Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti li applikaw għall-eżamijiet fil-Livell Avvanzat

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7539, billi minn din ir-risposta qed jidher li n-numru ta' tfajliet/nisa li ser joqogħdu għal xi eżami/ eżamijiet tal-Matsec fil-livell avvanzat, hu ferm ikbar minn dak ta' ġuvintur/irgiel, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kif dawn in-numri jitqabblu ma' dawk ta' għaxar snin u ħames snin ilu? Jekk hemm bidla sinifikanti, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'jista' jkun wassal għal din il-bidla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti li applikaw għall-eżamjiet tal-MATSEC fil-Livell Avvanzat għaxar snin ilu, ħames snin ilu u din is-sena huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt. Jidher li f’dawn is-snin dejjem kien hemm iktar tfajliet/nisa’ milli ġuvintur/irġiel joqgħodu għall-eżamijiet f’dan il-livell. Ċertifikat tal-Matrikola Advanced Level Single Subject Totali Sena Subien Bniet Subien BnietSubienBnietTotali 1999 784 937 610 800139417373131 2004 976 1257 478 700145419573411 2009 989 1450 539 849152822993827 Waqt li x-xejriet juru żieda fin-numru ta’ reġistrazzjonijiet għall-eżamijiet fil-livell Avvanzat bejn l-1999 u l-2009, iż-żieda fin-numru ta’ tfajliet hija ħafna ikbar miż-żieda fin-numru ta’ ġuvintur. Din ir-realta’ teżisti fil-livelli kollha ta’ l-Edukazzjoni. Il- performance gap favur il-bniet teżisti kemm fl-eżami tal- Junior Lyceum , fis-SEC, fiċ-ċertifikati tal-Matrikola u anke l-Universita’. Jidher illi iktar ġuvintur milli tfajliet jidħlu fid-dinja tax-xogħol immedjetament wara l-iskola sekondarja, kif wkoll jidħlu għal korsijiet vokazzjonali. M’hemmx studju partikolari li janalizza din is-sitwazzjoni għalkemm hemm bosta indikaturi li jeħtieġ li jkunu studjati b’mod xjentifiku biex naslu għall-konklużjonijiet konkreti.

School Transport with Special Needs — Tender

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm milli joħroġ il-kuntratt wara li nħareġ it-tender, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kien provision of School Transport with Special Needs at San Miguel Special School meta t-tenders għal dan il-kumitat ingħalqet fit-8 ta' Jannar, 2009? Tara l-Ministru li erba' xhur wara u għadu m'hemmx eżitu huwa żmien twil wisq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord tal-Evalwazzjoni tad-Direttorat bagħat ir-rapport tal-Adjudication lid-Dipartiment tal-Kuntratti xi ġimgħat ilu. Hekk kif tasal komunikazzjoni minn dan id-Dipartiment il-proċess ikun iffinalizzat.

Channel 22 — Ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff f'Channel 22, u x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minnhom? Kemm minn dan l-istaff kellu taħriġ professjonali fil-qasam tax-xandir u fejn ingħatalhom dan it-taħriġ u f'liema sena jew snin? F'liema grad taċ-ċivil jinsab kull membru tal-istaff?

Response (CRISTINA, DOLORES)

