Jista’ l-Ministru jgħid kemm swieħ lill-Gvern il-grilling mill-UNCRPD dwar l-issues tad-diżabilità li sar f’Ġinevra? Kemm kien hemm persuni fid-delegazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi, l-ispejjeż b’konnessjoni mad-djalogu kostruttiv (constructive dialogue), mal-Kumitat tal-Ġnus Magħquda, dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UN CRPD Committee), waqt l-20 Sessjoni tiegħu ġewwa Ġinevra, u bħala obbligu li kien intrabat bih pajjiżna, li jissottometti ruħu għalih minn żmien għal żmien, meta mitlub mit-tali Kumitat, u li ntrabat bih wara r-ratifika tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilità (UN CRPD), mill-Gvern Malti fl-2012, kienu s-segwenti ;
i. Titjiriet : € 4160.00
ii. Akkommodazzjoni : € 9149.43
iii.
Subsistence Allowance
: € 3994.00 (tali ammont jeskludi flus allokati għall-akkommodazzjoni)
In-nefqa kif dettaljata tkopri delegazzjoni ta’ 11-il persuna. Ir-rakkommandazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ġnus Magħquda, dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kienet illi, d-delegazzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu komposti minn madwar ħmistax 15-il ruħ. Dawn il-persuni ġew minn entitajiet differenti, li kienu nvoluti fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tul dawn l-aħħar snin, u li ffurmaw Grupp ta’ Ħidma li pprepara għal dan l-eżerċizzju, permezz ta’ ġbir ta’ materjal u statistika, li ġew diskussi mal-Kumitat, wara li aktar kmieni din is-sena, ġew sottomessi kważi 70 paġna ta’ risposti dettaljati, hekk imsejjħa List of Issues, imqajjma mill-Kumitat. Is-sessjonijiet kienu jirrikjedu li, membri tad-delegazzjoni jirrispondu għal aktar domandi simili, ħafna drabi f’ħin ta’ 15-il minuta.
Id-delegazzjoni kienet ukoll komposta minn 2 interpreti, tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija (LSM), illi l-ispejjeż kollha b’konnessjoni magħhom ġew imħallsa mill-Ġnus Magħquda, skont il-prassi eżistenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Raħal il-Ġdid u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Gudja u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Fgura u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Santa Luċija u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward post ta’ housing peress li ilha sitt snin li applikat għall-post?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-każ imsemmi qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa, bħal kull każ ieħor.
Residenza San Vincenz de Paule – servizz minn kumpanija
Question
B’referenza għad-direct orders li qed jinħarġu u għall-kuntratti li r-Residenza San Vinċenz de Paule għandhom mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ngħata direct order u meta ngħata l-ewwel direct order? Jista’ jgħid kemm din il-kumpanija ilha tagħti servizz lil din ir-residenza? Jista’ jgħid kemm jiswa d-direct order preżenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jimxi mal-proċeduri legali tal-procurement.
Sas-sena 2015, il-Faċilità għal Kura fit-Tul San Vinċenz De Paul kellha kuntratt ma’ kumpanija għas-servizzi tal-indafa li ġiet magħżulha
b’tender
. Iżda, din il-kumpanija eventwalment ġiet
blacklisted
skont iċ-ċirkulari tal-kuntratti CT08/2014 u CT12/2014. Dan it-tender kellu jieqaf għax dan hu gvern illi bil-fatti ma jaċċetax il-prekarjat.
Din is-sitwazzjoni waslet biex intalbet stima ta’ tliet kumpaniji u ntgħażlet l-orħos waħda bl-approvazzjoni tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti.
Dan il-kuntratt iġġedded bi proċedura negozjata, b’approvazzjoni tal-istess Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti, skont regolament 60 (d) tar-Regolamenti tal-2010 dwar il-Kuntratti Pubbliċi (Avviż Legali 296/2010) u regolament 150 (c) tar-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku (Avviż Legali 352/2016).
