Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #20471 Sitting 270 2010-11-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — għajnuna lill-għaqdiet mhux governattivi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20205, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema, s'issa, kienu l-għaqdiet mhux governattivi li ngħataw għajnuna mill-MEUSAC biex jimlew applikazzjonijiet ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea? Kif jistgħu dawn l-għaqdiet mhux governattivi jingħataw tali għajnuna fil-mili ta' applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-istrateġija tal-MEUSAC hija li tgħin lill-Għaqdiet mhux Governattivi kif ukoll lill-Kunsilli Lokali jisfruttaw u jibbenefikaw bl-aħjar mod possibbli mill-opportunitajiet ta’ fondi li toffri l-Unjoni Ewropea. Din l-għajnuna qed isseħħ billi: · Jiġu organizzati laqgħat individwali ma’ l-entitajiet interessati sabiex jiġu diskussi u identifikati programmi ta’ fondi addattati għall-proġetti li l-organizzazzjoni kkonċernata tixtieq timplementa. Fis-sentejn illi ilu mwaqqaf il- Funding Unit fi ħdan il-MEUSAC, saru laqgħat ma’ 149 għaqda mhux governattivi · Tiġi pprovduta wkoll assistenza fil-mili tal-applikazzjonijiet għall-fondi mill-UE, sabiex dawn l-entitajiet jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal proġetti ffinanzjati mill-UE. Sa issa ingħatat għajnuna teknika lill 68 għaqda mhux governattivi u l-ammont ta’ fondi li dawn ħadu mill-UE laħaq il €2,917,117. Minħabba n-natura kunfidenzjali ta’ din l-għajnuna li l-MEUSAC tagħti lill-għaqdiet mhux governattivi, l-MEUSAC ma jistax jiżvela l-ismijiet ta’ dawn l-għaqdiet ħlief bil-kunsens tagħhom, pero’ jien infurmat li kull organizzazzjoni li ressqet u talbet għajnuna f’dan is-sens, ma ġietx rifjutata.
Leg 11 PQ #20548 Sitting 270 2010-11-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Upgrading of Operating Theatre and setting up of Radiology Unit — kopja tal-grant agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar il-proġett Upgrading of Operating Theatre and setting up of Radiology Unit ERDF Nru 068 iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 20548, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument relatat. Nixtieq inżid li l-perjodu tal-implementation u d-disbursement ġie estiż sal-aħħar ta’ din is-sena.
Leg 11 PQ #20554 Sitting 270 2010-11-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq ix-Xlendi u tat-triq ta’ Pinu — kopja tal-grant agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar il-proġetti tal-bini mill-ġdid ta’Triq ix-Xlendi u tat-triq ta’ Pinu ERDF Nru 047 iffirmat bejn il-benefiċċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari nru 20542.
Leg 11 PQ #20610 Sitting 270 2010-11-02 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Convenant of mayors — liasoning

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm lokalitajiet li ssieħbu fil-convenant of mayors? Jista' jgħid x'tip ta' pjan ta' azzjoni se jwettqu għat-tibdil tal-klima f'kull lokalità u jekk hemmx xi forma ta' liasoning mal-kunsilli fuq bażi individwali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Covenant of Mayors. Hemm tletin (30) lokalità li huma imsieħba fil-Patt tas-Sindki. L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hija s-Supporting Structure ta’ dan il-Patt mal-Kummissjoni Ewropea. Numru ta’ Kunsilli li ħejjew Sustainable Energy Action Plan (SEAP) li ġie sottomess lill-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki fi Brussel. Il-proposti jinkludu diversi inizjattivi li jistgħu jsiru fuq bażi lokali bħal per eżempju, żieda fl-użu tal-enerġija solari, użu ta’ lampi ambjentali, żieda fis-separazzjoni tal-iskart, kampanji edukattivi maċ-ċittadini u sistemi ġodda ta’ transport u oħrajn. Il-Gvern qed jgħati għajnuna finanzjarja permezz ta’ diversi skemi ta’ fondi speċjali, filwaqt li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali qed tibqa’ tipprovdi l-għajnuna tagħha lill-Kunsilli Lokali. Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jista’ jinkiseb minn fuq il- websites tal-Patt tas-Sindki www.eumayors.eu u tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali www.lca.org.mt.
Leg 11 PQ #20653 Sitting 270 2010-11-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fort Campbell — restawr

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga jekk hux possibli li dak li darba kien Fort Campbell fl-inħawi ta' Selmun jiġi restawrat billi dan tfarrak u nsteraq matul l-aħħar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa f’waqtu li l-Forti Campbell tkun valorizzata ferm aħjar. Hemm ħafna xogħol ta’ restawr x’irid isir f’din il-fortizza. Fl-istess ħin hemm ukoll il-potenzjal illi l-fortizza tintuża għal skopijiet tajbin, u ma tibqax fl-istat ta’ abbandun li tinsab fiha. Qiegħed ngħaddi s-suġġeriment ta’ l-Onor Interpellant lill-Entitajiet konċernati.
Leg 11 PQ #19137 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema jirċievu l-pay slip tard

