Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kienx hemm kunsilli li daħlu fi twinning agreement matul is-snin 2008 - 2010;
a) min kienu l-kunsilli;
b) ma' min sar it-twinning agreement;
ċ) x'kien l-ammont globali involut kompriżi dawk soċjali bħal drinks, ikliet, riċevimenti, kiri ta' lukandi eċċ.
d) jekk id-dipartiment kienx ġie infurmat b'dawn it-twinning agreements u fil-każ meta kien infurmat;
e) kienx hemm kunsilli li eċċedew il-limitu stabbilit bil-Legal Notice Nru. 144/2009 - Local Councils (Twinning) Regulations 2009;
f) liema huma dawn il-kunsilli; u
g) x'passi ttieħdu, jekk ittieħdu, u jekk ma ttieħdux għaliex?
Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk kienx hemm kunsilli lokali u reġjonali li żammew konferenza stampa tul dawn l-aħħar sitt xhur; a) min huma l-kunsilli lokali;
b) x'kienet il-materja tal-konferenza stampa;
ċ) meta saret il-laqgħa tal-kunsill-kumitat reġjonali li fiha sar qbil li tinżamm il-konfereza stampa;
d) kienx hemm qbil dwar il-punti mqajjma waqt il-konferenza stampa;
e) kienx hemm vot, ir-riżultati tiegħu u min kienu favur u kontra; u
f) id-data tal-laqgħa li fiha ġiet diskussa u maqbula li ssir konferenza stampa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Konferenzi Stampa huma bin-natura tagħhom affarijiet pubbliċi u allura diġà qegħdin fid-dominju pubbliku. Ma jinżammux records ta’ din ix-xorta mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk riċentament, intxtratx karozza ġdida għall-użu uffiċjali tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’tip ta’ karozza hi u kemm ġiet tiswa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi riċentament ma nxtrat l-ebda karozza ġdida għall-użu uffiċjali tiegħi.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Concluding Remarks tal-Kumitat tac-CEDAW bħala risposta għal-laqgħa li saret fil-Palais des Nations, Geneva fit-12 ta' Ottubru 2010, meta ġie kkonsidrat ir-rapport ta' Malta biex il-gvern jirrispondi għall-obbligazzjonijiet tiegħu taħt Artiklu 18 tal-Konvenzjoni għall-eliminazzjoni ta' kull diskriminazzjoni kontra n-nisa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Ninsab infurmat li dan ir-rapport għadu suġġett għall-emendi peress li ġew innutati numru ta’ skorretezzi.
Jista’ l-Prim Minsitru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li akkwistaw għajnuna finanzjarja taħt diversi skemi u jista’ jgħid liema proġetti minnhom huma konformi mal-aspetti tas-sostenibilità mis-sena 2008 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-Ewwel parti tad-domanda nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li diġa tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 20466. Dwar it-tieni parti, nitlob lil-Onor Membru ikun aktar speċifiku u jiddentifika l-aspetti tas-sostenibiltà li qiegħed jirreferi għalihom.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid hux on track il-proġett tal-Private Public Partnership fuq ir-rikostruzzjoni tat-toroq li se jsir bejn il-gvern, il-kunsill lokali u l-privat? Jista’ jagħti l-aħħar informazzjoni fuq liema huma l-lokalitajiet li issieħbu f’din il-Private Public Partnership u kif il-kunsilli lokali se jħallsu l-kontribut tagħhom lejn dan il-fond?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-proġetti tal-Private Public Partnership fuq ir-resurfacing tat-Toroq li tnieda din is-sena ġie milqugħ sew u qed ikun hemm parteċipazzjoni tajba fuqu.
Fil-fatt sal-lum 28 lokalità diġa ibbenefikaw jew ser jibbenefikaw minn din l-iskema. Il-lokalitajiet huma dawn:
Fgura
Ħal-Lija
Ħad-Dingli
Pietà
Birkirkara
Kerċem
Isla
San Ġiljan
Santa Venera
Żurrieq
Ħal Għaxaq
San Pawl
Marsa
Żabbar
Gżira
Għargħur
Luqa
Birżebbugia
Iklin
Għarb
Fontana
Xagħra
Imsida
Nadur
Xewkija
Kalkara
Żebbuġ (M)
Mġarr
Barra minn hekk, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jevalwa 24 applikazzjonijiet oħra ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:
San Ġiljan – 2nd batch
Santa Venera – 2nd batch
Iż-Żurrieq – 2nd and 3rd batches
San Pawl il-Baħar – 2nd batch
Pembroke
Ħal Tarxien
San Ġwann
Biżebbuġia
Ir-Rabat (M)
Ħ’Attard
Mellieħa
Tas-Sliema
Il-Qrendi
Il-Mosta
Il-Qala
Ir-Rabat (G)
Il-Munxar
Iż-Żejtun
Paola
Il-Belt Valletta
Il-Birgu
Ħaż-Żebbuġ – 2nd and 3rd phase
Is-Sannat
Santa Luċija
Wara li jitlesta ix-xogħol ta’
resurfacing
, il-Kunsill ikun irid iħallas 40% tas-somma tal-kuntratt. Imbgħad wara l-ewwel sena minn mindu jkun spiċċa ix-xogħol, il-Kunsill ikun irid iħallas 20% tal-kuntratt u wara it-tieni sena il-Kunsill iħallas 10%. Għas-snin l-oħra, sat-tmien sena, il-Kunsill iħallas 5% kull sena.