B’kollox hemm 12-il impjegat full-time jew b’kuntratt. Id-dettalji mitluba kif jidhru hawn taħt: Supply Teacher skala 12 b’esperjenza ta’ tmien snin fil-qasam tax-xandir. Segwiet diversi korsijiet fosthom dwar preżentazzjoni u komunikazzjoni pubblika (AZAD) u fuq muntaġġ permezz ta’ sistemi diġitali (Education 22). Preżentament hi preżentatriċi u producer . Supply Teacher skala 10 b’Baċċellerat fl-Arti bi speċjalizzazzjoni fil-Komunikazzjoni fejn ikkwalifikat bi grad 1st Class Honours (UoM). Għandha 12-il sena ta’ esperjenza televiżiva bħala producer/director lokalment u ħadmet fuq diversi proġetti barra minn Malta. Preżentament twettaq xogħol ta’ preżentatriċi, producer u direttur. Għalliema, skala 8, b’Baċċellerat fl-Arti bi speċjalizzazzjoni fil-Komunikazzjoni (UoM) u Masters fil-Komunikazzjoni bi speċjalizzazzjoni fil-ġurnalizmu (UoM). Għandha esperjenza ta’ 16-il sena fil-qasam tax-xandir televiżiv. Preżentament hi preżentatriċi, producer u direttur. Supply Teacher skala 10 bi kwalifiċi barranin fosthom Baċċellerat fil-Komunikazzjoni Multi-Media (New York), Broadcast Communications (New York Suffolk Community College), ċertifikat f’Audio Recording (Audio Recording Technology Institute, YN). Preżentament jaħdem bħala producer , cameraman u fil-muntaġġ. Impjegata f’kuntratt bħala Operations Manager u taħdem fl-ippjanar ta’ kru tekniku għall-produzzjoni ta’ l-istazzjon. Żewġ Camerapersons u edituri b’kuntratt indefinit. Studjaw l-MCAST fejn kisbu Diploma fl-Elettronika. Ex-impjegata tal-PBS u għandha esperjezna ta’ 28 sena fil-qasam tax-xandir. Segwiet korsijiet fil-ġurnalizmu mtella’ mill-Istitut tax-Xandara, il-Fondazzjoni Tumas Fenech u l-Universita’ ta’ Malta. Għandha grad ta’ Reporter . Preżentament qed taqleb testi mill-Ingliż ghall-Malti u viċi-versa u tipproduċi dokumentarji. Ex-impjegat tal-PBS b’esperjenza ta’ 32 sena bħala cameramen u direttur/ producer . Ħadem wkoll barra minn Malta. Preżentament iwettaq xogħol ta’ direttur u producer . Żewg Supply Teachers , grad 10. Studjaw u kisbu Baċċellerat fil- Film Making mill-Middlesex University, Sydney. Preżentament qed jagħmlu xogħol ta’ camerapersons u producers . Executive Officer li tagħmel xogħol amministrattiv u klerikali. Qed issegwi kors ta’ Baċċellerat fil-Politika Socjali fl-Universita’ ta’ Malta.

Acting Precinct Officers — allowances

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 2969, tista' l-Ministru tgħid min huma l-acting precinct officers fi ħdan id-Direttorati tal-Edukazzjoni? Liema kulleġġi jaqgħu taħthom? X'allowances għandhom kull acting precinct officer u liema entità qed toħroġ l-allowances ta' dawn l-acting precinct officers? Fuq liema kriterju intgħażlu dawn l-acting precinct officers li minnhom hemm tlieta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Acting Precincts Officers iservu f’Kulleġġ San Benedittu, f’Kulleġġ Santa Margerita, f’Kulleġġ Santa Klara, f’Kulleġġ Maria Reġina u f’Kulleġġ San Ġorġ Preca. Dawn l-Acting Precincts Officers jitħallsu mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada. Dawn l- Acting Precincts Officers intgħażlu fuq l-esperjenza tal- performance effettiva tagħhom sakemm joħorġu l-applikazzjonijiet ta’ College Precinct Officers . Dan ser isir fi żmien qasir peress li l- feedback mill-iskejjel dwar dan il-proġett pilota kien pożittiv ħafna.

School Transport Section

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li School Transport Section tingħata r-riżorsi umani meħtieġa biex tassigura li ċertu nuqqasijiet li ħarġu fir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2007 ma jerġgħux jirrepetu ruħhom? Jekk fl-affermattiv, tista' tagħti indikazzjoni ta' meta ser tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-preżent hemm koordinament aħjar milli kien hemm fis-snin ta’ qabel fis-Sezzjoni tal-iSchool Transport Section. L-operat tal-Kulleġġi, tal-Customer Care u tas-Sezzjoni tal-Finanzi qed jiġu koordinati ma’ dak tal-iSchool Transport Section biex ma jiġux ripetuti n-nuqqasijiet imsemmija fir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2007.

Għalliema akkużati b'paedofelija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm il-għalliem ġie akkuzat b'pedofelija matul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawk akkużati kienu rġiel u kemm kienu nisa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Matul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm għalliem wieħed akkużat b’pedofelija. Dan il-każ ġara fl-2004. Kien hemm ukoll żewġ instructors akkużati b’pedofelija, wieħed fl-2000 u ieħor fl-2005, u supply teacher fl-2007. Fil-każijiet kollha l-akkużati kienu rġiel.

