Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #20487 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema b'ġimgħa inqas tax-xogħol

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm fabbriki li poġġew lill-ħaddiema tagħhom fuq ġimgħa anqas ta’ xogħol? Liema huma dawn l-fabbriki/kumpaniji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-preżent, hemm tliet kumpaniji awtorizzati mid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg biex xi impjegati tagħhom jaħdmu sigħat anqas ta’ xogħol fil-ġimgħa.Dawn huma Panta Contracting Ltd, Panta Retail Ltd, u Technical Industrial Products Ltd.
Leg 11 PQ #20497 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Barrieri — distanza bejn il-barrieri u l-proprjetajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn barrieri f'Malta u Għawdex? Kemm hi d-distanza legali li għandha tiġi rispettata minn min irid ikabbar barriera vis-à-vis il-proprjetajiet aġjaċenti? Jiġifieri kemm għandu jħalli distanza sid barriera mill-proprjetajiet l-iktar viċini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18811 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Triq il-Waqqafa - wiċċ tarmak

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li Triq il-Waqqafa, fil-Mosta jsirilha l-wiċċ neċessarju li għandha bżonn għaliex tinsab fi stat ħażin ħafna u qed toħloq inkonvinjent kbir għar-residenti u ħsarat fil-karozzi tagħhom? Jista' jgħid min hu responsabbli li jara li din it-triq isirilha dan ix-xoghol fuqha għax f'20 sena din qatt ma ngħatat wiċċ tarmak sew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-parti tat-triq bejn Triq il-Mitħna u Triq l-Alwetta kienet taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern u ngħatat wiċċ tarmak kif kien meħtieġ. Infurmat ukoll li l-parti tat-triq bejn Triq l-Alwetta u Triq il-Ħuttafa ma tistax tingħata t-tarmak qabel tkun żvillupata kollha. Dwar il-kumplament tat-triq, din hija responsabbiltà tal-Kunsill Lokali. Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab ir-reazzjoni tal-Kunsill u r-risposta li rċieva kienet li “Dan ix-xogħol jista jsir skont il-programm ta’ prioritajiet għat-toroq imħejji mill-Kunsill Lokali u meta l-finanzi tal-Kunsill jippermettu.”
Leg 11 PQ #18906 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

full complement fiċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk intlaħaqx il-full complement fiċ-Ċivil f'Mejju 2010? Jekk le, kemm hemm bżonn ta' iktar ħaddiema u f'liema grad huma? Meta beħsiebu jdaħħal iktar ħaddiema biex jimtlew dawn il-postijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari diġà ngħatat permezz tat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet Parlamentari numri 17783 u 14135.
Leg 11 PQ #19707 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — tuition centres mingħajr il-compliance certificate

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18819, 18527, 18187, 17943 u 17578 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tuition centres li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma ħarġitilhomx compliance certificate ? X’xogħlijiet meħtieġa jrid jagħmel kull ċentru biex jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat u sa meta jridu jsiru dawn ix-xogħlijiet meħtieġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19841 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kwistjonijiet pendenti bejn Malta, l-Libja, t-Tuneżija u l-Italja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'għamel fis-sentejn li għaddew biex iħoll kwistjonijiet pendenti li Malta għandha mal-Libja, t-Tuneżija u l-Italja dwar nuqqas ta' qbil ta' min huma inħawi fl-ibħra ta' madwarna fejn hemm prospetti li jinstab iż-żejt minn kumpaniji b'kuntratt mal-Gvern Malti biex iħaffru għaż-żejt? X'beħsiebu jagħmel matul is-sena li ġejja biex jaffronta dawn il-kwistjonijiet pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20113 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — devoluzzjoni ta' funżjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma id-devoluzzjoni ta' funzjonijiet li għandhom il-kunsilli lokali mis-sena 2008/2009/2010? X'devoluzzjoni ta' funzjonijiet ġodda se jkollhom il-kunsilli lokali s-sena d-dieħla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif jaf ben tajjeb l-Onor. Interpellant Artiklu 33 (Taqsima IV) tal-Att dwar Kunsilli Lokali (Kapitlu 363 tal-Liġi ta’ Malta) jelenka l-funzjonijiet kollha tal-Kunsilli Lokali. Persważ li l-Onor. Interpellant huwa konxju u jaf ukoll li wara l-eżerċizzju tar-riforma dan l-artiklu partikolari nbidel sabiex jakkomoda l-funzjonijiet il-ġodda tal-Kunsilli Lokali. Dawn il-funzjonijiet ġodda huma lkoll elenkati f’sub artikli (1) (m) – (w). Barra minn hekk żdiedu wkoll iċ-ċentri ta’ matul il-jum u dawk matul il-lejl għall-anzjani fi tmiem sub artiklu (1) (k) li jipprovdi għat-twaqqif u ż-żamma fi stat tajjeb u manutenzjoni ta’ ċentri tas-saħħa u rijabilitazzjoni, spiżeriji tal-gvern u uffiċċji distrettwali tas-saħħa.
Leg 11 PQ #20114 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — aktar servizzi fil-lokalità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma r-responsabilitajiet ġodda li għandhom il-kunsilli lokali biex ir-residenti jinqdew minn aktar servizzi fil-lokalità stess mingħajr il-bżonn ta' ġiri minn post għall-ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għad-diversi servizzi li l-Kunsilli Lokali joffru fl-uffiċini tagħhom bħal m’huma l-applikazzjonijiet ta’ servizzi differenti tal-Gvern. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali wara l-funzjonijiet ġodda li tgħaddew lill-Kunsilli Lokali, kif spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-Mistqosija Parlamentari 20113, ma ngħatawx aktar responsabiltajiet ġodda tat-tip li rrefera għalih hu.
Leg 11 PQ #20115 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — tfassil tal-istrateġija

