Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20079 u 19202 u jgħid jekk huwiex minnu li hemm kunsilli lokali li għandhom direct orders bi ksur tal-liġi mis-sena 2008 sal-lum? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? X'passi ttieħdu fil-konfront tal-kunsilli lokali mill-awtoritajiet governattivi ċentrali?
Jista' l-Prim Ministru jgħid wara li ġie ppreżentat il-Budget 2011, u ġie rappurtat li fl-ewwel sentejn ta' din il-leġislatura, il-kunsilli lokali ingħataw €67.2 miljun bejniethom kif ingħataw? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown tal-flus kif tqassmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iż-żieda fir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli Lokali, riżultat tat-tiġdid li għaddew minnu tul is-sena li għaddiet, ġabet magħha l-ħtieġa ta’ aktar riżorsi inkluż riżorsi finanzjarji. Fl-ewwel sentejn ta’ din il-leġiżlatura l-Kunsilli Lokali ingħataw 67.2 miljun ewro bejniethom. Dawn il-flus jinkludu l-allokazzjoni finanzjarja annwali u l-flus li jingħataw permezz ta’ fondi speċjali biex iwettqu proġetti fl-interess tar-residenti tagħhom jew jorganizzaw attivitajiet partikolari li bihom jattiraw viżitaturi inkluż turisti.
Dawn il-flus jintużaw mill-Kunsilli Lokali biex iwettqu proġetti u jipprovdu t-tindif, il-manutenzjoni, u servizzi oħra neċessarji għall-ġid ġenerali tal-komunita’.
Sena
Allokazzjoni Finanzjarja
2010
€31 miljun
2009
€27 miljun
2008
€24 miljun
Fis-sentejn li għaddew is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali introduċa diversi fondi speċjali u ħareġ diversi skemi biex permezz tagħhom jgħin Kunsilli Lokali jwettqu proġetti importanti li mhux neċessarjament jistgħu jagħmlu bl-allokazzjoni finanzjarja diretta. Dawn l-iskemi, li minnhom inħarġu 23, ammontaw għal total ta’ 6.2 miljun ewro.
Sena
Numru ta’ Skemi
Fondi
2010
12 (sa issa)
€4.6 miljun
2009
11
€1.6 miljun
TOTAL
23
€6.2 miljun
Dawn il-fondi speċjali jingħataw lill-Kunsilli Lokali wara sejħa għall-applikazzjonijiet għal inizjattivi u proġetti immirati biex jintlaħaq l-għan ta’ lokalitajiet sostenibbli bl-aħjar servizz għar-residenti. Permezz tagħhom ittieħdu 544 inizjattiva – 219 fl-2009 u 325 fl-2010.
It-tabella li jmiss tindika liema kienu l-iskemi speċjali li ħarġu fl-2009 u fl-2010 u kemm kienu l-Kunsilli Lokali li gawdew minnhom. L-ammont ta’ fondi ta’ kull skema hu indikat ukoll.