Minn naħa tiegħu il-Gvern, permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jgħaddi lill-Kunsilli Lokali nofs l-ammonti ta’ l-ewwel u t-tieni pagament imsemmija hawn fuq.
MEPA — tuition centres mingħajr il-compliance certificate
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19707, 18819, 18527, 18187, 17943 u 17578 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tuition centres li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma ħarġitilhomx compliance certificate ? X’xogħlijiet meħtieġa jrid jagħmel kull ċentru biex jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat u sa meta jridu jsiru dawn ix-xogħlijiet meħtieġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-tfittxija elettronika taħt it-titlu ‘tuition’, jirriżulta li l-MEPA ħarġet dawn il-wieħed u għoxrin permess. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bid-dettalji mitluba. Minn dawn PA7988/06, PA3034/07 u PA3265/08 inħarġilhom Compliance Certificate.
Ta’ min jgħid li huwa obbligu ta’ l-applikant li jitlob li jinħariġlu
final compliance certificate
(qabel jibda jopera). Ix-xogħolijiet iridu jkunu skont il-permess maħruġ u l-kundizzjonijiet marbuta miegħu. Dan mhux marbut b’terminu ta’ żmien.
Wastserv — family park ħdejn l-impjant ta' Sant Antnin
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20772 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20342, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra:
a) min kienet il-kumpanija li għamlet l-istudju
Environmental Planning Statement
(EPS);
b) meta kien konkluż l-istudju;
ċ) jekk saritx konsultazzjoni u ma' min saret;
d) jekk xi kunsill/i ingħatax rapport EPS u fil-każ meta; u
e) x'kienet ir-reazzjoni tal-kunsill/i, jekk kien hemm?
Wastserv — family park ħdejn l-impjant ta' Sant Antnin
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20726 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-Environmental Planning Statement (EPS) u l-Environmental Impact Assessment (EIA) indikati fir-risposta tal- mistoqsija parlamentari 20342?
housing estates — stallazzjoni ta' pannelli fotovoltajiċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid hux se jagħti xi allowance speċjali lill-kunsilli lokali biex dawn jistallaw pannelli solari fotovoltajiċi fuq housing estates tal-gvern sabiex ir-residenti jkollhom kumpens tad-dawl li jħallsu? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi ntrodotta xi forma ta’ għajnuna soċjali fil-qasam tal-edukazzjoni biex jitjieb il-livel tal-literarcy tar-residenti li jgħixu fl-housing estates tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li kif persważ illi jaf diġa, peress li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jżommu aġġornat b’kull skema li joħroġ minn żmien għal żmien għall-Kunsilli Lokali permezz tal-Memoranda tiegħu, li hemm żewġ skemi partikolari li jikkunsidraw l-installazzjoni tal-pannelli fotovoltajiċi kif ukoll il-litteriżmu. Dawn huma l-iskema dwar proġetti ta’ enerġija alternattiva u l-iskema ta’ għajnuna finanzjarja għal korsijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja.
L-għan prinċipali tal-ewwel skema li semmejt, u li tnediet għat-tieni sena, huwa li permezz tagħha numru ta’ Kunsilli Lokali jidħlu għal inizjattivi favur użu ta’ enerġija alternattiva u ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi nodfa għaliex nemmnu li dawn huma wkoll miżuri konkreti favur żvillupp sostenibbli fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin.
Dawn l-inizjattivi mhux biss jgħinu lill-Kunsilli Lokali jiffrankaw mill-kontijiet tal-enerġija u jużaw il-flus iffrankati fuq inizjattivi oħra, iżda wkoll iservu ta’ eżempju tajjeb għar-residenti kollha, kemm dawk li huma sidien ta’ djarhom kif ukoll inkwilni u anke residenti f’
housing
estates
tal-Gvern, għax tajjeb infakkar li ma hiex
policy
illi ssir xi forma ta’ distinzjoni bejn ċittadini abbażi tal-indirizz jew il-post fejn joqgħodu.
