Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
Ministeru għall-Finanzi – Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 21455.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-linja tal-ajru nazzjonali KM Malta Airlines tibda torganizza titjiriet skedati jew charters minn Malta għal Lourdes fi Franza u lura, f'din is-sena finanzjarja? Jekk fl-affermattiv, meta se jkunu dawn it-titjiriet u kemm qed tipprevedi li se ġġorr passiġġieri? Jekk fin-negattiv, jista’ jagħti r-raġunijiet għalfejn KM Malta Airlines mhux se topera bejn Malta u Lourdes?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi KM Malta Airlines ma għandiex pjanijiet sabiex tintroduċi servizzi bi skeda regolari bejn Malta u Lourdes u lura.
Madankollu KM Malta Airlines tkompli tikkunsidara li topera charters lejn Lourdes matul il-lejl kif għamlet tul l-2024.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21947 u jgħid x’kienet in-nefqa totali taħt il-Voluntary Retirement Scheme u skemi maħruġa għall-irtirar ta’ ħaddiema tal-Airmalta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiza tat- 350 li applikaw għall-VRS/ERS hija €60,836,332.44
Ministeru għall-Finanzi — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19524 u jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-mistoqsija parlamentari 14843 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Finanzi – Direct Orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2024?
Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji – Appelli minn deċiżjonijiet meħuda mill-MFSA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru appelli mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fir-rigward ta’ impożizzjoni ta’ xi penali amministrattiva jew sanzjoni oħra quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-appelli:
(i) ġew deċiżi b’mod finali mit-Tribunal mingħajr ma sar appell ulterjuri quddiem il-Qorti tal-Appell?
(ii) ġew deċiżi b’mod finali mit-Tribunal u sussegwentement ġew appellati quddiem il-Qorti tal-Appell u għadhom pendenti quddiem l-istess Qorti?
(iii) ġew deċiżi b’mod finali mit-Tribunal u sussegwentement ġew appellati quddiem il-Qorti tal-Appell u finalment deċiżi mill-istess Qorti tal-Appell?
(iv) huma pendenti għax hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qrati Kostituzzjonali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Ħaddiema minn pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex ħaddiema minn pajjiżi terzi jiġu eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (National Insurance) f’Malta jekk diġà jkunu qed iħallsuhom f’pajjiżhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Ħaddiema minn pajjiżi terzi li huma eżentati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem minn pajjiżi terzi huma eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (National Insurance) f’Malta minħabba li diġà qed iħallsuha f’pajjiżhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
KM Malta Airlines u Airmalta – ġarr ta’ passiġġieri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jipprovdi, kemm ġarret passiġġieri għal Lourdes fi Franza u lura lejn Malta l-Air Malta (illum KM Malta Airlines), mis-sena finanzjarja 2020/2021 ’l hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7442, 20550 u 22499 u jagħti lista tal-Konsulenti ingaġġati mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, mill-2022 'il hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12046 u 18988 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabez l-Advisory Cost.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għall-funerali kif ukoll għal okkazjonijiet oħra hija koperta mill-Line Item 2306 Materials and Supplies fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Finanzi li kopja tiegħu tpoġġjiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18677 u jgħid kemm ġiet tiswa' s-sistema tal-finanzi Corporate Financial Management Solution (CFMS) tal-Gvern?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Finanzi – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma n-normi fil-liġi li jirregolaw l-appelli minn deċiżjonijiet tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fir-rigward ta’ penalitajiet amministrattivi li huma inqas minn 5,000 euro?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi persuna suġġetta, li tiġi imposta fuqha multa amministrativa li tkun ta’ inqas minn 5,000 euro, għandha r-rimedju fil-liġi li bih tista’ titlob stħarriġ ġudizzjarju ta’ azzjoni amministrattiva, hekk kif premess permezz tal-Artikolu 469A tal-Kodiċi tal-Organizazzjoni u l-Proċeduri Ċivili.
Dan l-Artikolu jipprovdi rimedju sabiex il-Qrati tal-ġustizzja ċivili ikunu jistgħu jistħarrġu l-validità ta’ xi egħmil amministrattiv magħmul minn kull Awtorità Pubblika stabblita hawn Malta.
Jista’ l-Ministru jagħti l-istatus attwali ta’ kull appell li hemm pendenti għas-smigħ kemm quddiem (1) il-Qorti Kostituzzjonali kif Ukoll quddiem (2) il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Ġuriżdizzjoni Kostituzzjonali) fir-rigward ta’ kawżi kostituzzjonali fejn qed tiġi kontestata l-legalità kostituzzjonali tal-poteri tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) skont il-Kap 373 biex din timponi penalitajiet finanzjarji?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti l-istatus attwali ta’ kull appell li hemm pendenti għas-smigħ kemm quddiem (1) il-Qorti Kostituzzjonali kif ukoll quddiem (2) il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (ġurisdizzjoni kostituzzjonali) fir-rigward ta’ kawżi kostituzzjonali fejn qed tiġi kontestata l-legalità kostituzzjonali tal-poteri tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) skont il-Kap 330 biex din timponi penalitajiet finanzjarji?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm ebda appell pendenti f’dan ir-rigward kontra l-Awtorità quddiem il-Qorti Kostituzzjonali jew il-Prim Awla’ tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali).
Ħatra tal-Kumitat dwar Deċiżjonijiet tal-Infurzar — Status
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11098, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istatus attwali dwar il-ħatra tal-Kumitat dwar Deċiżjonijiet tal-Infurzar skont l-art. 11 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, Kap. 330, dan ukoll fid-dawl tas-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali tat-18 ta’ Novembru 2024 fl-ismijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament:
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MFSA, sal-ġurnata tal-lum, għadha ma waqfitx l-Enforcement Decisions Committee.
Madankollu, wara id-deċizjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali tat-18 ta’ Novembru 2024 kontra l-FIAU u l-Avukat ta’ l-Istat, l-MFSA qiegħda tikkonsidra kif ser timxi dwar l-Enforcement Decisions Committee, fid-dawl ta’ dawn id-deċizjonijiet riċenti.
Ministeru għall-Finanzi — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19992, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq l-istess Public Service Expo 2024 minn kull entità u/jew aġenzija li taqa’ taħt l-istess Ministeru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninsab informat illi t-tweġiba li tajt lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 19992 hija komprensiva għall-entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi.