Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #20127 Sitting 268 2010-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — fond ta' ko-finanzjament għal proġetti tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqaf il-fond ta' ko-finanzjament għal proġetti tal-Unjoni Ewropea? Liema huma l-kunsilli li għamlu użu minn dan il-fond?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-fond ta’ ko-finanzjament għal proġetti tal-Unjoni Ewropea twaqqaf fis-sena 2009. Intant qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kunsill lokali u entitajiet relatati li għamlu użu minn dan il-fond.
Leg 11 PQ #20141 Sitting 268 2010-10-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Dwejra t'Għawdex - pjanijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19379 u jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern dwar id-Dwejra t'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ser jinbeda l-proċess biex jiġi aġġornat il-Qawra- Dwejra Heritage Park Action Plan, inkluż in vista tal-politika ta’ Eco-Għawdex
Leg 11 PQ #20174 Sitting 268 2010-10-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

GreenPak u GreenMT — liċenzja ta' waste packaging

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19456 u jgħid kemm ilha teżisti l-liċenzja tal-kumpanija GreenPak fil-qasam tal-waste packaging u f’liema dati ġiet imġedda? Kemm ilha teżisti l-liċenzja tal-kumpanija GreenMT fil-qasam tal-waste packaging u f’liema dati ġiet imġedda? Għal liema perjodu ta’ żmien il-kumpanija GreenMT ma kenitx koperta minn liċenzja f’dan il-qasam?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-ewwel permess li inħareg lil-kumpanija GreenPak fil-qasam tal- waste packaging kien fis-7 ta Ottubru 2005. Dan il permess gie mġedded fil-21 ta' Dicembru 2006, fil-21 ta' Dicembru 2007, fi 17 ta' Diċembru 2008 u fi 17 ta' Diċembru 2009. Kull permess huwa validu sal-31 ta' Dicembru (l-aħħar tas-sena). L-ewwel permess li inħareġ lil-kumpanija GreenMT fil-qasam tal- waste packaging kien fl-1 ta' April 2009 u kien validu sa l-aħħar tas sena . Il-permess kurrenti nħareg fil-25ta Ġunju 2010. Il-kumpanija GreenMT ma kienetx koperta bejn l-ewwel ta' Jannar 2010 u 24 ta' Ġunju 2010.
Leg 11 PQ #20375 Sitting 268 2010-10-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Rabat - Sejħa għall-offerti għall-bini ta' toroq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk din is-sena ħarġitx sejħa għall-offerti għall-bini ta’ toroq fir-Rabat u fl-irħula ta’ Għawdex permezz ta’ public private partnership bejn il-Kusilli Lokali u kuntratturi privati? Jekk fin-negattiv, għaliex ma’ ħarġitx? Jekk ħarġet, meta? Liema toroq tkopri? X’xogħol sar s’issa fuq kull waħda mit-toroq inklużi fl-offerta? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi kopja tat-tender document fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sa issa għaxar (10) Kunsilli Lokali Għawdxin applikaw taħt l-iskema ta’ Public Private Partnership għat-toroq fil-lokalitajiet tagħhom. Din l-iskema kienet varata mill-Gvern Ċentrali permezz ta’ Memo 45/2010 maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Il-Kunsill Lokali li applikaw sa issa huma l-Għarb, ta’ Kerċem, in-Nadur, ix-Xagħra, l-Fontana, ix-Xewkija, il-Qala, ir-Rabat, il-Munxar u ta’ Sannat. Il-bqija tal-Kunsilli Lokali l-oħrajn, jiġifieri Għajnsielem, l-Għasri, San Lawrenz u ż-Żebbuġ, għadhom ma applikawx sa issa. Intant qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tat-toroq li dawn l-għaxar (10) Kunsill Lokali applikaw għalihom u l-istat tal-proċess tat-tender għalihom. Intant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li t-talba tiegħu sabiex titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra kopja ta’ kull tender document . L-apparti li tqajjem kwestjonijiet ta’ natura kummerċjali tirrikjedi volum kbir ta’ xogħol u riżorsi. Għaldaqstant japprezza li tali kopji mhux possibbli li jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra kif mitlub
Leg 11 PQ #20377 Sitting 268 2010-10-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett fuq Wied il-Mielaħ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata fuq il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022)? Għal liema xogħolijiet, servizzi, supplies ingħataw? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt u lil min ingħata? Meta kienet il-commencement date u l-completion date ta’ kull kuntratt? Fiex wasal kull kuntratt? Jista’ jekk jogħġbu jpoġġi kopja ta’ kull tender document fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20377, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra: (1) tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant; u (2) kopja ta’ kull tender document
Leg 11 PQ #20454 Sitting 268 2010-10-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deċiżjonijiet meħuda mid-DCC — rakkmandazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien matul l-2010 n-numru ta' deċiżjonijiet meħuda mid-DCC fl-ewwel dehra (qabel l-istadju ta' rikonsiderazzjoni) li fihom ir-rakkmandazzjonijiet tad-direttorat ġew maqluba kemm biex: a) rakkmandazzjonijiet ta' rifjut ġew approvati kif ukoll b) rakkmandazzjonijiet ta' approvazzjoni jiġu rifjutati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sat-22 ta' Ottubru ta' l-2010, kien hemm 716 applikazzjoni b'rakkmandazzjoni ta' rifjut li ġew approvati. Kien hemm ukoll 20 applikazzjoni b'rakkmmandazzjoni ta' approvazzjoni li ġew rifjutati.
Leg 11 PQ #19973 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EIA dwar l-Għallis