Kumpaniji li ma jħaddmux persuni b’diżabilità – flus miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qegħdin jintefqu l-flus miġbura minn dawk il-kumpaniji li mhumiex iħaddmu l-kwota ta’ ħaddiema b’diżabilità (2% mill-ħaddiema jkunu persuna b’diżabilità)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari, lill-Ministru kkonċernat.
Fil-bidu tas-sena 2017, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) ħadet over il-programm tas-Supported Employment mill-Malta Association of Supported Employment (MASE). Dan fisser li ħadet over il-520 suċċessi ta’ persuni vulnerabbli li kien instabilhom xogħol matul is-sena 2016 u li sa l-aħħar tal-istess sena kienu għadhom jaħdmu, u wkoll l-FSWS kienet ħadet over il-madwar 20 ħaddiem abbinat mal-programm. Jista’ l-Ministru jgħid:
a) kemm minn dawn il-520 ħaddiema vulnerabbli għadhom fl-impjieg?
b) il-ħaddiema li ġew ittrenjati u ġabu ċertifikazzjoni fis-Supported Employment u li ttieħdu mal-programm mill-FSWS, lil kemm-il persuna vulnerabbli sabu xogħol matul is-sena 2017 u matul is-sena 2018?
c) illum, x’inhu l-irwol ta’ dawn il-persuni li ġabu ċertifikazzjoni fis-Supported Employment?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-Job Enhancing Skills Scheme (JESS) li huwa ffinanzjat minn fondi Ewropej u mmexxi mill-Aġenzija Sapport, jista’ l-Ministru jgħid:
a) kemm hija s-somma totali allokata għal din l-iskema? Kemm huwa twil dan il-programm? Fiex jikkonsisti dan il-programm?;
b) meta bdiet din l-iskema u kemm il-parteċipant hemm f’din l-iskema s’issa? Bħalissa f’liema stadju tal-proġett waslu dawn il-parteċipanti? u
c) skont il-proġett, kemm hu mistenni li jkun in-numru ta’ persuni li ser jibbenefikaw minn din l-iskema fl-għeluq tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-INK Person Focused Inclusion Project li huwa ffinanzjat minn fondi Ewropej u mmexxi mill-Aġenzija Sapport, jista’ l-Ministru jgħid:
a) kemm hija s-somma allokata għal dan il-programm u kemm huwa twil dan il-programm? Fiex jikkonsisti dan il-programm? u
b) meta beda jitħaddem dan il-programm? Bħalissa x'inhuwa n-numru ta’ parteċipanti fi ħdan dan il-programm u skont l-applikazzjoni, kemm huwa n-numru ta’ benefiċċjarji li ser jibbenefikaw minn dan il-programm?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Pensjonanti li għandhom pensjoni ta’ inqas minn €600 fix-xahar
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti preżentement f’pajjiżna u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Ħal Tarxien, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom, huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Persuni bi bżonnijiet speċjali ta’ taħt is-16-il sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hawn tfal taħt is-16-il sena reġistrati bi bżonnijiet speċjali f'kull raħal u f’belt f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Kummissjoni żżomm statistika fuq il-persuni kollha li tinħarġilhom identifikazzjoni, għall-finijiet tad-diżabbilta' tagħhom(Special ID u European Disability Card) u tippubblika statistika nazzjonali f'dan ir-rigward kull sena, fir-rapport annwali tagħha, li jitpogga wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward ta' statistika mqassma skont l-lokalita`, in-konsiderazzjoni tad-daqs ta' Malta u l-possibilita` ta' stigma li tista' titpoġġa fuq lokalita` partikolari, l-Kummissjoni hija tal-fehma li jekk tagħti tali statistika, hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, ikun qiegħed jinkiser Artiklu 5 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilita` (UN CRPD), illi jittratta l-Ugwaljanza u n-Non-Diskriminazzjoni.
Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni mhux f’pożizzjoni li tagħti tali statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Persuni bi problemi ta’ droga – servizz residenzjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu l-għajnuna minħabba problemi ta’ droga f’dawn l-aħħar tliet snin? Bħalissa kemm hemm persuni li qed jagħmlu esperjenza residenzjali sabiex joħorġu minn din il-problema serja? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi waiting list sabiex persuni bil-problema ta’ droga, jingħataw is-servizz residenzjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li talbu l-assistenza u bdew jiġu segwiti mill-professjonisti tal-Aġenzija Sedqa, minħabba problemi relatati mad-droga, mill-2016 sat-8 ta’ Ottubru 2018, kien jammonta għal 867.
Fil-preżent, fir-residenzi tal-Aġenzija Sedqa, jiġifieri Dar l-Impenn, l-
Assessment and Stabilisation Unit (ASU)
u Komunita` Santa Marija, hemm 14-il persuna li qiegħda f’xi fażi jew oħra li joffru dawn l-programmi residenzjali. Il-
waiting list
abbinata ma’ dawn is-servizzi residenzjali bħalissa hija ta’ 3 persuni.
Benefiċċji tal-mard lill-persuni bi problemi ta’ droga u tal-alkoħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus li ħareġ il-Gvern f’dawn l-aħħar tliet snin għall-benefiċċji tal-mard lill-persuni bi problemi tad-droga u tal-alkoħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, ma jħallasx benefiċċju tal-mard lill-persuni bi problema ta’ droga u/jew l-alkoħol.
Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-Għajnuna Soċjali, li tingħata lil dawk illi qegħdin fi programm ta’ riabilitazzjoni, mogħti mill-Gvern jew mill-Caritas, l-ammont ta’ flus li ħareġ il-Gvern f’dawn it-3 snin kien kif ġej ;
SENA AMMONT
2015 €23,336.40
2016 €33,850.96
2017 €28,451.34
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-indivdwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-individwu msemmi, fl-2016 inħatar membru fuq il-Bord ta’ Assessuri (li joħrog mill-Att dwar is-Sigurta` Soċjali Kap 318 – Artiklu 107/108) bħala wieħed mir-rapreżentanti tal-unjins.Ir-remunerazzjoni li tħallas minn meta ġie appuntat bħala membru, sad-data li fiha qed tkun imwieġba l-mistoqsija parlamentari hija kif ġej ;
Fl-2016 - €55.89
Fl-2017 - €167.67
Is-Sedqa – klijenti li marru għal għajnuna minħabba substance abuse
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il klijent mar (first referrals u mhux follow-ups) is-Sedqa għal għajnuna minħabba substance abuse f’kull sena mill- 2013 sal-2017? Kemm marru sal-aħħar ta’ Ottubru 2018? Kemm ikun hemm follow-ups? Xi statistika żżomm is-Sedqa dwar numru ta’ klijenti fejn l-abbuż fuq is-sustanza u l-abbuż fuq l-attitudni (behaviour bħal gambling) jitrażżan? Jista’ jagħti skeda separata għal dawn iż-żewġ tipi ta’ abbuż għas-snin 2013 sal-2017, għal kull sena separatament? Kemm kienu l-klijenti li fiequ għal kull sena mill-2013 sal-2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Dokument – Struttura għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali 2014 — 2024
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument: ‘Struttura għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali 2014 – 2024’? Xi twettaq mill-Gvern s’issa minn dan id-dokument?’
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għall-Inklużjoni Soċjali (2014-2024), tista’ tiġi aċċessata minn fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ;
https://family.gov.mt/en/Documents/Poverty%20Strategy%20Maltese.pdf
https://family.gov.mt/en/Documents/Poverty%20Strategy%2014%20English%20Version.pdf
Dwar l-implimentazzjoni ta’ din Il-Politika Strateġika Nazzjonali, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-
Implementation
and Evaluation Report 2014-2016 - National Strategic Policy for Poverty Reduction and Social Inclusion 2014-2024
, illi ġie mniedi f’Novembru 2017 u li jista’ jkun aċċessat minn fuq is-sit uffiċjali tal-Ministeru ;
https://family.gov.mt/en/Documents/Poverty%20Booklet.pdf