Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żgħażagħ li qed jitilqu minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27806 u jgħid kif il-gvern qed jindirizza ż-żgħażagħ b’talent li qed jitilqu minn Malta għal opportunitajiet aħjar f’pajjiż ieħor? Jista’ jgħid ukoll hux qed isir xi studju dwar din il-problema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel tal-Gvern — Klassijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel tal-gvern bi klassijiet li għandhom sistema ta’ arja kundizzjonata, oħrajn b’sistema ta’ fannijiet, u oħrajn li m’għandhom xejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba parlamentari 21280.

Programm Edukattiv GEM16+ — Studenti vulnerabbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li jattendu l-Programm GEM16+ li huma meqjusa bħala vulnerabbli, hux ser jingħataw għajnuna speċjali? Jista’ jassigura li dawn l-istudenti se jibqgħu jirċievu l-istess sapport u sostenn meħtieġ fil-Higher Secondary?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Programm Edukattiv GEM16+

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’użu ser ikollha l-binja fiċ-Ċentru Edukattiv fil-Gżira li bħalissa qed tintuża għall-Programm GEM16+, fid-dawl tal-fatt li d-deċiżjoni biex il-programm jitlaq minn din il-binja ittieħdet b’mod mgħaġġel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Gudja — AIMS - Kuntratt tal-kiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt tal-kiri tal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) fil-Gudja wasalx fi tmiemu u għaliex ma kienx hemm tiġdid tal-kuntratt? Jista’ jgħid ukoll jekk inħariġx tender ġdid għall-kiri ta’ uffiċini, meta għalaq dan it-tender, kemm kien hemm offerti, u meta hu ppjanat li jiġi aġġudikat il-kuntratt?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel — Manutenzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27412 dwar kemm hemm skejjel li saret manutenzjoni fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet din il-manutenzjoni u f’liema skejjel saret f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ — Edukazzjoni u ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26731 u 27413 u jgħid kif qed jiżgura li l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ tindirizza d-diskrepanza bejn l-edukazzjoni u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ addottat l-għanijiet strateġiċi li hemm elenkati fil-politika nazzjonali taż-żgħażagħ u ħejjiet programmi għall-tran¿azzjonijiet speċifiċi fid-diversi livelli edukattivi liż-żgħażagħ jgħaddu minnhom matul it-traġit akkademiku tagħhom biex tibda tippreparhom sa mill-adoloxxenza. Il-programmi tat-tranżazzjoni jibnu fuq xulxin u jibqgħu jakkumanpjaw liż-żgħażagħ fi stadji aktar avvanzati fiż-żogħzija tagħhom. L-Aġenzija Żgħażagħ tikkollabora m’entitajiet oħra li jassistu liż-żgħażagħ li ġejjin minn oqsma varji, sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol u b’hekk iż-żgħażagħ jifhmu u jagħmlu għażliet infurmati dwar dak li joffri s-suq tax-xogħol. Permezz ta’ programmi dwar ħiliet il-ħajja ikunu jistgħu jerġgħu jidħlu f’taħrig u jsibu mpjieġ jew ikomplu bl-istudji tagħhom biex ikabbru l-għarfien akkademiku u jakwistaw il-ħiliet neċessarji skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u b’hekk b’mod realistiku jkunu jistgħu jidħlu wkoll fid-dinja tax-xogħol. Barra minn hekk hemm diversi dokumenti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet, fosthom in-National Employment Policy u l-Pjan ta’ Implimentazzjoni Nazzjonali tad-Dikjarazzjoni ta’ Osnabrück, kif ukoll f’S.L. 605.10, li tiddeskrivi l-funzjoni tiegħu bħala kunsill li jfassal politika biex inkunu preparati għad-dinja tax-xogħol t’għada u li nqarrbu aktar is-settur ta’ l-edukazzjoni mal-industrija. Il-viżjoni tal-kunsill hija li jrawwem kultura ta’ tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd, biex nilħqu l-potenzjal sħiħ, f’dinja dinamika tax-xogħol, filwaqt li l-missjoni tiegħu huwa li mmexxu ‘l quddiem aġenda tal-ħiliet ibbażata fuq l-evidenza, b’enfasi fuq l-impjegabbiltà, l-inklużjoni soċjali u l-ġid tal-individwu.

MFA — Devoluzzjoni ta’ art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28298 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27409, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra t-talba li saret mill-Malta Football Association (MFA) għal devoluzzjoni ta' art u t-tweġiba ta’ SportMalta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AIMS — Sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28299 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27505, jista’ l-Ministru jgħid jekk sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, tkunx ħarġet is-sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) u jekk iva, meta tagħlaq? Jekk sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari l-applikazzjoni tkun għalqet, jista’ jgħid kemm kien hemm applikanti li tefgħu n-nomina għal din il-pożizzjoni? Jista’ jagħti s-sess u l-età tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li s-sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO ħarġet.

AIMS — Għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28300 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26334, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-għaqdiet sportivi li rreġistraw skont il-liġi mal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nerġa ntenni li dan il-proċess hu wieħed kontinwu. Infurmat li s’issa ġew reġistrati 24 federazzjoni/assoċjazzjoni filwaqt li hemm 33 federazzjoni/assoċjazzjoni li qed jiġu assistiti mill-AIMS biex jiffinalizzaw l-applikazzjoni tagħhom.

Ħal Far — Trakka l-Kbira - Titolu tal-art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28297 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27408, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il biċċa art għadha qed tiġi użata minn terzi mill-art li trid tintuża għat-Trakka l-Kbira f’Ħal-Far? Jista’ jgħid ukoll kemm qed jaħseb li ser idum dan il-proċess?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 27408, ninfurmah li l-entitajiet konċernati għaddejin b’dan il-proċess. Intant ninfurmah ukoll li tali proċess m'għandux ixekkel it-tempistika tax-xogħlijiet.

AIMS — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jagħti d-designation ta’ kull impjegat flimkien mal-paga rispettiva ta’ kull wieħed, mingħajr ma jissemmew l-ismijiet tal-impjegati kkonċernati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Supply teachers — Kors

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28245 u jgħid meta se jiġi offrut il-kors għas-supply teachers biex ikunu jistgħu jingħataw impjieg permanenti, kif stipulat fil-ftehim settorjali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28124 u 28246 u jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26311, 26672, 26989, 27623, 27869 u 28098 u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26312, 26673, 26988, 27624, 27870 u 28097 u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26310, 26599, 26817, 27625, 27871 u 28096 u jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Data għall-bidu tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26309, 26600, 26816, 27626, 27872 u 28095 u jispeċifika d-data sottomessa mill-konċessjonarju fil-pjan ta’ investiment inizjali għall-bidu tal-operat tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.