Billi f'intervista ma' ġurnal lokali l-Ministru diġa' ndika t-tibdil mistenni dwar it-taxxa fuq reġistrazzjoni tal-karozzi kif wkoll li idealment kien jippreferi li kieku s-sistema kellha tibqa' l-istess, jista' għall-benefiċċju kemm tal-bejjiegħa tal-karozzi kif wkoll tal-konsumaturi jagħti ndikazzjoni ta' x'wieħed għandu jistenna f'dan ir-rigward, flok jħalli lil kulħadd mdendel sakemm jiġi ppubblikat il-pre-budget consultation document aktar minn xahar u nofs ieħor? Jikkonferma l-Ministru li x'aktarx li l-piż finali fuq il-konsumatur u d-dħul tal-Gvern mistenni jibqa' xi ftit jew wisq l-istess anke wara li jiġi fis-seħħ dan it-tibdil? Għaliex fil-manifest elettorali ma ngħata ebda ħjiel dwar dan kollu meta l-manifest tkellem biss dwar il-ħtieġa li tinbidel it-taxxa fuq il-karozzi?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tal-kumitat Education Consultative Council mwaqqaf mill-MFSA? X'tip ta' organizzazzjonijiet jiffurmaw parti minn dan il-kumitat u fuq liema kriterji ġew magħżula? Hemm xi membri fuq dan il-kumitat li huma msieħba jew jiffurmaw parti minn organizzazzjonijiet kummerċjali?
Jista' l-Ministru jgħid qabel ma ġie ffurmat l-kumitat Education Consultative Council tal-MFSA, sar rendikont tal-korsijiet kollha li qed jiġu provduti f'Malta li jolqtu dan is-settur?
Jista' l-Ministru jgħid:
Kemm persuni bbenefikaw minn maħfriet ta' taxxa dovuta, multi eċċ dovuti lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fil-perjodu l-1 ta' Jannar 2008 sa 29 ta' Frar, 2008?
Kemm hemm persuni li f'dan l-istess perijodu kellhom ukoll ħlasijiet ta' taxxa dovuta, multi, eċċ lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li ma bbenefikawx minn dawn il-maħfriet?
Kemm kienet is-somma totali maħfura mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fl-istess perijodu?
Fuq liema kriterji ntgħażlu l-persuni li bbenefikaw minn dawn il-maħfriet ta' taxxa dovuta lid-Dipartiment? U x'kienu r-raġunijiet li dawk li ma bbenefikawx tħallew barra?
Dipartiment ta' l-Artijiet — Designed Director General
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji l-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, inħatar Designed Director General tad-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' jgħid xi kwalifikazzjonijiet għandu? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt li ngħata dan il-persuna in konnessjoni ma' din il-ħatra?
Response (FENECH, ANTONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tonio Fenech
Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex proċedura tal-Joint Office li jittrasferixxi art minn fuq persuna li sal-lum għadha tħallas il-qbiela tar-raba’ lin-neputi tagħha li se jkun qed jaħdem r-raba' hu f'ismu, dan għaliex l-persuna hija miżżewġa imma mingħajr ulied?
Jekk ir-risposta għal din il-mistoqsija tkun fin-negattiv, jista’ jgħid fil-preżent x’inhi l-proċedura li juża l-imsemmi dipartiment biex jittrasferixxi l-qbiela tar-raba’ minn fuq persuna għal oħra?
Jista’ l-Ministru jieħu l-miżuri kollha possibli sabiex jinforza r-regolamenti tal-Malta Standards Authority fejn klijent minflok jiddikjara li xtara d-dgħajsa mingħand l-manifattur jiddikjara li kien hu stess li bniha u dan sabiex jevita li jgħaddi mill-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ CE mark fuq id-dgħajsa?
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalita’, x’tip u x’ammont ta’ inbid inġieb lejn Malta mill-Ewropa għall-finijiet ta’ negozju fl-aħħar sena minn April 2007 sa April 2008, u li ddaħħal fil-Port il-Kbir fejn fost oħrajn jitrakka il-Catamaran?