Ħteġijiet tat-trasport tal-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kif jiġu organizzati l-ħteġijiet tat-trasport tal-iskejjel, l-ippjanar tar-rotot u ħlasijiet lis-service providers? Kemm huwa stmat li jieħu ħin xogħol ta' din in-natura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li għall-bidu t’Awwissu, id-Dipartiment responsabbli mit-trasport jitlob lill-iskejjel biex jagħmlu t-talbiet għall-bżonijiet tat-trasport. L-informazzjoni li tintalab hi n-numru tat-tfal, min fejn huma u min fejn iridu jinġabru. Wara li d-Dipartiment jirċievi dawn it-talbiet mill-iskejjel, jiġu ppjanati r-rotot. Għal kull sitta u tletin (36) student tiġi allokata xarabank u għal kull erbatax-il (14) student tiġi allokata minibus . Dan ix-xogħol jieħu madwar sitt ġimgħat. Kif jibdew l-iskejjel, l-ilmenti li jaslu lid-Dipartiment jiġu mgħoddija lill-kuntratturi. Wara l-aħħar ta’ kull xahar, id-Dipartiment jirċievi rapport mill-iskejjel imsejjaħ Monthly Report. Wara li dawn ir-rapporti jiġu ċċekkjati mal-kontijiet ( invoices ), jiġu applikati l-penali u jiġu mgħoddija lis-Sezzjoni tal-Finanzi ( Accounts Section ). Dan jieħu madwar ġimgħa għal kull xahar skolastiku.

Direttorat tal-Edukazzjoni — Ħtieġa ta' audit

Question

Mill-indikazzjoni li hemm fir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2007 jidher ċar li l-Accounts Section tad-Direttorat tal-Edukazzjoni tenħtieġ audit ġenerali strinġenti. Jidher ċar li minbarra li hemm nuqqas serju ta' staff kompetenti, hemm back log kbira ta' xogħol li bħala riżultat mhux qed jiġi ndirizzat b'mod professjonali kif jitolbu l-financial regulations sew għat-trasparenza kif ukoll biex jitnaqqsu l-abbużi. Tista' l-Ministru tgħid meta ser tittieħed id-deċiżjoni li jsir dan l-audit?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-Accounts Section tad-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni hemm staff serju u kompetenti u ma teżisti l-ebda backlog kbira ta’ xogħol.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — kummisjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-kummisjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Listening Comprehension tal-Ingli — żball fil-karta

Question

Tista’ l-Ministru tispiega kif kien hemm żball ieħor fil-karta tal-Listening Comprehension tal-Ingliż il-ġimgħa li għaddiet u speċjalment f’dak it-test dwar Dublin fejn fil-qari issemma monument wieħed u fil-mistoqsija kien hemm biex jissemmew tnejn? X’se jiġri dwar din il-mistoqsija żbaljata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma kien hemm l-ebda żball fis-sitt karti tal-Listening Comprehension li ntużaw il-ġimgħa li għaddiet fl-eżami tal-Lingwa Ingliża fil-livell tas-SEC. Il-karti kollha kien fihom testi differenti dwar il-belt ta’ Dublin iżda f’karta 2B biss issemma monument. Fl-ebda mistoqsija f’din il-karta ma ssemmew żewġ monumenti.

Listening Comprehension tal-Ingliz — pronunzjar ħażin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk dawk kollha li qraw it-testijiet tal-Listening Comprehension kenux kollha għalliema tal-Ingliż ? Jekk le x’kwalifiki kellhom għaliex kelli lmenti li kien hemm min ma ppronunzjawx l-Ingliż tajjeb?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mill-51 eżaminatur li qraw it-testijiet tal-Listening Comprehension fil-Ligwa Ingliża, kien hemm 50 li kienu għalliema jew ex-għalliema tal-Ingliż fl-iskejjel sekondarji. Waħda mill-eżaminaturi f’Għawdex kienet għalliema fi skola primarja. Din għandha kwalifiki f’livell avvanzat fl-Ingliż u ċertifikat tat-TEFL (Teaching English as a Foreign Language) u ħadet sehem fit-taħriġ fil-qari tat-testijiet flimkien ma’ l-eżaminaturi l-oħrajn.

Ċentru dwar l-Istudji dwar il-Familja

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk mit-twaqqif tiegħu f'Settembru 2008 'l hawn iċ-Ċentru dwar l-Istudji dwar il-Familja fl-Università ta' Malta kkonkludiex xi studji dwar il-familja? U jekk fl-affermattiv, dwar xiex kienu dawn l-istudji? Tista' l-Ministru tqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord taċ-Ċentru għall-Istudji tal-Familja ġewwa l-Università ġie uffiċjalment kostitwit fis-6 ta' Frar, 2009. S’issa għad m’hemm l-ebda studju li kien iffinalizzat.

