Riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji — Sottomissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika u li għalqet nhar il-31 ta' Mejju 2023?
Teħid ta' Art agrikola biex isir żvilupp ta' kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14753 u 14910 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali rispettivament u jgħid kemm matul dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar minn Diċembru 2021 sal-lum, ittieħdet art agrikola biex fiha sar jew se jsir żvilupp ta' kostruzzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14344 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata bi ksur tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.37 - Regolamenti dwar Valutazzjoni u Maniġġjar ta' Ħsejjes fl-Ambjent? Jekk kien il-każ, jista’ l-Ministru jipprovdi d-dati flimkien mal-akkużi u l-lok ta' fejn seħħ il-każ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reati imsemmija huma reati ta’ kompetenza ordinarja tal-Qorti tal-Maġistrati u għaldaqstant dawn il-kawżi jinstemgħu minn “tad-distrett” u konsegwentement l-informazzjoni dwar dawn il-kawżi ma tiġix reġistrata.
Eżami tal-Warrant tal-avukati — Fit and proper test
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn tinsab maħżuna d-data mogħtija mill-avukati li poġġew għal Fit and Proper Test bħala parti mill-eżami tal-warrant tagħhom bħala avukati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fit & Proper Test mitlub bħala parti mill-eżami tal-warrant tal-avukati huwa parti mir-responsabiltajiet tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali li jaqa fi ħdan il-Kummissjoni għall-Amminstrazzjoni tal-Ġustizzja. Tali Kummissjoni ma taqax taħt il-mansjoni tal-Ministeru u lanqas tal-Gvern. Għaldaqstant minix f’pożizzjoni li nirrispondi din il-mistoqsija.
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali – Persuni li rriżenjaw mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena, kemm-il persuna rriżenjat mill-impjieg tagħha minn mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-kariga ta' kull persuna li rriżenjat u d-data u r-raġuni tar-riżenja tagħha?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numri ta’riżenji mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mill-2022 sat-22 ta’ Jannar 2024. Minn dawn kien hemm 3 fi gradi amministrattivi u 6 kienu f’diversi gradi legali. Tajjeb li wieħed jinnota li 3 minn dawn ġew appuntati Maġistrati.
Proċess verbal li rċieva l-Avukat Ġenerali mingħand Maġistrat Inkwirenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il proċess verbal irċieva l-Avukat Ġenerali mingħand Maġistrat Inkwirenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2013 u l-24 ta’ Jannar 2024, l-Avukat Ġenerali irċieva mingħand Maġistrat Inkwirenti is-segwenti:
Sena
Numru ta' Inkjesti
Sena
Numru ta' Inkjesti
2013
1252
2019
973
2014
939
2020
1412
2015
1027
2021
1065
2016
846
2022
731
2017
823
2023
824
2018
1041
sal-24 ta' Jannar 2024
61
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba rċieva l-Avukat Ġenerali sabiex juri proċess verbal skont dak li jipprovdi l-artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati mill-Avukat Ġenerali, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ma kienx iżomm statistika dwar talbiet għall-aċċess għall-Inkjesti Maġisterjali. Madanakollu din l-istatistika bdiet tinżamm b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2023 u minn dak iż-żmien sal-24 ta’ Jannar 2024 in-numru ta’ talbiet li saru kienu ta’ erbgħa li kollha ġew approvati.
Avukat Ġenerali – Talbiet għal kopja ta’ proċess verbali
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba rċieva l-Avukat Ġenerali sabiex jagħti kopja ta' proċess verbal skont dak li jipprovdi l-artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati mill-Avukat Ġenerali, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ma kienx iżomm statistika dwar talbiet għall-kopji għall-Inkjesti Maġisterjali. Madanakollu din l-istatistika bdiet tinżamm b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2023 u minn dak iż-żmien sal-24 ta’ Jannar 2024 saru 73 talba li minnhom:
- Min għamel it-talba ġie infurmat li l-Inkjesta Maġisterjali għadha mhux konkluża – 47
- Talbiet milqugħa – 23
- Talbiet miċħuda – 3
Artikolu 992 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — Proċess verbal minn Imħallef jew Maġistrat
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il proċess verbal sar minn Imħallef jew Maġistrat skont dak li jipprovdi l-artikolu 992 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura li jadottaw l-Imħallfin jew il-Maġistrati tal-Qrati Ċivili mhuwiex li jirrediġu process verbal iżda jagħmlu Digriet.
Jista' l-Ministru jgħid min għandu permess li jaġixxi ta' interpretu f'kawżi fil-Qorti li jinvolvu persuni li ma jifhmux il-Malti jew l-Ingliż?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-interpreti fil-Qrati Kriminali jiġu maħtura skont l-artikolu 452 tal-Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta u fil-Qrati Ċivili jiġu maħtura skont l-artikolu 596 tal-Kap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Abbozz ta' Liġi — Żmien ta’ priġunerija għar-reat ta’ stupru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, jew sa meta ħa jkun ippubblikat l-Abbozz ta’ Liġi biex il-minimu ta' snin ta' priġunerija stabbilit għar-reat ta' stupru jerġa’ jitneħħa u jiġi kif kien sa ftit snin ilu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liem abbozz ta’ liġi qed jirreferi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 775 li ngħatat fis-seduta ta’ nhar it-30 ta’ Mejju 2022, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jqisx li hemm ħtieġa urġenti li jiġu riveduti r-Regolamenti Dwar id-Drittijiet li Jitħallsu fid-Dipartimenti tal-Gvern, L.S.35.01, meta wieħed iqis li l-ħlas tad-drittijiet li hemm elenkati jirreferu għall-Ministeri li ħafna minnhom ma għadhomx jeżistu?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ pendenti ta' child protection hemm preżentement, u jipprovdi d-dati ta' meta saru r-rapporti rispettivament għal kull każ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ każijiet ta’ protezzjoni tal-minuri pendenti huwa ta’ 52 quddiem il-Qorti tal-Minorenni u kawża waħda quddiem il-Qorti tal-Appell.
Rigward id-dati ta’ meta saru r-rapporti,
stante
li r-rapporti jiġu redatti mid-Direttorat tal-Ħarsien tat-Tfal, hija din l-entità li żżomm din l-informazzjoni. Dawn l-istess rapporti jiġu preżentati quddiem il-Qorti u peress li dawn il-kawżi huma ta’ natura kunfidenzjali, l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma jkollhiex aċċess għall-atti tal-kawża.
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Spiża tal-Gvern b'rabta ma' arbitraġġ internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11156, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u jgħid kemm tħallsu flus s’issa fi spejjeż legali, eċċ. mill-Gvern Malti fl-arbitraġġ internazzjonali li fetaħ kontra Malta s-sid tal-Bank Pilatus?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11155.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10762, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa li nstabu ħatja ta’ tlajjar f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din l-istatistika minħabba li dawn huma kawżi tad-distrett.