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ċertu ħaddiema tal-Gvern qed jirċievu l-pay slip ħmistax-il ġurnata wara li tidħol il-paga l-bank u qalulhom li jekk iċemplu Għawdex biex jaraw għaliex din qed iddum ma tidħol jaqilgħu charge?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 19156.
Leg 11 PQ #20057 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — ħarsien tal-ambjent rurali tal-Ibraġġ tal-Mellieħa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tħares l-ambjent rurali tal-Ibraġġ tal-Mellieħa fejn ħafna raba' maħdum u ambjent naturali qed jinqered biex fuqu jsir l-hekk imsejjaħ Park għall-Familja li ma kienx inkluż fil-pjan lokali? Jista' jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tipproteġi l-orkidi endemiċi li nqerdu fil-post u li suppost huma protetti mill-Habitat Directive tal-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Leg 11 PQ #20128 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — One Stop Shops

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom uffiċċju tal-one stop shop? X'inhi eżatt il-funzjoni ta' dan il-one stop shop?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għall-mistoqsija ta’ l-Onor Interpellant, wieħed irid jara x’qed jifhem bil-kelma ‘One Stop Shop’. Il-Kunsilli Lokali joffru firxa wiesa’ ta’ servizzi lir-residenti tagħhom. F’dan ir-rigward nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 20116. Hemm imbgħad xi Kunsilli li joffru aktar servizzi bħal per eżempju il-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u ilma.
Leg 11 PQ #20129 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Servizzi ta' e-government

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali introduċewx servizzi ġodda tal-e-government? Jekk iva, liema huma dawn il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsilli Lokali ilhom jipprovdu diversi servizzi ta’ e-government bħal per eżempju rappurtar ta’ ilmenti u ħlasijiet ta’ multi għall-kontravenzjonijiet. Minkejja li reċentament ma ġewx introdotti servizzi ġodda l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat ukoll li minn din is-sena l-Kunsilli żiedu s-servizzi ta’ wifi b’xejn biex, barra minn dak li kien hemm diġa fl-uffiċċini amministrattivi tagħhom, ikun hemm ukoll almenu pjazza waħda fil-lokal li jkollha dan is-servizz.
Leg 11 PQ #20131 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — dipartimenti u entitajiet governattivi - regolamenti ċari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-taħdidiet biex jiddaħħlu regolari ċari sa meta d-dipartiment u entitajiet governattivi għandhom jirrispondu għall-ilmenti jew talbiet tal-pubbliku li jsiru fl-uffiċċji tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20132 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Quality Service Charter

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Quality Service Charter tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant, wieħed irid ifakkar li l-Quality Service Charter huwa Charter volontarju. Sa issa hemm Kunsill Lokali wieħed li addotta Quality Service Charter, dak ta’ Santa Venera u li tiegħu qed inpoġġi kopja fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 11 PQ #20133 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Quality Service Charter — taħriġ lill-impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ ħadu l-impjegati tal-kunsilli lokali biex jaddottaw il-Quality Service Charter?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’risposta għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant, meta entità timplimenta l-Quality Service Charter, din l-istess entità tkun qed tara x’taħriġ huwa meħtieġ mill-impjegati tagħha biex jingħata l-aqwa servizz. Għalhekk it-taħriġ ivarja minn entità għal oħra u t-taħriġ li jingħata jaqa’ fir-remit ta’ l-entità partikolari.
Leg 11 PQ #20217 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Union Flood Directive — Msida - Triq il-Wied

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19443 dwar il-bini li twaqqa f'Triq il-Wied, Msida, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk Malta hiex timplimenta f'dan il-kuntest kif ukoll fil-kuntest tal-bini li jrid jitla' l-European Union Floods Directive?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20254 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta mhijiex imsemmija fir-rapport tal-European Environmental Agency

Question

Billi fir-rapport riċenti tal-European Environmental Agency m'hemmx referenza għal Malta dwar il-green house gas emissions, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan hux dovut għall-fatt li Malta s’issa m'għandhiex Kyoto targets jew għax it-tagħrif meħtieġ ma wasalx fil-ħin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20511 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunċert Isle of MTV

