Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 439 u jgħid kemm kien hemm penali u x'ammont ġew maħfura lill-persuni, kumpanniji mid-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 2007 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2008?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentri 438 u jgħid matul is-sena 2007 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2008 kemm kien hemm refunds mogħtija liċ-ċittadin mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dħul li kien ilhom pendenti għal ħafna snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 438.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali pendenti li d-Dipartiment tal-Finanzi għandu jħallas fuq kuntratti tax-xogħlijiet approvati mill-Istat sal-lum? Jista' jgħarrafni bil-breakdown ta' din iċ-ċifra bħal per eżempju, xogħlijiet fuq toroq, affarijiet mediċi, apparat, eċċ?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 346 u jgħid kemm-il każ kien hemm quddiem it-tax compliance unitli ġie konkluż fix-xhur ta' bejn Jannar 2008 u Marzu 2008, xahar b'xahar? Kemm kien l-ammont miġbur f'taxxa kull xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 346.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?
Jista’ l-Ministru jieħu l-miżuri kollha possibli sabiex jinforza r-regolamenti tal-Malta Standards Authority fejn klijent minflok jiddikjara li xtara d-dgħajsa mingħand l-manifattur jiddikjara li kien hu stess li bniha u dan sabiex jevita li jgħaddi mill-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ CE mark fuq id-dgħajsa?
Response (FENECH, TONIO)
L-AL 128 ta’ l-2005 jittrasponi d-Direttiva 94/25 EC. Din id-Direttiva Ewropeja minn dejjem kienet teskludi (madwar l-Ewropa kollha) milli wieħed jissottometti d-dgħajsa tiegħu għall-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni CE jekk din tkun ġiet maħduma speċifikament mill-persuna nnifisha u għall-u¿u tagħha; biss, meta tkun iddikjarata li saret taħt din id-deroga, imbagħad ma tistax tgħaddi għand terzi persuni qabel ma jgħaddu ħames snin: fi kliem ieħor tkun tista’ tinbiegħ biss bħala ”second hand” u mhux aktar bħala ġdida. L-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards, permezz tad-Direttorat għas-Sorveljanza fuq is-Suq, bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tas-Sajd u tal-Awtorita’ Marittima Maltija, qegħda ssegwi mill-qrib ir-reġistrazzjoni tad-dgħajjes li jaqgħu taħt l-AL 128 ta’ l-2005, u tara li ma jkunx hemm abbu¿ mill-imsemmija deroga. Ta’ min wieħed jgħid ukoll illi mill-1 ta’ Frar tal-2008, qed jiġu riveduti il-proċeduri interni kollha fl-Awtorita’ sabiex wieħed ikun jista’ jtejjeb l-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti.
PB237
Jista' l-Ministru jgħid tul is-sena 2007 u l-ewwel tliet xhur 2008 kemm kien hemm għaqdiet tal-persuni b'diżabilita' li ngħataw flus mill-Fond għall-Kawżi Ġusti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-għaqdiet tal-persuni b’diżabilita’ li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul is-sena 2007 huma 8, filwaqt li dawk li bbenefikaw mill-istess Fond matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2008 huma 3.
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Promozzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Dipartimenti, Kumpaniji u Entitajiet
Promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008
MFEI
7
Uffiċċju tat-Taxxi Interni
10
Treasury
5
Kuntratti
1
VAT
6
Taqsima tad-Dwana
83
Malta Enterprise
9
Malta Standards Authority
1
Consumer and Competition Division
9
Government Property Division
13
Diviżjoni għall-Kummerċ
5
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul dovut lill-gvern minn fuq bejgħ tal-proprjeta' ta' l-istat għas-sena 2007? Kemm minn din iċ-ċifra tħallset diġa'?
Response (FENECH, ANTONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul dovut lill-gvern minn bejgħ tal-proprjeta' ta' l-istat għas-sena 2007 kien ta’ Eur 12,914,113 (Lm 5,544,029) u minn din iċ-ċifra diga' tħallsu Eur 12,564,707 (Lm 5,394,029).
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet kontra ħlasijiet ta' l-incometax li tax payers lokali fil-mument irreġistraw mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni? Kemm fil-fatt huwa l-valur f'ċifra ta' flus globali li taxpayers lokali qed joġġezjonaw li jħallsu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet kontra ħlasijiet tat-taxxa tal-VAT li tax payers lokali fil-mument irreġistraw mal-Kummissarju tal-VAT?
Kemm fil-fatt huwa l-valur f'ċifra ta' flus globali li t-tax payers lokali qed joġġezzjonaw li jħallsu?
Response (FENECH, ANTONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għall-finijiet ta’ l-Att XXIII ta’ 1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, ‘taxxa’ tfisser it-taxxa fuq il-valur miżjud li għandha titħallas skond l-Att iżda ma tinkludix penali amministrattivi jew imgħax. Oġġezzjonijiet kontra t-taxxa tal-VAT ma jsirux mal-Kummissarju tal-VAT, imma jsiru permezz ta’ Appell kontra stimi lill-Bord ta’ l-Appell hekk kif indikat fid-Disa’ Skeda ta’ l-istess Att.
L-oġġezzjonijiet li jirċievi l-Kummissarju tal-VAT jirrigwardjaw penali amministrattivi. In-numru ta’ oġġezzjonijiet irreġistrati fil-mument mal-Kummissarju tal-VAT dwar penali amministrattivi jammontaw għal 146. Il-valur f’ċifra ta’ flus globali li tirriżulta minn dawn l-oġġezzjonijiet ma tistax tingħata għax din tiġi stabbilita’ fil-mument li tkun qed tiġi trattata l-oġġezzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'ċifra ta' flus globali li ħallsu t-tax payers lokali f'multi u penali maħruġa mill-VAT Department kontra irregolaritajiet li twettqu matul is-sena 2007?
