Għajnsielem – Triq Sant Antnin – xogħlijiet – perit u in·inier
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22624 u jgħid min hu/huma l-Perit u l-Inġinier (isem u kunjom) li kienu mqabbdin direttament mill-Ministeru għal Għawdex u li għadhom inkarigati fuq il-proġett u x-xogħlijiet ta' Triq Sant Antnin f'Għajnsielem? Jista’ jgħid jekk dawn il-persuni humiex ħaddiema tas-Servizz Pubbliku u kemm ilhom jaħdmu mal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tagħrif se jingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex — Pedestall storiku ħdejn il-Knisja ta' Santa Marta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-pedestall storiku li kien hemm ħdejn il-Knisja ta' Santa Marta magħrufa tal-Għonq fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace, Victoria u xi pjanijiet hemm fir-rigward ta' dan il-pedestall?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pedestall storiku li kien hemm ħdejn il-Knisja ta’ Santa Marta qiegħed miġbur.
Rabat, Għawdex — Triq it-Tabib Anton Tabone Tlestija ta’ asfaltar mill-ġdid
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta kompletament l-asfaltar mill-ġdid ta' dik il-parti ta' Triq it-Tabib Anton Tabone bejn Ta' Sannat u r-Rabat, Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol huwa diġa kkuntrattat u ser isir fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23253 u jgħid kemm jimpjega beach cleaners il-Ministeru tiegħu u kemm minnhom għandhom impjieg fiss u kemm minnhom qegħdin b'kuntratt ta' servizz?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu mpjegati 43 beach cleaners f’dawn il-bajjiet/postijiet:
1. Bajjiet ta’ Marsalforn,
2. Xlendi,
3. Ħondoq,
4. Dwejra,
5. Ramla l-Hamra,
6. Bajjiet tal-gżira ta’ Kemmuna,
7. Xatt l-Aħmar,
8. Daħlet Qorrot, Bajjiet tal l-Mġarr,
9. San Blas,
10. u fil-garaxx responsabbli għall-manutenzjoni tal-bajjiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x'latrini ġewwa Għawdex sarilhom refurbishment fihom u fiex kien jikkonsisti matul is-sena 2020 u x'kienet l-ispiża f'kull waħda minnhom? Jista’ jgħid liema latrini u fejn jinsabu li hemm ippjanati li jsirilhom refurbishment fihom u fiex jikkonsisti u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar rinnovar mill-qiegħ ta’ żewġ latrini – dik tal-Menqa ġewwa Marsalforn u dik tar-Rabat, triq taħt Putirjal. L-ispiża f’tar-Rabat kienet ta’ € 20,852.82 u l-ispiża fil-latrina tal-Menqa kienet ta’ € 15,982.39. L-ammont huma eskluż il-VAT. Latrini oħra ppjanati huma: tal-Qbajjar; tad-Dwejra; fix-Xewkija ta’ ħdejn il-klabb tal-boċċi; tar-Rabat ta’ ħdejn il-klabb tal-Hotspurs u; fix-Xlendi, il-latrina ta’ ħdejn il-parkeġġ.
Ministeru għal Għawdex – Intervention Unit — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fis-sezzjoni tal-Intervention Unit fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2021 xahar b'xahar? Jista’ jgħid xi gradi huma dawn il-ħaddiema? Kemm minn dawn il-ħaddiema ħadu promozzjoni matul is-sena 2021 u fiex kienet tikkonsisti din il-promozzjoni li ħadu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa Novembru 2021 kien hemm 15-il ħaddiem jaħdmu fis-sezzjoni tal-Intervention Team fi ħdan il-Ministeru. Il-gradi tal-ħaddiema jvarjaw minn Chief Scientific Officer sa Motor Transport Driver III. Matul is-sena 2021, kien hemm 3 ħaddiema li ħadu promozzjoni, 2 minnhom ġew promossi fil-grad ta’ Supervisor u wieħed fil-grad ta’ Motor Transport Driver III.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-applikazzjoni li kienet ġiet sottomessa minn Gozo Heliport Ltd fuq art agrikola f'Novembru 2013 u approvata f'Diċembru 2013 u x'kien l-iskop li saret: DN/01609/13 'Location of development: Site at Ta' Lambert, Għajnsielem, Gozo Description of works: Deposition of material or soil on existing agricultural land?' X'tip ta’ xogħol kien sar, minn min kien sar u kemm kien ġie jiswa u għaliex sar dan ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22522 rigward il-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita fir-raħal tas-Sannat li se jkun iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex, jista' ġentilment il-Ministru jgħid:
a) Jekk din is-sejħa ġietx ukoll riveduta mid-Direttorat ta’ Eco Gozo fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex qabel ġiet ippubblikata t-tender mill-Kunsill Lokali ta' Sannat bħal ma ġara fuq proġetti ta' kunsilli oħra fejn il-Ministeru ffinanzjahom? u