Assenteiżmu fl-iskejjel primarji statali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu fl-iskejjel primarji statali, maqsuma lokal, lokal, matul is-sena skolastika 2007/8? Tista' tgħid ukoll kemm kien in-numru ta' ġenituri li tressqu l-qorti fl-istess perijodu għax fallew l-iskola lill-uliedhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji statali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji statali, maqsuma lokal, lokal, matul is-sena skolastika 2007/8? Tista' tgħid ukoll kemm kien in-numru ta' ġenituri li tressqu l-qorti fl-istess perijodu għax fallew l-iskola lill-uliedhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li dawk l-learning support assistants li ħadu d-diploma hux ser jaqbżu lil dawk li ma għandhomx diploma fis-seniority biex jiġu jaħdmu Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-bidu ta’ April ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Learning Support Assistants (LSAs) kwalifikati bid-Diploma fl-Edukazzjoni Inklussiva ta’ l-Universita’ ta’ Malta biex jimlew postijiet vakanti fil-grad ta’ LSA II. Id-data ta’ l-għeluq għall-applikazzjonijiet hija it-8 ta’ Mejju 2009. L-applikanti se jiġu msejħa biex joqgħodu għall-intervista quddiem Bord tal-Għażla sabiex jiġi stabbilit humiex adattati għal dan il-grad. Ir-riżultat ta’ l-intervista jiddetermina l-anzjanita’ fost l-applikanti li jgħaddu. Dawn jiġu ppustjati fl-iskejjel skond l-anzjanita’ kif rifless fir-riżultat.

Child Care Centres

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 7412 li oriġinarjment saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġier riferuta lilha u tgħid kemm hawn childcare centres reġistrati? Tista' tagħti l-informazzjoni skond il-lokalitajiet li qegħdin fihom, in-numru tat-tfal li jattendu, ir-range tal-etajiet tat-tfal li jiġu aċċettati u l-ħinijiet li ċ-ċentri jkunu miftuħin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għal Mistoqsijiet Parlamentari 2365, 2147, 858 u 152.

St. Andrews — Heavy Plant - karozzi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3750, tista' l-Ministru tgħid min huma n-nies, persuna b'persuna, jew sezzjonijiet inkarigati mill-karozzi msemmija li saru tiswijiet fuqhom mill-heavy plant ta' St. Andrews?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġetti tal-Kindergartens

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 2984, tista' l-Ministru tgħid x'jisimhom il-proġetti li qed jieħdu sehem fihom il-kindergartens li semmejt, wieħed b'wieħed u wkoll jekk humiex taħt il-program Comenius jew inkella taħt il-program Grindvig? X'ammont ta' flus ingħata kull proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proġetti kollha li hawn imsemmija hawn taħt kollha jifformaw parti mill-programm settorali Comenius taħt il-Life Long Learning Programm, Programm ta’ tagħlim tul il-ħajja. Progetti li spiccaw fl 2008 Tumas Dingli Primary School - Attard “Building bridges makes u one” Eur 4,500 Progetti li ghadhom ghadejjin fl 2009 Gozo College Nadur Primary School-Nadur “Networking Minds” Eur 25,000 Dun Guzepp Zerafa Primary –Fgura “3 E’s (e-counting,e-culture,e-communication ) Eur 18,000 St. Joseph Junior School- Sliema “Good Behaviour-a rainbow that colours our life” Eur 14,000 Dun Alwig Camilleri Primary A –Zejtun “INTEC-to develop innovative teaching and learning techniques for European primary schools within a design and technology context.” Eur 25,000 Theresa Nuzzo Primary-Marsa “The world watched by children” Eur 25,000 St. Cecilia Kindergarten “Colourful Rainbow Diversity” Eur 18,000 Dun Karm Scerri Primary –Naxxar- project will not be continued Tumas Dingli Primary School - Attard “Ring O Roses of Traditions stories and songs” Eur 18,000 Little Angels School “Our European Cultural Heritage” Eur 9,000 St.Venera Primary C- St. Venera “Healthy effective contributors in the 21st century” Eur18,000