistrati li qed jaħdmu part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’April 2022 u li jgħixu Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm irġiel u dan kollettivament u skont il-lokalità rispettiva?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt isib tabella li turi n-numru ta` nisa u rġiel li qed jaħdmu part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom (part time only) u li kellhom part time job mal-full time (part-time with full-time) sal-aħħar ta’ Diċembru 2021 u li jgħixu Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi. Part-Time Only Part-Time Only Total Part-Time with Full-Time Part-Time with Full-Time Total Lokalita` Nisa Irġiel Nisa Irġiel ĦAL- LUQA 188 164 352 146 293 439 ĦAL-QORMI 561 425 986 335 832 1,167 IS-SIĠĠIEWI 360 248 608 267 534 801 Total 1,109 837 1,946 748 1,659 2,407 L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Diċembru 2021.