Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bejgħ tal-proprjeta' lill-Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lil ċittadini Maltin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ li kien hemm quddiem it-tax compliance unit ġie konkluż fix-xhur Jannar 2008 sa Marzu 2008, xahar b'xahar? Kemm kien l-ammont miġbur f'taxxa kull xahar?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħobż Malti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarx xi studju ekonomiku/soċjali fuq id-deċiżjoni tal-gvern li jilliberalizza s-suq tal-ħobż Malti? Jista' jgħid jekk iż-żieda li l-gvern ta għall-għoli tal-ħajja, inkluż dik iż-żieda antiċipata, kienux jantiċipaw iż-żieda fil-prezz tal-ħobż u l-liberalizzazzjoni tiegħu?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern, permezz tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ipprepara studju soċjo-ekonomiku dwar l-impatt tat-tneħħija tas-sussidju tal-Gvern fuq il-ħobż Malti. Iż-żieda antiċipata għall-għoli tal-ħajja ta’ EUR2.33 (Lm1) imħabbra fil-Budget għas-sena 2008, ingħatat fiċ-ċirkostanzi straordinarji li kienu qegħdin jiżviluppaw dak iż-żmien, minħabba żidiet fil-prezzijiet internazzjonali ta’ diversi prodotti tal-ikel, inkluż iċ-ċerejali. Il-COLA li se tingħata fil-Budget li ġej, tkun tirrefletti l-inflazzjoni fil-perjodu bejn Ottubru 2007 u Settembru 2008, wara li tittieħed in kunsiderazzjoni iż-żieda antiċipata msemmija iktar qabel.

Libyan Arab Maltese Holding Company

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 179 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Taxxa fuq reġistrazzjoni ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 181 u cioe': Billi f'intervista ma' ġurnal lokali l-Ministru diġa' ndika t-tibdil mistenni dwar it-taxxa fuq reġistrazzjoni tal-karozzi kif wkoll li idealment kien jippreferi li kieku s-sistema kellha tibqa' l-istess, jista' għall-benefiċċju kemm tal-bejjiegħa tal-karozzi kif wkoll tal-konsumaturi jagħti ndikazzjoni ta' x'wieħed għandu jistenna f'dan ir-rigward, flok jħalli lil kulħadd mdendel sakemm jiġi ppubblikat il-pre-budget consultation document aktar minn xahar u nofs ieħor? Jikkonferma l-Ministru li x'aktarx li l-piż finali fuq il-konsumatur u d-dħul tal-Gvern mistenni jibqa' xi ftit jew wisq l-istess anke wara li jiġi fis-seħħ dan it-tibdil? Għaliex fil-manifest elettorali ma ngħata ebda ħjiel dwar dan kollu meta l-manifest tkellem biss dwar il-ħtieġa li tinbidel it-taxxa fuq il-karozzi?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għoli tal-prezz taż-żejt

Question

In vista tal-fatt illi huwa previst li l-prezz internazzjonali taż-żejt qed jogħla u se jibqa' jogħla fil-futur qarib u kif ukoll minħabba li hemm previżjoni li anke l-prezzijiet ta' ċereali u qmugħ se jkompli jogħla, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri prekawzjonali se jieħu l-gvern biex inaqqas jew ixejjen l-impatt ta' din iż-żieda fuq l-ekonomija Maltija?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Child care centre facilities

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rebate fit-taxxa għal dawk li jibgħatu lit-tfal tagħhom f’Child Care Centre Facilities li tammonta għal Lm400 hijiex se tkun estiża anki lil dawk il-ġenituri li ma jaqilgħux dħul biżżejjed biex iħallsu t-taxxa? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm min ibbenefika minn din ir-rebate?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fond għall-kawżi ġusti

Question

Jista l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ min u kemm irċevew flus individwalment soċjetajiet, għaqdiet, individwi jew persuni mill-fond għall-kawżi ġusti mis-sena 2000 sal-31 ta’ Marzu 2008?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tat-Taxxa — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2007 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2008 kemm kien hemm refunds mogħtija liċ-ċittadin mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dħul li kien ilhom pendenti għal ħafna snin?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Riforma fil-qbiela tar-raba'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri amministrattivi se jittieħdu biex tkun tista' tinħadem r-riforma fil-qbiela tar-raba' kif spjegat fl-indirizz tal-President li ma jkunx hemm dewmien?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Manifattura ta' Dgħajjes

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11 u jieħu l-miżuri kollha possibli sabiex jinforza r-regolamenti tal-Malta Standards Authority fejn klijent minflok jiddikjara li xtara d-dgħajsa mingħand l-manifattur jiddikjara li kien hu stess li bniha u dan sabiex jevita li jgħaddi mill-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ CE mark fuq id-dgħajsa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Finanzi, Ekonomija u Investiment — Nies impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Xiri ta' proprjeta' privata

Question

No question text.