2009
Isem tal-Iskema
Kunsilli Lokali li gawdew
Fondi aġġudikati
Finanzjament għal Attivitajiet Kulturali
21
€103,624.62
Finanzjament għal Attivitajiet għal Kulħadd
26
€66,524
Finanzjament għal Aċċesibilita’ f’Postijiet Pubbliċi
25
€92,453
Finanzjament għal Enerġija Nadifa
27
€106,669
Finanzjament għal-Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali
21
€565,000
Fond għal-Libreriji
47 Librerija Lokali
6 Libreriji Reġjonali
€25,510
Finanzjament għal Ħidma għal-Lokalitajiet Indaf
4
€60,000
Finanzjament għal-Lokalitajiet Sostenibbli
3
€75,000
Finanzjament għal Proġetti Speċjali f’Kunsilli Żgħar
19
€351,000
Local Enterprise Award
10
€90,000
Green Challenge Award
10
€90,000
TOTAL TA’ INIZJATTIVI
219
€1.6 miljun
2010
Isem tal-Iskema
Kunsilli Lokali li gawdew
Fondi aġġudikati
Finanzjament għal Attivitajiet Kulturali
48
€277,000
Finanzjament għal Attivitajiet għal Kullħadd
27
€47,000
Finanzjament għal-Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali
25
€538,000
Fond għal-Libreriji
47 Librerija Lokali
6 Libreriji Reġjonali
€25,394
Finanzjament għal-Lokalitajiet Sostenibbli
7
€160,000
Finanzjament għal Proġetti Speċjali f’Lokalitajiet Żgħar
14
€240,000
Ko-Finanzjament għall-Proġetti tal-UE
12
€327,109
Proġetti Pilota għat-Toroq
3
€1.3 miljun
Finanzjament għar-Restawr ta’ Postijiet Storiċi Żgħar
20
€156,000
Għajnuna lill-Kunsilli Lokali li jkunu involuti fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet mill-Gvern fuq skala nazzjonali
22
€193,400
Public-Private Partnership fuq toroq
26
€1.4 miljun
Wi-FI Access Points
68
€34,140
TOTAL TA’ INIZJATTIVI
325
€4.6 miljun
Kif indikat mit-tabella t’hawn fuq, il-Kunsilli Lokali ngħataw ukoll ammont ta’ flus biex bejn l-2010 u l-2011 isiru numru ta’ toroq. Hu stmat li fit-tnax-il xahar li ġejjin se jsiru 448 triq residenzjali f’47 lokalita’ differenti.
5.2 miljun ewro mill-allokazzjoni finanzjarja msemmija aktar ’il fuq huma
ring-fenced
għat-toroq li jfisser li jistgħu jintużaw biss għal xogħlijiet fit-toroq. 33 Kunsill Lokali diġa kkommettew rwieħhom li bejniethom se jagħmlu 185 triq b’dawn il-flus.
Il-Gvern mhux kuntent li f’sena jsiru xogħolijiet f’dawn it-toroq residenzjali biss u għaldaqstant ħejja żewġ metodi oħra biex jgħin Kunsilli Lokali jwettqu xogħolijiet f’numru ta’ toroq oħra. Permezz ta’ proġett pilota li qed ikun implimentat fit-tlett lokalitajiet tal-Imqabba, Ħal Kirkop u s-Swieqi, il-Gvern għadda 1.3 miljun ewro biex isiru 61 triq.
Il-Gvern qed jgħin ukoll 26 Kunsill Lokali b’1.4 miljun ewro oħra biex bi sħab mal-privat permezz ta’ inizjattivi ta’
public-private partnership
iwettqu xogħolijiet fuq 202 toroq.
Xogħolijiet fit-Toroq (Skemi 2010-11)
Numru ta’ Toroq
Lokalitajiet
Fondi
PPP
202
26
€1.4 miljun
Proġett Pilota
61
3
€1.3 miljun
Mill-Allokazzjoni Finanzjarja Diretta 2010
185
33
€5.2 miljun
Fl-1 ta’ Lulju li għadda bdew jaħdmu uffiċjalment is-16-il Kumitat Amministrattiv li kienu eletti f’żewġ rawnds ta’ elezzjonijiet aktar kmieni din is-sena. Dawn il-Kumitati għandhom aċċess għal 1.8 miljun ewro li jittieħdu mill-allokazzjoni finanzjarja diretta tal-Kunsilli Lokali li jaqgħu taħthom rispettivament.
Il-Gvern ħaseb biex jgħin lil dawn il-Kumitati Amministrattivi b’mod speċifiku billi waqqaf fond ta’ €320,000 li jista’ jintuża minnhom biss biex iwettqu proġett importanti u li huma jħossu li huma meħtieġa li jsiru malajr fl-interess tal-komunita’ li jirrappreżentaw.