Din l-iskema għandha sservi ta’ nċentiv għal numru ta’ Kunsilli Lokali sabiex iwettqu proġetti żgħar ta’ din ix-xorta f’postijiet pubbliċi fejn l-enerġija tkun ġenerata minn sorsi alternattivi u nodfa u dan b’konformità mal-politika nazzjonali f’dan ir-rigward.
Numru ta’ Kunsilli Lokali ħassew li għandhom jipparteċipaw f’din l-iskema billi jibgħatu applikazzjoni fuq proġetti ta’ enerġija alternattiva għal bini amministrattiv tagħhom. Dan it-tip ta’ applikazzjonijiet huma ukoll eliġibbli.
Intant il-Gvern nieda skema oħra dwar korsijet ta’ taħriġ mill-Kunsilli Lokali għar-residenti f’diversi suġġetti fosthom korsijiet fit-tagħlim bażiku tal-Malti u l-Ingliż, bi sħab mad-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja. Dawn il-korsijiet partikolari li semmejt, jiġifieri fil-Malti u l-Ingliż, kienu bla ħlas u miftuħa għar-residenti kollha tal-lokalitajiet, inkluż dawk li jgħixu f’
housing estates
tal-Gvern.
Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — pjan għal aktar żjara fil-Kottonera
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta hux se tvara xi pjan ta’ azzjoni biex tixpruna aktar turisti li jżuru l-Kottonera? Jista’ jagħti informazzjoni ta’ x'beħsiebu jwettaq il-gvern bħala l-Vizjoni 2015 fil-qasam turistiku biex joħloq niċeċ ġodda u jattira turiżmu lejn lokalitajiet rurali u x’tip ta’ investiment qed isir fuq siti pubbliċi biex dawn ikunu konformi mal-pjan nazzjonali li jagħtu importanza assoluta lill-prijoritajiet ta’ pajjiżna? Jista’ jgħid xi pjanijiet hemm biex ikunu salvagwardjati t-tempji Ta’ Skorba u ta’ Ħaġrat?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’se tkun qed tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tipproċessa fuq fast track dawk il-proġetti li se jkunu mħallsa minn diversi skemi tal-Unjoni Ewropea u kemm hu ż-żmien massimu stipulat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar diġa` ilha tieħu passi biex dawk il-proġetti li se jkunu mħallsa minn diversi skemi tal-Unjoni Ewropea jingħataw priorita` massima. Għal dan l-iskop, l-Awtorita` tappunta case officers biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet fast track. Fir-riforma tal-proċess tal-applikazzjonijiet għal-żvilupp, ser ikun hemm żmien massimu biex applikazzjoni tiġi deċiza mill-Awtorita`. Dan iż-żmien jiddependi fejn jinsab is-sit, il-kumplessita` tal-iżvilupp propost, u anke hemmx bżonn ta' xi studji partikolari bħal per eżempju Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (EIA). Għalhekk iż-żmien massimu jista' jkun ta' tnax il-ġimgha jew, sitta u għoxrin ġimgħa jew saħansitra tnejn u ħamsin ġimgħa. Ċertu proġetti ta natura mdaqqsa jkollhom terminu maqbul bejn l-applikant u l-Awtorita`. Ovvjament, dawn huma perjodi massimi u f'kull każ fejn hemm bżonn li tingħata priorita`, l-Awtorita` tara li tali applikazzjonjiet jiġu konklużi kemm jista' jkun malajr.
Kwistjonijiet pendenti bejn Malta, l-Libja, t-Tuneżija u l-Italja
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19841 u jgħid x'għamel fis-sentejn li għaddew biex iħoll kwistjonijiet pendenti li Malta għandha mal-Libja, t-Tuneżija u l-Italja dwar nuqqas ta' qbil ta' min huma inħawi fl-ibħra ta' madwarna fejn hemm prospetti li jinstab iż-żejt minn kumpaniji b'kuntratt mal-Gvern Malti biex iħaffru għaż-żejt? X'beħsiebu jagħmel matul is-sena li ġejja biex jaffronta dawn il-kwistjonijiet pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor Membru żgur japprezza li din hi materja ta’ sensittività kbira anke għaliex hemm kumpaniji kummerċjali taż-żejt li għandhom interessi partikolari f’dan il-mument in vista tal-iskadenzi fil-kuntratti tagħhom u għalhekk jidhirli li ma nistax nagħti wisq dettalji. Madanakollu tajjeb ninforma lill-Kamra li fil-laqgħat li jkollna f’livelli għolja mal-mexxejja tal-pajjiżi msemmija, t-tema tiġi diskussa bil-ħsieb li jinstabu soluzzjonijiet kostruttivi mingħajr ma jiġu preġudikati l-prinċipji legali nvoluti. F’diversi okkażjonijiet matul dawn l-aħħar sitt snin, jiena jew Ministri tal-Gvern irrapurtajna lil din il-Kamra skont kif ippermettew iċ-ċirkostanzi. Apparti minn hekk għall-ewwel darba saru proposti konkreti lil dawn il-pajjiżi li għadhom pero il-mertu ta’ diskussjonijiet.