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19246 u 18860 u jgħid min qed jagħmel l-Environmental Impact Assesment dwar l-Għallis? Meta mistenni jitlesta? Minn min ġie commissioned?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20116 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — uffiċini li jiftħu s-Sibt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid issa li l-uffiċini tal-kunsilli lokali bdew jiftħu s-Sibt ukoll x'tip ta' servizz qed joffru f'dik il-ġurnata? Kemm hu n-numru ta' impjegati f'kull kunsill li qed jaħdem is-Sibt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar ta’ Sibt il-kunsilli lokali prattikament joffru lill-pubbliku s-servizzi kollha li joffru matul il-bqija tal-ġimgħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa, ewlenin fosthom ħlasijiet ta’ multi għal kontravenzjonijiet u kirjiet tal-Gvern, rappurtar ta’ lmenti, ħruġ ta’ permessi għal kiosks, makkinarju, skips, attivitajiet, applikazzjonijiet tal-passaporti, reġistrar ta’ tilqim tal-influwenza staġjonali u teħid ta’ sejħiet għall-bulky refuse fost l-oħrajn. Intant qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-għadd ta’ impjegati f’kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex nhar ta’ Sibt. Intant ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jistħarreġ lill-kunsill lokali tas-Sannat wara li rriżulta li dan mhux jiftaħ l-uffiċċju amministrattiv tiegħu nhar ta’ Sibt, kif suppost għandu jagħmel skont Memo 53/2009.
Leg 11 PQ #20117 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Dipartiment u entitajiet tal-gvern - servizzi fil-jum tas-Sibt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid dawk li qed jieħdu servizzi mill-kunsilli lokali fil-ġurnata tas-Sibt kif qed jaħdmu mad-dipartiment u entitajiet tal-gvern meta dawn ikunu magħluqa f'dan il-jum tas-Sibt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif jista’ jifhem l-Onor. Interpellant, mit-tweġiba li għadni kemm tajtu għall-Misqtoqsija Parlamentari Nru. 20116, is-servizzi li l-kunsilli lokali joffru lill-pubbliku nhar ta’ Sibt m'għandhom l-ebda ħtieġa ta’ interventi jew komunikat partikolari la mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u lanqas minn entitajiet oħrajn tal-Gvern. Infurmat iżda li jekk ikun il-każ il-Kunsilli Lokali għandhom is-sistemi tagħhom ta’ kif jitrattaw l-ilmenti tal-pubbliku, kif anke spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19506, u b’hekk ikunu jistgħu jsegwu l-każ fil-ġurnata tax-xogħol ta’ wara.
Leg 11 PQ #20118 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — tqassim ta' fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod ġew imqassma l-fondi speċjali lill-kunsilli lokali din s-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika dwar liema skema partikolari qiegħed jirreferi
Leg 11 PQ #20119 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

għajnuna diretta lill-kunsilli lokali biex jagħtu servizz

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna diretta ta l-Gvern Ċentrali lill-kunsilli lokali biex imbagħad huma jagħtu servizzi estensivi lir-residenti tagħhom u lil dawk li jżuruhom għal diversi raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern jalloka flus lil kull Kunsill Lokali skont il-ħtiġijiet ta’ kull lokalità, kif espressa fil-formula l-ġdida ta’ finanzjament skont it-Tmien (8) Skeda tal-Att dwar Kunsill Lokali (Kap. 363, Liġi ta’ Malta), biex iwettqu d-diversi funzjonijiet statutorji tagħhom, liema funzjonijiet huma elenkati f’Artiklu 33 tal-istess Att.
Leg 11 PQ #20120 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

studju fuq il-playing fields minħabba sigurtà

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' studju sar fuq kull playground u playing field fil-lokalitajiet sabiex titjieb is-sigurtà għat-tfal li jużawhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' kull studju li sar f'kull lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill- Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 20033.
Leg 11 PQ #20121 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

linji gwidi dwar is-sigurtà tal-playingfields

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwidi li ħareġ il-Gvern ta' Malta biex f'kull playground u playing field ma jkunx hemm periklu għal dawk li jużawhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall- Mistoqsija parlamentari 20033.
Leg 11 PQ #20395 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20019, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hux qed tistenna xi informazzjoni partikolari mingħand l-applikant biex dan il-proċess ta' applikazzjoni jkun jista' jiġi konkluż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20396 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet għall-bini ta' shooting ranges

