Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien — Triq Santa Maria - Tindif ta’ spralli

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet neċessarji fl-ispralli li jinsabu fi Triq Santa Maria, f’Ħal Tarxien, mill-kantuniera ta’ Triq is-Sorijiet sa Triq l-Iskola, humiex qed isiru peress li kull darba li tagħmel ix-xita, it-triq tkun mimlija perikli?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

EcoHive Complex — Tender CT2231/2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet u jekk ittieħditx deċiżjoni dwar l-offerent rebbieħ fir-rigward tat-tender CT2231/2024, intitolat ‘Tender for Rental and Operation of Treatment Unit for Leachate Generated from Landfills at EcoHive Complex’?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġew sottomessi tliet applikazzjonijiet skont ‘l-open tender details’ li hija aċċessibbli għall-pubbliku fuq l-EPPs. Il-perjodu tal-oġġezzjonijiet skada u ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni u għalhekk meta jigi ffirmat il-kuntratt ikun jista’ jibda l-proġett.

Charging points — Mosta

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi aġġornament dwar iċ-charging points għall-użu pubbliku li kellhom jitwaħħlu madwar il-Mosta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hawn 408 charging points għall-użu pubbliku mxerrdin madwar Malta u Għawdex. Għaddej proġett ieħor biex jiżdiedu 1,200 charging point ieħor madwar il-gżejjer u dawn jnkludu 40 charging point li se jsiru fil-Mosta. Minn dawn, diġà hemm il-permessi neċessarji għal 12-il charging point ġodda li x-xogħol fuqhom mistenni jibda fix-xhur li ġejjin. Is-siti fejn huwa propost li jsiru ċ-charging points li se jiżdiedu fil-Mosta jinsabu fi Triq id-Dawr, Triq il-Bufula l-Ħamra, Triq Ġlormu Cassar, Triq il-Kartaġiniżi, Triq Franġisku Pisani, Triq il-Kostituzzjoni, Triq il-15 t’Awwissu, Triq Trinċetta, Triq il-Ħtajriet, Triq l-Għonnella, Triq l-Aħwa Galea, Triq l-Inkunurunazzjoni, Triq Misraħ Għonoq, Triq Sagra Familja, Triq il-Fortizza, Triq il-Kostituzzjoni, Triq Dimech, Triq il-Mitħna l-Qadima, Triq il-Planec u Triq il-Biedja.

Segretarjat għall-Indafa Pubblika — Direttorat tal-Indafa - Rendikont tal-baġit annwali u nfiq

Question

Tista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti rendikont tal-baġit annwali u l-infiq tad-Direttorat tal-Indafa għall-aħħar 20 sena u taqsam din l-informazzjoni sena b'sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-allokazzjonijiet annwali tad-Direttorat imsemmi huma disponibbli fl-Estimi Finanzjarji li ta’ kull sena jiġu ppubblikati u approvati minn din il-Kamra.

Direttorat tal-Indafa — Rendikont tal-baġit annwali u nfiq

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-baġit annwali u l-infiq tad-Direttorat tal-Indafa għall-aħħar 20 sena u taqsam din l-informazzjoni sena b'sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26355, li għamlet hi stess u li hija identika.

Airconditioners użati — F-gas

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inġabar F-gas mis-sistemi ta’ airconditioners użati mil-2015 sal-2024 maqsuma sena b'sena, bħala tunnellaġġ u bħala persentaġġ ta’ kemm tpoġġew F-gases fuq is-suq (bulk u f’apparat)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Għawdex – Cables tad-dawl taħt l-art

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mit-30 Kilometru li ntqal li tpoġġew cables tad-dawl taħt l-art, kemm tpoġġew ġewwa Għawdex s’issa u fejn tpoġġew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Bħala parti mill-impenn kontinwu biex inkomplu naġġornaw u ntejbu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, Enemalta qed tissokta bl-investiment f’dak li huwa tqegħid ta’ aktar cables ġodda taħt l-art biex ittejjeb il-kapaċità u l-affidabbiltà tal-provvista fuq skala nazzjonali. Dan l-isforz huwa parti minn viżjoni usa’ biex il-pajjiż ikun imħejji aħjar għal sfidi futuri fil-qasam tal-enerġija. Matul l-2024 tpoġġew madwar 6.5 kilometri ta’ cables ġodda f’Għawdex, waqt li din is-sena Enemalta diġà poġġiet madwar 1.5 kilometri oħra ta’ cables li komplew jikkonsolidaw link bejn Marsalforn u r-Rabat. Huwa ppjanat li sa tmiem is-sena b’kollox ikunu tpoġġew 10 kilometri oħra ta’ cables ġodda fil-gżira Għawdxija.