ċitazzjonijiet tat-Tribunali Lokali — reklami fuq il-ġurnali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid b' liema mod ittieħdet id-deċiżjoni li reklami dwar iċ-ċitazzjonijiet tat-Tribunali Lokali jidhru biss fil-ġurnal The Malta Independent? Min huwa responsabbli ta' din id-deċiżjoni? Meta ttieħdet? Kemm huma r-rati għal dawn ir-riklami? Hemm xi data meta dan il-ftehim se jiskadi? Qatt saru diskussjonijiet ma' ġurnali oħra? Jekk iva, liema u meta? Jekk le, għaliex ma sarux? Meta se tiġi riveduta din id-deċiżjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nassumi illi l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Avviżi dwar Taħrikiet li jidher fil-ġurnal the Malta Independent skont l-Avviż Legali 133/2004 – Regolamenti tal-2004 dwar in-Notifika ta’ Taħrikiet tat-Tribunali Lokali. Dan l-Avviż Legali jelenka l-mod kif għandha ssir in-notifika taċ-ċitazzjonijiet tat-Tribunali Lokali u telenka wkoll liema każijiet partikolari għandhom jiġu ppublikati. Dan l-Avviż Legali jelenka wkoll b’mod ċar fejn u kif għandha ssir din il-publikazzjoni.
Ninfurma lill-Onorevoli Membru lid an l-Avviż ma jiġix ippublikat minn xi Dipartiment jew entità tal-Gvern.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratt ta' pubblicità
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20708, 20434 u 19748 u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20709, 20390 u 20237 u jispeċifika x'inhu awtorizzat li jiġi ġestit kummerċjalment skont il-permit tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-fond ġo Sliema/San Ġiljan li l-informazzjoni dwaru qed tingħata separatament? Jista' jispeċifika jekk il-mużika hijiex permessa li tindaqq fl-istess fond u jekk iva, x'inhuma l-limitazzjonijiet mposti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u mil-Licencing Department?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20513 u jinforma lill-Parlament kemm ġiet tiswa l-aħħar edizzjoni tan-Notte Bianca u jagħti wkoll breakdown tal-ispejjeż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fil-preżent il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti għadu qed jirċievi l-invoices għal servizzi li ngħataw waqt din l-attività sabiex tkun finalizzata n-nefqa globali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20632 u 20336 u jgħid kemm daħlu ilmenti lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn ċittadini privati dwar trab iswed fil-proprjetà tagħhom sena b'sena fl-aħħar ħames snin? Minn liema lokalità dawn iċ-ċittadini kienu ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-records uffiċjali tal-MEPA mill-2003 sal-2006 il-MEPA ma rċiviet l-ebda ilment.
Fl-2007: Il-MEPA rċiviet direttament mill-anqas 10 ilmenti fuq l-iddepożitar ta' trab iswed fuq ir-residenzi fil-Fgura biss.
Fl-2008: l'ebda ilment.
Fl- 2009: 41 mill-Fgura (2 direttament u 39 minnhom permezz tal-kunsill), 1 minn B'Kara, 1 minn Sliema, 4 mill-Mellieħa, 1 mill-Hamrun, 1 minn Qormi, 1 minn Tarxien.
Fl-2010: 4 mill-Fgura u 1 minn Bormla, 1 minn Qormi u 1 minn San Ġwann.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għamlitx Environmental Impact Assessment fuq l-iżvilupp ta' ground tal-football fi Triq Ħal Farruġ, Luqa u fejn biex dan il-ground jinbena, se jkollha tiġi kklerjata area sħiħa ta' siġar li huma buffer għall-area residenzjali ta' Ħal Farruġ li hija mdawwra minn Industrial Estate, batching plant, scrapyard, industriji oħra u ajruport li żgur li jħalli effett ta' emissjonijiet fl-arja għad-detriment tal-mijiet ta' familji li jgħixu fiż-żona? Jekk sar dan l-Environmental Impact Assessment, jista' jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, meta se jsir u jekk l-iżvilupp hux se jsir qabel ma jkun hemm l-esitu ta' Environmental Impact Assessment?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20625 u 20407 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20197, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-tneħħija tat-taraġ storiku f'Melita Street bejn Triq id-Dejqa u Triq l-Ifran hux kopert bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-pavimentar ġdid ta' parti minn Triq Melita bejn Triq id-Dejqa u Triq l-Ifran, li jinkludi l-qlugħ tat-taraġ imsemmi, hu kopert bil-ħruġ ta' notifika permezz tal-avviż legali 115/07, hekk imsejjaħ id-Development Notification Order (DNO), b'referenza DN 61/10.