b) Jekk kienx hemm rappreżentat (isem u kunjom) tal-Ministeru għal Għawdex li jkun bħala osservatur mal-membri tal-bord li evalwaw it-tender tal-proġett tal-Pjazza tas-Sannat bħal ma ġara fuq proġetti ta' kunsilli oħra fejn il-Ministeru ffinanzjahom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ħarġet is-sejħa mill-Kunsill, din ġiet riveduta mill-Ministeru għal Għawdex, u wara li għalqet is-sejħa għall-offerti u bdew jiġu evalwati l-offerti minn membri maħtura mill-Kunsill b’mod awtonomu, kien hemm osservatur mill-Ministeru għal Għawdex mal-membri ta’ dan il-bord. B’rispett lejn il-Regoli fix-Xiri Pubbliku tal-Gvern, dan l-osservatur ma jkollu l-ebda aċċess għad-dettalji amministrattivi, tekniċi u/jew finanzjarji tal-offerti mixħuta u l-ebda nfluwenza fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-bord.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport (Feasibility Study) li sar fis-sena 2016 rigward il-proġett u l-estensjoni tal-Air Strip fix-Xewkija Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Rabat Għawdex — Proġett ta’ bini mill-ġdid tat-Triq ta’ Wara s-Sur
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fid-diversi baġits passati ta' bini mill-ġdid tat-Triq ta' Wara s-Sur fir-Rabat Għawdex u jgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li jinbeda x-xogħol peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq t-Triq ta’ Wara s-Sur fir-Rabat Għawdex ser jinbeda meta jinkisbu l-permessi neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Marsalforn – Triq il-Qbajjar – bini mill-ġdid tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jasfalta u jibni mill-ġdid Triq il-Qbajjar, Marsalforn li tinsab fi stat terribbli u diżastruż? Jista’ jgħid jekk din hijiex ser issir matul is-sena 2022?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb tal-Ministeru għal Għawdex huwa li jsiru t-toroq li hemm bżonn madwar Għawdex kif jista’ japprezza li qed jsir.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u Site Plan tal-Gozo Heliport kif inhu eżistenti? Jista' jpoġġi kopja tal-pjanti u site plans li saru mal-applikazzjoni biex ir-runway tal-heliport tiġi estiża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ikolli il-pjanti finalizzati nkun nista’ npoġġiehom fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll jiġu magħmula pubbliċi hekk kif tiġi mnehdija il-konsultazzjoni pubblika mill-GRDA.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn tnaddfu widien ġewwa Għawdex matul is-sena 2020 u 2021? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti t-tindif u kemm kienet l-ispiża fuq kull wied li tnaddaf?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2020 u l-2021 inkisbu numru ta’ permessi sabiex jitnaddfu l-widien madwar Għawdex biex b’hekk tkun tista’ toħroġ is-sejħa għall-offerti għat-tali tindif skont il-permessi approvati. Madankollu tindif regolari minn żibel u plastik li jintrema b’mod illegali jsir is-sena kollha permezz tal-ħaddiema tas-sezzjoni tal-indafa pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta’ toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta’ toroq saru matul is-sena 2021, kif ukoll jgħid:
(a) kemm minnhom kienu toroq arterjali u distributorji?;
(b) kemm minnhom tlestew kompletament u liema minnhom għadhom mhux lesti?;(c) f'każ ta' dawk it-toroq li għadhom mhux lesti, x'persentaġġ ta' xogħol fadal u meta jaħseb li ser jitlesta dan ix-xogħol?;
(d) x'tip ta' servizzi nbidlu (dawl, mains tal-ilma tax-xorb, mains tad-drenaġġ, eċċ.)?;
(e) fejn saru water culverts u x'tulijiet ta' water culverts saru f'kull triq?;
(f) fejn saru walk through culverts u x'tulijiet saru ta' walk through culverts f'kull triq?;
(g) fejn saru bankini ġodda u gutters u x' tulijiet saru ta' bankini ġodda u gutters f'kull triq?; u
(h) kemm kienet stmata li tiġi tiswa’ kull triq u kemm fil-fatt ġiet l-ispiża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2021 saru 49,281.26 metri kwadri ta’ tarmak din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fi Pjazza Indipendenza fit-28 ta' Novembru 2021 sabiex tiġi inawgurata l-mixegħla tal-pjazza?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġiet inawgurata l-ebda mixegħla fi Pjazza Indipendenza.
Ministeru għal Għawdex – kuntratti taħt il-valur ta’ €5,000
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Novembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari numru 22308 u 23353.
Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 iffirmati mis-Segretarju Permanenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23239 u jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Ottubru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari numru 22308 u 23353.
Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5000
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23247 u jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Settembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari numru 22308 u 23353.