WSC — Xogħlijiet bejn Triq ir-Rabat u Triq Ħad-Dingli

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li x-xogħol li qed isir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) bejn Triq ir-Rabat u Triq Ħad-Dingli se jitlesta sa Ottubru li ġej kif kien ippjanat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħol tal-ewwel fażi ta’ dan il-proġett estensiv li qed isir fiż-żona indikata mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se jitlesta f’Ottubru kif ippjanat. Minħabba l-kobor tiegħu, ix-xogħlijiet ta’ dan il-proġett ġew imqassmin biex isiru f’fażijiet u huwa mmirat li jiġi konkluż kollu sal-2027. Ix-xogħlijiet ewlenin jinkludu tħaffir ta’ trinek għas-servizz tad-distribuzzjoni tal-ilma, trinek flimkien ma’ mina għas-servizz tad-drenaġġ, trinek separati biex jiġi mgħoddi wkoll fibre optic cable għas-servizz tal-internet u finalment jerġgħu jsiru l-uċuh tat-toroq.

Varjazzjoni — Permess ambjentali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux xi varjazzjonijiet fil-permess ambjentali li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u jekk fl-affermattiv, tipprovdi dettalji dwar in-natura tal-emendi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li sad-data li qed tingħata din it-tweġiba l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ma rċevitx applikazzjonijiet ta’ varjazzjoni relatati mal-permess ambjentali li d-dettalji dwaru ngħataw separatament.

Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Studji

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha relatati mal-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ li saru fiż-żona tal-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Użu tal-art

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pożizzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar l-użu tal-art li fuqha ser isir l-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ fil-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Laqgħat ta’ konsultazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-bdiewa, raħħala u l-Kunsill Lokali Mellieħa dwar l-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ fil-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Chairpersons

Question

Tista' l-Ministru tgħid min kienu / huma ċ-chairmen/chairwomen tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, kummissjonijiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jekk dawn humiex/kenux chairmen/chairwomen eżekuttivi jew le? Tista' tgħid ukoll: (a) Kemm damu / ilhom fil-ħatra ċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed / waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (c) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra bħal disturbance allowance, communications allowance, fully-expensed mobile telephony, free telephony, internet service, Car Allowance, Fuel Vouchers, use of car-hired car, use of government-owned car, tablets, laptops, Expertise allowance, disturbance allowance, shift allowance jew xi tip ta' allowance u / jew perkaċċi oħra (speċifika) ħadu / qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet biex imexxu dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga / grad? (f) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu / huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga / grad? Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-chairmen/chairwomen?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22690.

Ħal Qormi — Charging stations

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu ċ-charging stations f’Ħal Qormi, u jekk iva, tista’ tgħid f’liema toroq ser jiġu installati u meta se jitlestew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hawn 408 charging points għall-użu pubbliku mxerrdin madwar Malta u Għawdex. Għaddej proġett ieħor biex jiżdiedu 1,200 charging point ieħor madwar il-gżejjer u dawn jnkludu 38 charging point li se jsiru f’Ħal Qormi. Minn dawn, diġà hemm il-permessi neċessarji għal 12-il charging point ġdid li x-xogħol fuqhom mistenni jibda fix-xhur li ġejjin. Is-siti fejn huwa propost li jsiru ċ-charging points li se jiżdiedu f’Ħal Qormi jinsabu fi Triq tal-Ħlas, bejn Triuq il-Mejjilla u Triq il-Ħabbież, Triq il-25 ta’ Mejju 1743, Triq il-Ħelsien, Triq Alessandro, Triq San Franġisk, Triq l-Oratorju, Triq San Edwardu, Triq il-Wied, Triq Amleto Spiteri, Triq is-Sajf, Triq id-Deheb Fin, Triq Angelo Borg, Triq in-Naħal, Triq Valletta, Triq Lapsi, Triq il-Kus, Triq Pinto u Triq Fontanier.