Barra dawn il-fondi diretti l-Kunsilli Lokali gawdew minn skemi ohra taħt Fondi Ewropej bhal 4.8 miljun ewro li seba’ Kunsilli Lokali Maltin u ħamsa Għawdxin kisbu bejniethom mill-Miżuri 313 u 323 taħt il-Pjan ta’ Żvilupp Rurali biex iwettqu numru ta’ proġetti bil-għan li jirrestawraw u jtejbu l-infrastruttura rurali. Il-Kunsilli Lokali ibbenefikaw ukoll mill-iskema maħruġa mill-MEPA msejħa
Urban Improvement Fund (UIF)
fejn iktar minn €860,000 qed jigu allokati lill-Kunsilli Lokali fuq proġetti ta’zvilupp u tisbiħ ta’ spazji pubbliċi fil-lokalitajiet tagħna.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20057 u jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tħares l-ambjent rurali tal-Ibraġġ tal-Mellieħa fejn ħafna raba' maħdum u ambjent naturali qed jinqered biex fuqu jsir l-hekk imsejjaħ Park għall-Familja li ma kienx inkluż fil-pjan lokali? Jista' jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tipproteġi l-orkidi endemiċi li nqerdu fil-post u li suppost huma protetti mill-Habitat Directive tal-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 20160.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20056 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk l-awtoritajiet agrikoli humiex isegwu dak li qed jiġri fir-raba' maħdum fl-inħawi fuq tal-Ibraġġ il-Mellieħa? Peress li l-Ministeru tiegħu hu nvolut f'dan il-progett ta' Park għall-Familja jista' jgħid jekk hux veru li l-proġett se jieħu aktar minn 30 tomna raba' li tista' tgħid jinħadem kollu tant li issa bdew jirċievu l-ittri bil-Qorti l-bdiewa? Jaf li qed isir tħarbit sħiħ fir-raba tal-inħawi? Jaf li minkejja li l-applikazzjoni biex isir il-proġett kien jinkludi 'the reconstruction of rubble walls' meta mank kien hemm ħajt wieħed imwaqqa' waqt li issa li beda x-xogħol hemm ħitan imwaqqgħin żgur għax il-gaffa qed taqleb kollox u ħitan li għandhom mijiet ta' snin qed jinqerdu u dawk li qegħdin jibnu m'għandhom x'jaqsmu xejn magħhom, biss biss il-ġebel li qegħdin jibnu bih hu kantun antik miġjub minn post ieħor u qed jitfgħulhom il-konkos fil-wiċċ? Jaf li mill-post inqalgħu l-orkidi endemiċi protetti mill-Habitat Directive tant li l-Kummissjoni Ewropea ġiet infurmata bil-qerda tagħhom u qalet li qed tinvestiga?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 20160.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti mogħtija lill-Kumpaniji
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
MEPA — Nature Protection Unit - Orkidi Piramidali ta' Malta - speċi endemika
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20160, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni biex l-orkidi piramidali jiġu rilokati?
Ħaż-Żebbuġ — sejħa għal offerti għal resurfacing fi Vjal il-Ħelsien
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sal-lum l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ippubblikax sejħa għal offerti sabiex isir xogħol ta' resurfacing fi Vjal il-Ħelsien Ħaż-Żebbuġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ irċieva l-approvazzjoni ufiċċjali tad-Dipartiment nhar it-Tnejn l-1 ta’ Novembru u fil-laqgħa tal-kunsill ta’ nhar il-Ħamis l-4 ta’ Novembru b’ mod unanimu qabel li jinħareġ it-tender għal resurfacing ta’ Vjal il-Ħelsien. Bħalissa l-kunsill qiegħed jipprepara d-dokumenti tat-tender qabel ma jippublika l-avviż.
Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — resurfacing ta' toroq
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proposti għamel il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għall-iskema tal-Public Private Partnership sabiex isir resurfacing ta' toroq f’Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid kemm-il triq kien hemm f'din il-proposta? Jista' jgħid x’ordni ta' prijorità ta lill-kunsill lokali? Jista' jgħid kemm mit-toroq proposti mill-kunsill ġew aċċettati s'issa u taħt liema kriterji dawn intgħażlu? Jista' jgħid din il-proposta meta ġiet sottomessa mill-istess kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ issottometta 39 triq sabiex jiġu kkunsidrati taħt l-iskema ta’ Public Private Partnership.