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk pajjiżna kkontribwixxiex xi flus biex sar il-kunċert Isle of MTV? Jekk iva, kemm? Fiex kienu jikkonsistu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-kuntratt iffirmat fl-2007 mal-MTV jorbot lill-MTV li: · Jorganizzaw f’pajjiżna kunċert kull sena għal tlett snin; · Kull kunċert irid jidher għall-inqas tlett darbiet fuq kull stazzjon tal-MTV fl-Ewropa; · Malta tiġi reklamata matul is-sena fuq l-istazzjonijiet tal-MTV; · Jorganizzaw kompetizzjonijiet permezz tal-istazzjonijiet tagħhom sabiex iħajru lill-barranin jattendu għall-kunċert; · Itella’ website sabiex tippromwovi l-Kunċert Isle of MTV . Il-Gvern Malti huwa marbut li jħallas għal dan liema ħlas huwa kkunsidrat raġonevoli ħafna meta tqis x’qed jieħu pajjiżna. Il-kuntratt fih ‘ confidentiality clause ’ li ma tippermettix li din is-somma tiġi ppublikata. Dan għaliex l-MTV iqisu din il-miżata bħala kummerċjalment sensittiva.
Leg 11 PQ #20513 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Notte Bianca — spejjeż

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament kemm ġiet tiswa l-aħħar edizzjoni tan-Notte Bianca u jagħti wkoll breakdown tal-ispejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-kontijiet relatati man-Notte Bianca 2010 għadhom qedgħin jinġabru.
Leg 11 PQ #20523 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Post fejn se jsir il-karnival li jmiss

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega fejn se jsir il-karnival li jmiss, minn liema triqat se jgħaddi u komparat ma' dak tal-aħħar edizzjoni jekk hux se jkun hemm tnaqqis ta' xi attivitajiet relatati mal-karnival? X'inhuma? Kemm nefaq il-gvern sena b'sena fl-aħħar ħames snin biex organizza l-karnival? Jista' ukoll jagħti breakdown tal-ispejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-attivitajiet tal-karnival ta’ Malta 2011 huma mistennija li jsiru fil-Belt Valletta u l-Floriana. Hu ppjanat li ż-żfin tal-Karnival u parati karnivaleski jsiru fil-maġġoranza tagħhom fit-toroq tal-Belt bi Pjazza San Ġorġ tkun il-Pjazza ewlenija fejn isir iż-żfin. Qed isir sforz ukoll biex jekk ikun possibbli waħda mid-defiles tal-karrijiet issir fil-Belt Valletta bl-istess rotta li ntużat f’dawn l-aħħar snin. Fil-jiem l-oħra fejn tradizzjonalment isiru d-defile tal-karrijiet kollha, dawn huma mistennija li jsiru fil-Floriana b’modifikazzjonijiet minn dawk li normalment konna mdorrija bihom bil-għan li tingħata libsa differenti għall-karnival u r-rotta ta’ l-isfilata tkun aktar gawduta mill-pubbliku in ġenerali. Mhux mistenni li jkun hemm tnaqqis ta’ xi attivitajiet relatati mal-karnival iżda qed isir sforz biex tidħol il-mentalità fost il-parteċipanti tradizzjonali biex jingħata aktar enfasi għall-kunċett ta’ esebizzjonijiet u spettaklu kontinwu fit-toroq ewlenin. l-ispejjeż matul dawn l-aħħar ħames snin sabiex jiġi organizzat il-Karnival huma murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #20544 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — mużew ta' arti moderna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20546 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — monitoring

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’sar f’Għawdex fl-2009 u din is-sena sal-lum fuq il-proġett intenzjonat li jagħmel monitoring tal-arja, l-ilma, l-ħsejjes, ir-radjazzjoni u l-ħamrija u li jwassal għal strateġija ta’ moniteraġġ kif ukoll informazzjoni baseline f’dak li huwa batimetrija u topografija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Leg 11 PQ #20604 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġetti fuq fast track

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’se tkun qed tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tipproċessa fuq fast track dawk il-proġetti li jolqtu l-qasam agrikolu u li se jkunu mħallsa minn diversi skemi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jghid kemm hu ż-żmien massimu stipulat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar diġà ilha tieħu passi biex dawk il-proġetti li jolqtu l-qasam agrikolu u li se jkunu mħallsa minn diversi skemi tal-Unjoni Ewropea jingħataw l-attenzjoni neċessarja. Fir-riforma tal-proċess tal-applikazzjonijiet għall-iżvilupp, ser ikun hemm żmien massimu biex applikazzjoni tiġi deċiża mill-awtorità. Dan iż-żmien jiddependi fejn jinsab is-sit, il-kumplessita` tal-iżvilupp propost, u anke hemmx bżonn ta' xi studji partikolari bħal per eżempju Stima tal-Impatt Ambjentali (EIA). Għalhekk iż-żmien massimu jista' jvarja minn sitta u għoxrin ġimgħa sa tnejn u ħamsin ġimgħa, jew kif maqbul bejn l-applikant u l-awtorità. Ovvjament, dawn huma perjodi massimi u f'kull każ fejn hemm bżonn li tingħata prijorità, bħal żviluppi msemmija mill-interpellant, l-awtorità tara li tali applikazzjonjiet jiġu konklużi kemm jista' jkun malajr.