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-book value tal-proprjeta’ li ġiet dikjarata mill-Gvern li hemm bżonnha għal skop pubbliku u li għad trid titħallas jammonta għal €46,522,257. Dan l-ammont ma jinkludix l-imgħax dovut lis-sidien li jiddependi fuq il-valur tal-proprjeta’, kif ukoll iż-żieda li jista’ jkun hemm fil-valur tal-proprjeta’ f’każi fejn ikun hemm il-ħtieġa ta’ valutazzjoni ġdida. Barra minn dan, jista jkun hemm żieda fl-ammont li jkun irid jitħallas b’riżultat ta’ Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet kemm il-darba, l-ammont offert jiġi kkontestat. Il-Gvern qiegħed jagħmel l-istudji tiegħu dwar pjan għal ħames snin li ġejjin, li għandu jwassal biex l-ammonti dovuti lil terzi, sidien ta’ art privata li ġiet dikjarata mill-Gvern li hemm bżonnha għal skop pubbliku, jiġu ndirizzati.

Finanzi, Ekonomija u Investiment — Ħaddiema part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Garaxxijiet tas-sajjieda

Question

Peress li l-garaxxijiet tas-sajjieda proprjeta` tal-gvern fix-Xlendi, Għawdex jinsabu fi stat ħażin ħafna u saħansitra hemm minnhom bil-bjut tagħhom imġarrfin li jikkostitwixxu periklu serju, jista` l-Ministru jieħu azzjoni mmedjata biex din is-sitwazzjoni ta' periklu tigi riżolta?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif ingħad fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29750 li saret fil-leġislattura li għaddiet, it-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern kitbet lid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sabiex jinvestiga l-ħsarat li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, sabiex f’każ ta’ xi periklu, jittieħdu dawk il-passi neċessarji biex jitneħħa l-periklu.

National Statistics Office

Question

Billi dan l-aħħar uffiċjal għoli ta' l-Universita' f'forum fis-Sir Temi Zammit Institute, fl-Universita' wera ċertu xettiċiżmu dwar l-istatistika ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni f'pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-konkret biex l-NSO tassigura li l-figuri tagħha jkunu l-aktar fattwali f'dan ir-rigward ħalli pajjiżna jkollu l-iżjed stampa ċara possibbli ta' dawn iż-żewġ setturi vitali għall-pajjiżna?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-NSO jiġbor statistika dwar riċerka, żvilupp u innovazzjoni permezz ta’ kwestjonarji li jintbagħtu lill-Ministeri u d-Dipartimenti kollha tal-Gvern, il-Kunsilli Lokali u l-Extra Budgetary Units bħall-Universita’ ta’ Malta kif ukoll lill-intrapriżi li jħaddmu aktar minn 10 persuni. Naturalment il-kwestjonarju dwar ir-riċerka jintbagħat biss lil dawk l-intrapriżi li jindikaw fil-kwestjonarju fuq l-innovazzjoni li huma nvoluti wkoll f’riċerka. L-NSO beda jiġbor informazzjoni f’dawn l-oqsma permezz ta’ pilot study li sar fl-2002 meta bdiet tinġabar statistika dwar żvilupp u innovazzjoni u dan l-istħarriġ issa qed isir kull sentejn. Statistika dwar ir-riċerka bdiet tinġabar is-sena l-oħra u ser tkompli tinġabar kull sena. Il-kwestjonarju huwa bbażat fuq kriterji stabbiliti mill-Eurostat u jinkludi mistoqsijiet dwar dawn l-indikaturi: l-infieq ta’ l-intrapriża fuq ir-riċerka, in-numru ta’ ħaddiema li jagħmlu riċerka, u l-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema. L-NSO jehmeż noti dettaljati mal-kwestjonarji biex dawn jimtlew kif suppost. Ir-rata ta’ rispons kienet ta’ 65 fil-mija fl-2006. Hija prattika li l-NSO jibgħat tliet reminders għal kull kwestjonarju li ma jintbagħatx lura bl-informazzjoni. Dan minbarra it-telefonati kontinwi biex niżguraw li l-figuri jkunu aktar fattwali u konkreti. Ir-riżultati miġbura minn dawn il-kwestjonarji jintbagħtu regolarment lill-Eurostat. L-aħħar informazzjoni ġiet ippublikata mill-Eurostat f’Marzu 2008.

Finanzi, Ekonomija u Investiment — Membri/Bord tad-Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Libyan Arab Maltese Holding Company

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.