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex xi policy partikolari li tiġi applikata meta tiġi biex tikkunsidra applikazzjonijiet għall-bini ta' shooting ranges? Meta tfasslu dawn il-policies u meta l-aħħar li ġew aġġornati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Numru 17690.
Leg 11 PQ #20398 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Applikazzjonijiet għall-bini ta' shooting ranges

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' shooting ranges quddiem il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Fejn jinsabu dawn l-applikazzjonijiet għax-shooting ranges? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet huma mill-privat? Kemm hemm minnhom minn xi awtorità/dipartiment governattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-awtorità għandha quddiemha applikazzjoniji wahda (1) ghall-bini ta' " shooting ranges " min applikant privat fil-lokalità ta' Kerċem, Għawdex. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta waħda mill-kliem "shooting" jew "sparar".
Leg 11 PQ #20413 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — impjegati ġodda fid-direttorat/Units

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu nies mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn Marzu tal-2008? Jista' jagħti dettalji ta' kemm nies daħlu f'kull direttorat/Unit eżempju: 1) Direttorat tal-Corporate Services: a) Human Resources, b) Support Services, ċ) Accounts Section, d) ICT, e) Mapping, f) Mail Room, g) Front Desk, h) eċċ.? 2) Direttorat tal-Protezzjoni tal-Ambjent: a) Unit A, b) Unit B, ċ) Unit C, d) Unit D, e) Unit E, f) EUMA, g) eċċ.? 3) Direttorat tal-Ippjanar: a) Development Services, b) Enforcement Unit, ċ) Forward Planning Division, d) eċċ.? 4) Chairman Block: a) DCC Secretariat, b) Chairman's Office, ċ) eċċ. Kif ukoll, id-data li ġie impjegati fiha kull impjegat, f'liema grad daħal/daħlet jaħdem/taħdem u jekk daħlux b'xi skema offruta mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20414 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim Kulturali tal-1967 bejn Malta u l-Italja