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar minn kull kunsill lokali fi tfassil tal-istrateġija li għandha twassal għal lokalitajiet sostenibbli fl-oqsma kollha inkluż dawk infrastrutturali, ambjentali, soċjali, edukattivi u kulturali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kien hemm tlett (3) Kunsill Lokali li ntgħażlu s-sena l-oħra biex iħejju studju fit-tfassil ta’ strateġija sostenibbli. Minn dawn it-tlett Kunsill Lokali, dak ta’ San Lawrenz u l-Kunsill Lokali ta’ Ħad Dingli ssottomettew l-istudji tagħhom. Intant ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Ħamrun wasal fil-fażi finali tal-istudju tiegħu qabel ma jissottomettieh. Ninsab infurmat ukoll li din is-sena ntgħażlu biex jibbenefikaw seba’ (7) Kunsilli Lokali – li huma dawk taż-Żejtun, ta’ Għajnsielem, tal-Għarb, tal-Kalkara, ta’ Ħal Kirkop, tal-Mellieħa u tar-Rabat ta’ Malta – kif ukoll konsorzju magħmul mill-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, tal-Imsida, ta’ Ta’ Xbiex, ta’ Ħal Balzan, tal-Iklin, ta’ Santa Venera u ta’ Ħal Lija flimkien mal-Kulleġġ Santa Tereża, biex huma wkoll iħejju studju li jwassal għat-tfassil ta’ strateġija għall-iżvilupp sostenibbli f’dawn il-lokalitajiet. Dawn il-Kunsilli Lokali, kif ukoll il-konsorzju msemmi, għandhom jissottomettu l-istudju tagħhom sat-30 ta’ Marzu 2011. Intant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li t-talba tiegħu sabiex titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra kopja ta’ kull studju li sar sa issa tirrikjedi volum kbir ta’ xogħol u riżorsi. Għaldaqstant japprezza li tali kopji mhux possibbli li jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra kif mitlub.
Leg 11 PQ #20278 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Euopean Space Agency — Satellita Planck

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19934 u 19280 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u li issa ġew riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-European Space Agency, anke tenut kont tal-passi importanti li qed tagħmel tramite s-satellita Planck fost oħrajn, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kontribuzzjoni finanzjarja u ta' xorta oħra (personell eċċ.) li pajjiżna jagħti lil din l-aġenzija? Hemm ċittadini Maltin li huma involuti f'din l-aġenzija bħala tekniċi jew xorta oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-European Space Agency (ESA) hija nkarigata bl-iżvilupp tal-kapaċita tal-Ewropa fl-ispazju. Bħalissa hemm 18 l-Istat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea li jiffurmaw parti mill-ESA U 5 Stati Membri oħra li għandhom forma ta’ kooperazzjoni ma’ din l-aġenzija. Billi fil-preżent Malta m’hijiex membru jew għandha forma ta’ kooperazzjoni mal- ESA, għaldaqstant ma tiprovdix kontribuzzjoni finanzjarja jew ta’ xorta oħra lil din l-aġenzija. Ma jirriżultax li hemm ċittadini Maltin li huma involuti f’ din l-aġenzija.
Leg 11 PQ #20316 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PBS — OB Unit - features

