Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13573, 13916 u 14125 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Year
Number or registered farmers
2018
9,656
2019
10,214
2020
11,008
2021
12,008
2022
12,781
2023
13,459
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13574, 13917 u 14126 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Year
Number or registered farmers (Qormi)
2018
217
2019
235
2020
242
2021
269
2022
301
2023
324
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi ser jiġu offruti mill-uffiċini tal-AgriConnect ġewwa Għawdex u x'valur ser jagħtu lis-servizzi li diġà qegħdin jagħtu Rural Gozo lill-bdiewa u raħħala ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll fejn ser ikunu dawn l-uffiċini ġewwa Għawdex u jekk fil-privat, jgħid kemm ser jinkrew fis-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interperlant li s-servizzi li jiġu mogħtija mill-uffiċċju tal-AgriConnect ġewwa Għawdex huma l-istess servizzi li jiġu offruti mill-uffiċini tal-Agriconnect f’Malta. L-AgriConnect huwa l-uniku Farm Advisory Service rikonoxxut sabiex jkun jista’ joffri servizzi marbutini ma’ għajnutiet li ġejjin minn fondi Ewropej. Fl-uffiċini ġewwa Għawdex il-bdiewa jistgħu jibbenefikaw minn numru ta’ servizzi li jinkludu Pjan tal-Immaniġġar tal-Ħamrija, Analiżi tal-Ħamrija, Pjan tal-Fertilizzanti kif ukoll pariri u taħriġ fuq il-kundizjonalità. Dawn l-uffiċini jinstabu ġewwa d-Dukes Complex ir-Rabat Għawdex u jinkrew għal €14,375.00 fis-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13573 u 13916 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13574 u 13917 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13575 u 13918 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13576 u 13919 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti s-Siġġiewi, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13929 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11554, 11555 u 11556, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is-siġra li tinsab f'art tal-eks grawnd tal-futbol Pace Grasso tiġi miżbura?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13577 u 13943 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Kirkop, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Minisru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13578 u 13944 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Positions of Trust
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittiijiet tal-Annimali, jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13760.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Entitajiet Regolatorji
Question
Jista’ l-Ministru, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f’kull każ jgħid:
a. Jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet?
b.Quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta?
ċ. Jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12954 u jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali li kellhom data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali fis-sena 2023 u li ġew trasposti huma s-segwenti:
Direttiva
Skadenza għat-traspożizzjoni
Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1647 tat-23 ta' Settembru 2022 li temenda d-Direttiva 2003/90/KE fir-rigward ta' deroga għall-varjetajiet organiċi ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli adattati għall-produzzjoni organika
30/06/2023
Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1648 tat-23 ta' Settembru 2022 li temenda d-Direttiva 2003/91/KE fir-rigward ta' deroga għal varjetajiet organiċi ta' speċi ta' ħxejjex adattati għall-produzzjoni organika
30/06/2023
Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/2438 tat-12 ta' Diċembru 2022 li temenda d-Direttiva 93/49/KEE u d-Direttiva ta' Implimentazzjoni 2014/98/UE fir-rigward ta' pesti mhux ta' kwarantina regolati mill-Unjoni fuq materjal ta' propagazzjoni ta' pjanti ornamentali, materjal ta' propagazzjoni ta' pjanti tal-frott u pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott
30/06/2023
Dik id-Direttiva li għandha pendenti hija:
Direttiva
Skadenza għat-traspożizzjoni
Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1438 tal-10 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex.
31/12/2023
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13577 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Kirkop, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Minisru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13578 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13579 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13580 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13581 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti s-Siġġiewi, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.