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19950 u b'referenza għall-ftehim kulturali tal-1967 bejn Malta u l-Italja kif sussegwentement emendat fid-19 ta' Diċembru 2007, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-emendi daħlux fis-seħħ? Jekk le, għaliex? Meta se jiġi fis-seħħ il-XIII Executive Programme for Cultural Co-operation 10-12? X'għodod se jkun fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-emendi kif miftehma fil-Ftehim Kulturali bejn Malta u l-Italja fid-dsatax ta’ Diċembru 2007 għadhom ma bdewx jiġu implimentati peress li l-Italja għadha ma rratifikatx il-Ftehim imsemmi. Sadanittant Malta rratifikat dan il-Ftehim fit-tmintax ta’ Ġunju 2008. Artiklu 13 tal-Ftehim Kulturali jistipula li l-Ftehim jidħol fis-seħħ biss wara li tkun intbgħatet it-tieni miż-żewġ notifikazzjonijiet fejn iż-żewġ partijiet ikkonċernati jinfurmaw uffiċjalment lil xulxin bil-konklużjoni tal-proċeduri interni sabiex il-Ftehim ikun jista’ jidħol fis-seħħ. Fid-dawl ta’ dan, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ikkoordina x-xogħol meħtieġ sabiex ikun assigurat li sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim Kulturali tal-2007, Malta tibqa’ tibbenefika mill-iskambji ta’ studenti u riċerkaturi għas-sena 2010, kif elenkati fit-XII-il-Programm Eżekuttiv għal Kooperazzjoni Kulturali għall-perjodu 2007-2009. It-XIII-il Programm Eżekuttiv għal Kooperazzjoni Kulturali bejn Malta u l-Italja għall-perjodu 2011-2013 jinsab fi stadju avvanzat ta’ negozjati u jinkludi fost l-oħrajn skambji ta’ akkademiċi u/jew riċerkaturi, skambji ta’ dokumentazzjoni u esperti bil-għan li jkunu magħrufa aktar is-sistemi ta’ tagħlim fil-livell universitarju tal-pajjiżi rispettivi kif ukoll għal għarfien akbar tal-ħiliet fl-oqsma ta’ formazzjoni artistika u mużikali. Il-Ftehim jaħseb biex ikun hemm aktar kollaborazzjoni bejn l-Istituzzjonijiet u l-Awtoritajiet kompetenti skolastiċi bil-ħsieb li jkun imtejjeb l-għarfien reċiproku tas-sistemi skolastiċi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kurrikulu u metodi didattiċi. Dan jista’ jsir permezz ta’ skambji ta’ kotba u materjal ieħor ta’ tagħlim. Il-parti Taljana qed toffri wkoll li tospita żewġ għalliema tal-Lingwa u l-Letteratura Taljana Maltin li jgħalmu fi skejjel Sekondarji jew Post Sekondarji għall-korsijiet ta’ perfezzjonament organizzati kull sena mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Università u r-Riċerka. Dawn il-korsijiet qosra jsiru fix-xhur tas-Sajf. Fil-każ ta’ boroż ta’ studju qed ikun innegozjat pakkett li se jkun qed jindirizza oqsma oħra barra dawk tal-lingwa u r-riċerka. Fost dawn ta’ min isemmi s-setturi importanti tal-patrimonju kulturali li jinkludi l-kollezzjonijiet, ir-restawr u l-ħarsien tal-patrimonju artistiku, tal-mużika, l-pittura u d-disinn. Element ieħor li qed ikun ikkunsidrat huwa l-qasam tal-Arkivji u l-Biblijoteki fost l-oħrajn. Hawn ukoll il-ħsieb hu li jkun hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn l-entitajiet ikkonċernati biex isir skambju ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi u materjal ieħor li jista’ jgħin biex iż-żewġ partijiet jifhmu u jaħdmu iżjed mill-viċin. Għal dan il-għan il-parti Taljana qed tipproponi li sakemm idum validu dan il-Programm Eżekuttiv isir skambju ta’ żewġ arkivisti fl-istituzzjonijiet rispettivi għal perjodu li ma jaqbiżx l-għaxart (10) ijiem. Fil-każ tal-Biblijoteki qed ikun propost li jkun hemm skambju ta’ Biblijotekarju wieħed (1) minn kull pajjiż biex isegwi kors ta’ formazzjoni avvanzata u biex jistabilixxi l-kuntatti neċessarji f’dan il-qasam. Hawn ukoll il-perjodu ssuġġerit m’għandux jaqbeż l-għaxart (10) ijiem. Il-parti Taljana qed tissuġerixxi li fil-perjodu indikat tal-Programm Eżekuttiv, tibgħat esperti fl-oqsma tal-Konservazzjoni, tar-Restawr, tal-Katalogar, tal-Informatika, tal-Organizzazzjoni tal-Biblijoteki u tal-Promozzjoni tal-Patrimonju Letterarju. Hija wkoll l-intenzjoni tal-parti Taljana li tforni kotba biex jintużaw f’istituzzjonijiet kulturali u l-Università ta’ Malta kull meta dawn jagħmlu talba formali għal dan il-għan. Hemm ukoll il-ħsieb li żewġ naħat jikkolaboraw aktar biex ikun hemm skambji ta’ informazzjoni, ta’ kotba u perjodiċi bejn il-Biblijoteki, l-Akkademja u l-Istituzzjonijiet Kulturali taż-żewġ pajjiżi. Oqsma oħra li qed jiġu ttrattati huma l-oqsma ta’ kollaborazzjoni fil-kamp tal-Arkeoloġija, tar-restawr tal-Patrimonju Kulturali u dak ta’ taħt il-baħar, tal-promozzjoni tal-Arkitettura u tal-Arti Kontemporanja kif ukoll fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta’ Wirt Kulturali.
Leg 11 PQ #20426 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet tad-DCC u tal-MEPA — salarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li ntgħażlu biex iservu fuq il-Bordijiet tad-DCC u l-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hekk kif imħabbar fir-riforma? Jista' jgħid x'salarju dawn se jkollhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħatriet għadhom fil-proċess li jiġu konklużi.
Leg 11 PQ #20470 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Multi u Tariffi mill-Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tweġiba kompleta għall-mistoqsija parlamentari 12422, peress li t-tweġiba mogħtija tkopri biss ċitazzjonijiet ta' traffiku għas-sena 2008 meta fir-risposta l-Prim Ministru stqarr li l-informazzjoni hija sa Lulju 2010 filwaqt li fir-rigward ta' tariffi mill-kuntratturi l-ebda informazzjoni ma ngħatat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni li nġabret f’Lulju 2010 tkopri is-snin 2008 u 2009 (sa Ottubru), kif kien talab l-Onorevoli Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu. Jekk l-Onorevoli Interpellant irid l-informazzjoni għas-sena 2010, assolutament m’hemmx diffikultà li ngħaddihielu wkoll. Dwar punt ‘b’ ta’ mistoqsija parlamentari 12422 nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi f’mistoqsija parlamentari 12920.