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20005, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-OB Unit użat biex ixxandret din iċ-ċerimonja, kienx l-OB Unit tal-Public Broadcasting Services u jekk il-produzzjoni tal-features għall-istess okkażjoni sarux minn ħaddiema tal-Public Broadcasting Services? Jekk ix-xogħol in kwistjoni kien outsourced, jista' jgħid: a) lil liema kumpanija jew kumpaniji ngħata dan l-inkarigu mill-Public Broadcasting Services; b) għalfejn il-Public Broadcasting Services abdikat milli tagħmel dan ix-xogħol bl-impjegati u l-apparat tagħha; ċ) saret sejħa għall-offerti jew kwotazzjonijiet għal dan is-servizz; u d) f'idejn minn kienet fdata l-koordinazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20321 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaġar Qim — xogħlijiet fuq il-Visitor's Centre

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk wara x-xogħol li sar fil-Visitor's Centre f'Ħaġar Qim, huwiex minnu li daħal partita ilma tax-xita ġewwa? Kemm-il ġurnata damet ma ġiet solvuta l-problema ta' dħul ta' ilma? X'kien id-difett li minħabba fih daħal l-ilma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena infurmataqt ix-xita qalila ta’ dan l-aħħar hemm xi punti li minhom daħlu xi qatriet ta’l-ilma. Ġiet identifikata problema f’ġonta partikolari bejn membrane u il-gandotti li jġorru l-ilma, li jridu jiġu siġillati aħjar. Il-Kuntrattur responsabbli inġab fuq il-post, u qiegħed jirrimedja l-problema għas-spejjeż tiegħu. Jien infurmat ukoll li dan ix-xogħol irid isir waqt perjodu ta’ bnazzi.
Leg 11 PQ #20336 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — lmenti fuq trab iswed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu lmenti lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn ċittadini privati dwar trab iswed fil-proprjetà tagħhom sena b'sena fl-aħħar ħames snin? Minn liema lokalità dawn iċ-ċittadini kienu ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20355 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Bord ta' l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Bord ta’ l-Appell għandu pendenti quddiemu 1462 appell pendenti.
Leg 11 PQ #20356 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ammont pendenti ta' applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont pendenti ta' applikazzjonijiet li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20384 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Djar tal-anzjani - numru ta' sodod

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20179, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu (b'mod ġlobali) in-numru ta' sodod li bejniethom hu mistenni li jipprovdu d-djar tal-anzjani li għalihom hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20390 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Fond f'San Ġiljan

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20237 u jispeċifika x'inhu awtorizzat li jiġi ġestit kummerċjalment skont il-permit tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-fond ġo Sliema/San Ġiljan li l-informazzjoni dwaru qed tingħata separatament? Jista' jispeċifika jekk il-mużika hijiex permessa li tindaqq fl-istess fond u jekk iva, x'inhuma l-limitazzjonijiet mposti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u mil-Licencing Department?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20399 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — żona ta' Dib - rationalisation site

Question

Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jgħid min huma l-entitajiet/awtoritajiet/ dipartimenti li ġew ikkonsultati mill-istess awtorità għal ħruġ tal-permessi ta' rationalisation site fiż-żona ta' Dib fil-Mosta? Jista' jgħid ukoll min huma dawk l-entitajiet li ġew ikkonsidrati f'dan il-proċess li għadhom ma irrispondewx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20405 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħwienet bid-drain tal-air conditioner jitfa' l-ilma fit-triq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20199 u 19788 u jara li l-enforcement officers tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jagħmlu spezzjoni tat-toroq tal-Belt u jġiegħlu lil dawk kollha li għandhom id-drain tal-air conditioner jitfa' l-ilma fit-triq biex ineħħuhom fi żmien stipulat għax dan l-aġir qed iwassal għal inkonvenjent kbir għall-persuni li jgħaddu minn dawn it-toroq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li dak li qed jitlob l-Onor. Interpellant m’huwiex kompitu tal-MEPA.
Leg 11 PQ #20407 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta — Triq Melita - tneħħija ta' taraġ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20197, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-tneħħija tat-taraġ storiku f'Melita Street bejn Triq id-Dejqa u Triq l-Ifran hux kopert bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.