Fażi 1; Triq Ħal Mula, Triq Ganni Bonnici, Triq l-Isqof Caruana, Triq Dun Luret Callus, Triq Mifsud Tommasi, Triq Dun Salv Trevisan, Triq it-Taqtigħa, Triq il-Fraxxnu, Triq in-Newl, Triq il-Watar, Triq il-Qoton, Triq il-Poeta Nazzjonali, Triq il-Fuqqanija, Triq Abraham Gatt, Triq Gulliermo Lorenzi, Triq l-Indipendenza, Triq Mamo, Triq Mula, Triq is-Siggiewi.
Fażi 2; Triq Anthony Aquilina, Triq Patri Pelagju Mifsud, Triq Ħal Dwin, Triq Pietru Buttigieg, Triq Ħal Sajd, Triq il-Mitħna, Triq Hali, Triq Luigi Fontana, Triq John Zammit,
Triq Karlu Gimach, Triq Prinċep Bażiliku, Triq Pawlu Debono, Triq Sidtna tad-Dawl.
Fażi 3; Triq il-Qamħ, Triq ix-Xgħir, Triq il-Kosbor, Triq l-Insiġ, Triq l-iskalora, Triq l-Għasir, Triq Santa Marija.
Id-Dipartiment s’issa approva t-toroq ta’ Fażi 1.
Infurmat li l-Kunsill Lokali iddetermina dawn il-fażijiet skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u l-ordni ta’ prijorita. Il-prijorita ġiet determinata fuq il-fatt ukoll li numru ta’ toroq f’ fażi 2 kienu inklużi f’ sejħa għall-offerti preċedenti li kien ħareġ il-Kunsill qabel it-tħabbir tal-iskema tal-PPP u li laħqet ġiet assenjata, iżda x-xogħol fuqhom ma kienx beda minħabba nuqqas ta’ ftehim bejn il-Kunsill u l-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma. Fuq dawn it-toroq il-Kunsill ħass il-bżonn li jingħata gwida fuqhom mid-Dipartiment peress li kienu diġa jaqgħu taħt tender ieħor u l-Kunsill ried jifhem jistax jagħmilhom xorta permezz tal-PPP u jwaqqa’ l-kuntratt eżistenti.
L-ittra ta’ applikazzjoni ghal PPP li bagħat il-kunsill kienet datata 22 ta’ Ġunju 2010, peress li din l-applikazzjoni ġiet emendata għal iktar minn darba ħalli jiġu nklużi toroq ġodda fihom.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20279 u 19548 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali rispettivament u issa ġew riferuti lilu u ċioe: B’referenza għall-iskall li hemm qrib il-Marina l-Imsida, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex is-sidien tad-dgħajjes ikunu jistgħu jibqgħu jtellgħu u jniżżlu d-dgħajjes tagħhom fil-baħar mingħajr xkiel, fl-inħawi quddiem il-Lucky Bar, billi minħabba li hemm ħafna karrijiet fin-nofs u speed boats mitfugħin għall-bejgħ qed jiġu mxekkla milli jagħmlu dan? Dan l-ilment qed jitressaq f’isem għadd ta’ sidien tad-dgħajjes Misidjani.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed ngħaddi l-ilment tal-Onorevoli Interpellant lill-Kunsill Lokali tal-Imsida sabiex il ħafna karrijiet fin-nofs u speed boats mitfugħin għall-bejgħ li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jiġu ikkontrollati permezz tal-infurzar neċessarju.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li bħalissa qed jagħmlu taħriġ biex ikunu jistgħu jidħlu fil-Forzi Armati ta' Malta? Meta hu mistenni li jerġa' jiddaħħal grupp ieħor kadetti biex eventwalment jidħlu jaħdmu fil-Forzi Armati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru l-aħħar testijiet mediċi sabiex sal-aħħar tas-sena jidħlu erbgħin rekluta ġdid mal-Forzi Armati ta’ Malta.