Siġġiewi — Charging stations

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu ċ-charging stations fis-Siġġiewi, u jekk iva, tista’ tgħid f’liema toroq ser jiġu installati u meta se jitlestew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hawn 408 charging points għall-użu pubbliku mxerrdin madwar Malta u Għawdex. Għaddej proġett ieħor biex jiżdiedu 1,200 charging point ieħor madwar il-gżejjer u dawn jnkludu 22 charging point li se jsiru fis-Siġġiewi. Minn dawn, diġà hemm il-permessi neċessarji għal 18-il charging point ġdid li x-xogħol fuqhom mistenni jibda fix-xhur li ġejjin. Is-siti fejn huwa propost li jsiru ċ-charging points li se jiżdiedu fis-Siġġiewi jinsabu fi Triq Pawlu VI, Triq S. Borg Olivier, Triq Lorenzo Gafa, Triq Ramija, Triq Dun Manwel Zammit, Triq Mattia Preti, Triq Blat il-Qamar, Triq id-Difa, Triq l-Imqabba, Għar Lapsi (public parking) u Triq Santa Magerita.

Ħal Luqa — Charging stations

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu ċ-charging stations f’Ħal Luqa, u jekk iva, tista’ tgħid f’liema toroq ser jiġu installati u meta se jitlestew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hawn 408 charging points għall-użu pubbliku mxerrdin madwar Malta u Għawdex. Għaddej proġett ieħor biex jiżdiedu 1,200 charging point ieħor madwar il-gżejjer u dawn jnkludu 22 charging point li se jsiru f’Ħal Luqa. Minn dawn, diġà hemm il-permessi neċessarji għal 6 charging points ġodda li x-xogħol fuqhom mistenni jibda fix-xhur li ġejjin. Is-siti fejn huwa propost li jsiru ċ-charging points li se jiżdiedu f’Ħal Luqa jinsabu fi Triq Sir Ugo Mifsud, Triq Ġużeppi Ellul, Triq Patri Schembri, Triq l-Iskola, Triq Valletta, Triq il-Mitħna Ta’ Caraffa, Triq il-Gudja, Triq San Vincenz De Paule, Triq id-Daqquqa Kaħla, Ħal Farruġ Family Park u Triq ir-Russett Abjad.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 huma s-segwenti: Direttiva Skadenza DIRETTIVA (UE) 2024/1711 TAL- PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi (UE) 2018/2001 u (UE) 2019/944 fir-rigward tat-titjib tat- tfassil tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni 17 Jannar 2025 DIRETTIVA (UE) 2023/2413 TAL- PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir- Regolament (UE) 2018/1999 u d- Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal- promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal- Kunsill (UE) 2015/652 21 Mejju 2025

Għajnsielem — Żona Tal-Fessej- Sit għal-rimi ta’ demel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hi l-kapaċità ta’ demel li l-impjant ta’ Tal-Fessej ġewwa Għawdex jiflaħ kuljum? Tista’ tgħid ukoll jekk dan huwiex biżżejjed għal Għawdex kollu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha l-kapaċità li titratta d-demel kollu li jidħol ġewwa l-imsemmi impjant.

In-Nadur Għawdex — Triq Xandriku - Xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li nbdew f’dawn l-aħħar ġimgħat fi Triq Xandriku fin-Nadur, Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ser isir storm water culvert tul it-triq kollha peress li minn din it-triq jgħaddi ħafna ilma tax-xita? Tista’ tgħid ukoll jekk hux ser isir service culvert għas-servizzi u jekk hux ser isiru bankini ġodda?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24539.

Energy Performance of Buildings Directive (EU/2024/1275)

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema proċess waslet l-implimentazzjoni tal-Energy Performance of Buildings Directive (EU/2024/1275), x’bidliet saru, u sa meta tippjana li jkunu qed jiġu implimentati l-bqija tal-bidliet mitluba mid-direttiva?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.