Jista' jgħarrafni bis-sitwazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?
Response (FENECH, ANTONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li fil-liġi tal-VAT jeżisti l-provvediment ta’ l-approprijazzjoni, kull ammont ta’ ħlas li jsir mit-taxpayers għal xi perjodu jista’ jiġi allokat għall-perjodu jew perjodi ta’ qabel li dwarhom ikun għad hemm xi bilanċ.
Dan isir billi l-ewwel jinqatgħu l-interessi, wara l-multi u fl-aħħarnett it-taxxa.
Għaldaqstant, m’hux teknikament possibbli li tingħata din l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas tal-gvern f'ċifra ta' flus globali li skond ir-records tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni jridu jitħallsu lura lit-tax payers lokali?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas tal-Gvern f'ċifri ta' flus globali li skond ir-records tad-Dipartiment tat-Taxxa tal-VAT iridu jitħallsu lura lit-tax payers lokali?
Response (FENECH, ANTONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skond ir-rekords tad-Dipartiment tal-VAT iċ-ċifra ta’ krediti mitluba fid-denunzji tat-taxxa sal-21 ta’ Mejju 2008 hija ta’ € 51,525,364.52 (Lm22,119,838.99).
Dawn il-krediti ta’ taxxa jsiru dovuti mid-Dipartiment tal-VAT lill-persuna reġistrata matul il-ħames xhur li ġejjin skond artikolu 24 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Valur Miżjud. Madankollu, dawn il-krediti jistgħu jiġu utilizzati mill-persuna reġistrata sabiex titnaqqas taxxa dovuta minn issa ‘l quddiem skond l-artikolu 23 ta’ l-istess Att.
Għaldaqstant, sal-21 ta’ Mejju 2008, id-Dipartiment tal-VAT kien ħallas l-ammont kollu ta’ kreditu eċċessiv li kien dovut sa dak in-nhar lill-persuni reġistrati.
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Reduced Hours
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment/entitajiet/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma fuq reduced hours? Jista' jgħid hux jikkonsidra li jidħol/jew jiżdied n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ li kien hemm quddiem it-tax compliance unit ġie konkluż fix-xhur Jannar 2008 sa Marzu 2008, xahar b'xahar? Kemm kien l-ammont miġbur f'taxxa kull xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Tax Compliance Unit ikkonkluda 19-il każ b’kollox bejn Jannar u Marzu 2008, maqsumin hekk: Jannar – 10; Frar – 3; Marzu – 6.
Iż-żjieda fl-
income
għal dawn it-tliet xhur rispettivament kienet: €2,764,302 (Lm1,186,715); €2,838,677 (Lm1,218,644); €267,682 (Lm114,916). Total ta’ €5,870,661 (Lm2,520,275).
Din tissarraf f’żjieda ta’ taxxa totali ta’ €1,427,528 (Lm612,838) maqsuma hekk rispettivament: Jannar – €532,630 (Lm228,658); Frar – €801,208 (Lm343,959); Marzu – €93,689 (Lm40,221). Dawn il-figuri ma jinkludux it-taxxa addizzjonali (multi) u l-imgħaxijiet dovuti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul totali tal-Gvern f'taxxi fix-xhur Ottubru, Novembru, Diċembru 2007 u Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (FENECH, TONIO)
"Id-dħul totali tal-Gvern f'taxxi fix-xhur imsemmija kien:
Ottubru 2007 € 180,926,732
Novembru 2007 € 143,973,645
Diċembru 2007 € 331,707,778
Jannar 2008 € 120,569,156
Frar 2008 € 111,916,478
Marzu 2008 € 137,342,471
Din l-informazzjoni tiġi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern."
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri amministrattivi se jittieħdu biex tkun tista' tinħadem r-riforma fil-qbiela tar-raba' kif spjegat fl-indirizz tal-President li ma jkunx hemm dewmien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif tħabbar diġa mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fil-Parlament, inħatar working group minn uffiċjali mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura u oħrajn mit-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern biex jagħtu parir lill-Gvern fuq dan is-suġġett.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11 u jieħu l-miżuri kollha possibli sabiex jinforza r-regolamenti tal-Malta Standards Authority fejn klijent minflok jiddikjara li xtara d-dgħajsa mingħand l-manifattur jiddikjara li kien hu stess li bniha u dan sabiex jevita li jgħaddi mill-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ CE mark fuq id-dgħajsa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11.
Jista' l-Ministru jitlob lill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jgħid kemm kien l-ammont ta' prodotti agrikoli, kemm fi ħxejjex u frott kif ukoll prodotti ta' nbejjed li nġiebu lejn Malta minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea minn April tas-sena 2007 sa l-aħħar ta' April 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ prodotti agrikoli, kemm fi ħxejjex u frott kif ukoll prodotti ta’ nbejjed li nġiebu lejn Malta minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea minn April tas-sena 2007 sa l-aħħar ta’ April 2008 huwa kif jidher fiż-żewġ tabelli mqegħda fuq il-mejda tal-Kamra It-tabelli juru l-pajjiż, l-HS Code, il-prodotti, il-valur u l-kwantita’. Il-figuri huma proviżorji.