Fir-rigward tal-Uffiċjali Kadetti irrid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li grupp ta’ kadetti bdew is-sena taħriġ tagħhom fis-26 ta’ Lulju ta’ din is-sena. Sejħa oħra għal aktar Uffiċjali Kadetti hi mistennija li tiġi ppublikata fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla.
dilettanti tal-karnival li għadhom ma ħadux l-advance money
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex id-dilettanti tal-karnival għadhom ma ħadux l-advance money biex ikunu jistgħu jaħdmu l-karrijiet u b'hekk ikopru ftit mill-ispejjeż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din is-sena minħabba fatturi loġistiċi l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-Karnival ħarġu aktar tard mis-soltu, bil-konsegwenza li l-aċċettazzjoni tal-parteċipazzjoni ġiet komunikata fil-25 t’Ottubru 2010. il-parteċipanti għandhom sa nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru 2010 sabiex jikkonfermaw bil-miktub l-aċċettazzjoni tal-parteċipazzjoni. Il-proċess tal-ħlas tal-advance money ma jistax jibda qabel id-data msemmija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti ta' Ħal Safi fuq l-istallazzjoni ta’ radar kbir fil-barracks tas-suldati ġewwa Ħal Safi ? L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar naqset li tagħmel il-konsultazzjoni? Għaliex? Kien hemm xi oġġezzjoni mill-kunsill lokali ta’ Ħal Safi fuq l-istallazzjoni tar-radar?
Jista’ l-Prim Ministru jagħti informazzjoni fuq dawk il-kunsilli lokali li talbu xi forma ta’ devoluzzjoni ta’ siti matul l-aħħar sena? Min huma dawn il-kunsilli lokali u x’kienu l-proġetti li beħsiebhom iwettqu fuq dawn is-siti?
European Union Flood Directive — Msida - Triq il-Wied
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20217 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19443 dwar il-bini li twaqqa f'Triq il-Wied, Msida, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk Malta hiex timplimenta f'dan il-kuntest kif ukoll fil-kuntest tal-bini li jrid jitla' l-European Union Floods Directive?
Malta mhijiex imsemmija fir-rapport tal-European Environmental Agency
Question
JIsta' l-Prim MInistru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20254 u ċioe: Billi fir-rapport riċenti tal-European Environmental Agency m'hemmx referenza għal Malta dwar il-green house gas emissions, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan hux dovut għall-fatt li Malta s’issa m'għandhiex Kyoto targets jew għax it-tagħrif meħtieġ ma wasalx fil-ħin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rapporti ippubblikati dan l-aħħar mill-Aġenziji Ewropea dwar l-Ambjent (EEA) għandhom x’jaqsmu mall-progress li qegħdin jagħmlu dawk l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropeja li għandhom miri dwar tnaqqis jew limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra taħt il-Protokoll ta’ Kyoto. Peress li l-Protokoll ta’ Kyoto ma fihx miri applikabbli għal Malta, ma ssirx referenza għal Malta f’dawn ir-rapporti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa r-riċeviment li għamel fil-Girgenti nhar is-Sibt, 16 ta' Lulju 2010 fl-okkazzjoni tat-Trade Fair?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern, kull sena jorganizza riċeviment b’intenzjoni li jservi bħala attività fejn imprendituri u employers Maltin jkollhom opportunità ta’ networking flimkien.
Dan ir-riċeviment, li ilu jsir għal diversi snin, dejjem jiġi organizzat fil-perjodu tal-Fiera Internazzjonali ta’ Malta.
Barra l-imprendituri Maltin, jkunu mistiedna ukoll membri tal-parlament, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Opożizzjoni, Ambaxxaturi,
unions
u imsieħba soċjali, Diretturi Ġenerali,
Media
, Uffiċjali Għoljin Governattivi, Rappreżentanti mill-
Malta Enterprise
u oħrajn.
Ir-Riċeviment ta’ din is-sena (2010) sewa is-somma ta’ €28,938.64 u għalih kienu mistiedna mal-2000 persuna. Dan l-ammont jinkludi mhux biss il-
catering
iżda ukoll armar ieħor u loġistika oħra li jirrikjedi l-Palazz tal-Girgenti peress li l-attività saret hemm.
Dan ifisser li l-Gvern wera ir-rikonoxximent tiegħu lejn dawn l-imprendituri u l-
employers,
billi investa ras għal ras s-somma ta’ €14 kull persuna.
Jista' l-Prim Ministru jispjega lill-Kamra l-proċedura stabbilita fit-termini tar-regolamenti finanzjarji, il-proċedura dwar l-għoti ta' sponsorships lill-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-gvern, inkluż il-kunsilli lokali:
a) jekk kienx hemm entitajiet pubbliċi li għalihom qed issir referenza u kunsilli lokali matul il-perjodu 2006 sal-lum, ingħataw
sponsors
ta' kull xorta, inkluż dawk finanzjarji;
b) jekk fl-affermattiv, liema kienu x-xorta ta' sponsor u l-ammont f'termini finanzjarji, entità b'entità u kunsill b'kunsill;
ċ) jekk il-proċedura stabbilita kif spjegata ġietx segwita, jekk le, min kienu dawk li ma segwewx din il-proċedura u jekk ittieħdux passi neċessarji; d) jgħid ukoll l-iskop tal-sponsorship mogħti u jekk dawn stante li ħadd ma jagħti xejn għal xejn humiex marbuta ma' xi skop partikulari?
kunsilli lokali — ħlasijiet żejda għal xogħol żejjed
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kienx hemm kunsilli lokali li f'dawn l-aħħar tliet snin mill-2006 sal-lum, approvawx ħlasijiet żejda għal xogħol żejjed (extra work eċċ.) barra dawk li kienu indikati fil-kuntratt jew li kienu jagħmlu parti mill-istess kuntratt, eċċ.:
a) liema huma dawk il-kunsilli;
b) kemm kien il-ħlas dovut;
ċ) lil min tħallsu; u
d) ingħataw b'xi kwotazzjoni jew tender jew inkella b'direct order, f'kull każ x'kienet ir-raġuni?
kunsilli lokali — awdituri mqabbda mill-Awditur Ġenerali
Question
Jikkonferma jew jiċħad il-Prim Ministru li l-awdituri mqabbda mill-Awditur Ġenerali biex jeżaminaw l-andament u l-imġieba finanzjarja tal-kunsilli lokali sabu rregolaritajiet li jikkonċernaw pagamenti approvati u mħallsa minn kunsilli lokali lil diversi suppliers meta l-invoices relattivi kienu jew mhux kif għandhom ikunu jew mhux korretti billi, fost affarijiet oħra, ikunu indirizzati lill-entitajiet oħrajn u mhux lill-kunsilli? Jekk fl-affermattiv:
a) liema huma dawn il-kunsilli;
b) liema huma l-invoices li l-awdituri kienu qed jagħmlu referenzi għalihom fir-rapporti tagħhom;
ċ) l-ammonti ta' kull invoice;
d) jekk id-dipartimenti jirriżultalux li s-sindku jew xi kunsillier tal-kunsill involuti, għandu konnessjoni ma' dawk l-entitajiet li l-invoices kienu indirazzati lillhom; u
e) jekk ittieħdux passi jew hemmx xi ħsieb li jittieħdu?
Jidhirlu li dawn huma każijiet serji ħafna li jmorru kontra r-regolamenti finanzjarji u għandhom jittieħdu bl-aktar serjetà?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Mr Speaker.
Kunsilli lokali — multi mhux miġbura mit-Tribunali Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx kunsilli li għandhom multi mhux miġbura li t-Tribunali Lokali ddeċieda favur tagħhom? Liema huma dawn il-kunsilli? X'inhu l-ammont tal-multi mhux miġbura ta' kull kunsill lokali sena b'sena minn mindu waqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali?