Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #20688 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Ċentrali — ċentri urbani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-Gvern Ċentrali fit-tisbiħ taċ-ċentri urbani u xogħlijiet f'żoni rurali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li ħdax-il Kunsill Lokali iffirmaw il-kuntratti mal-Aġenzija tal-Pagamenti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali (MRRA) sabiex ikunu jistgħu jibdew jagħmlu użu mill-finanzjament Ewropew li kisbu mill-Miżuri 313 u 323 taħt il-Pjan ta’ Żvilupp Rurali. Seba’ Kunsilli Lokali Maltin u ħamsa Għawdxin se jkunu qed jiksbu bejniethom 4.8 miljun ewro u permezz ta’ dawn il-fondi se jkunu jistgħu jwettqu numru ta’ proġetti bil-għan li jirrestawraw u jtejbu l-infrastruttura rurali. Fost il-proġetti hemm ir-restawr u t-tisbiħ tar-raħal medjevali ta’ Ħal Millieri, ir-restawr ta’ katakombi u xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija f’Ħal Kirkop, it-tindif tal-widien tal-Mosta, ir-restawr tal-Kappella ta’ San Dimitri fl-Għarb, u r-restawar ta’ kilometri ta’ ħitan tas-sejjieħ fil-kampanja madwar Malta u Għawdex. Miżura 313 titratta titjib fil-kwalità ta’ ħajja fi nħawi rurali u diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali. Din il-miżura għandha l-għan li tħeġġeġ l-iżvilupp sostennibbli u l-użu effiċjenti tar-riżorsi rurali għall-qasam turistiku. Taħt il-Miżura 313, ħames Kunsilli Lokali se jkunu qed jieħdu total ta’ 1,920,000 miljun ewro bejniethom. Il-Miżura 323 titratta konservazzjoni u titjib fil-livell tal-wirt rurali. L-għan tagħha hu li ttejjeb il-kwalità ta’ ħajja fi nħawi rurali billi jissaħħaħ il-pajsaġġ li joffru il-gżejjer Maltin. Din il-miżura tgħin f’investimenti bħall-konservazzjoni, restawr u titjib tal-livell tal-wirt naturali u fiżiku. Taħt il-Miżura 323, tnax-il Kunsill Lokali se jkunu qed jieħdu 2,846,000 ewro. Il-ħames Kunsilli Lokali li gawdew mill-Miżura 313, gawdew ukoll mill-Miżura 323. Is-seba’ Kunsilli Lokali Maltin li gawdew minn dawn il-fondi se jieħdu 2,223,000 ewro. Il-ħames Kunsilli Lokali Għawdxin se jieħdu 1,676,000 ewro. It-tabella li jmiss tagħti indikazzjoni ta’ x’jinvolvu l-proġetti li se jkunu qed jitwettqu mill-Kunsilli Lokali permezz ta’ dawn il-fondi. Kunsill Lokali Deskrizzjoni tal-Proġett Miżura Fondi Ewropej Ħal Kirkop Permezz tal-fondi se tissebbaħ Pjazza Żernieq, se jsir xogħol ta’ konservazzjoni u t-tisbiħ ta’ katakombi paleo-kristjani, filwaqt li se tkun preżervata l-mogħdija tal-Imtalli. 313 + 323 €800,000 Ħad Dingli Se jsir restawr ta’ postijiet storiċi u se jittejjeb l-aċċess għal dawn l-istess postijiet. Ir-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ se jwassal biex ma tkomplix tintilef aktar ħamrija. Se tinħoloq heritage trail madwar ir-raħal. Dan kollu għandu jwassal għall-ħolqien ta’ impjiegi. 313 + 323 €437,000 Il-Munxar Se tinħoloq heritage trail partijiet mill-Munxar u x-Xlendi b’numru ta’ servizzi li jiffaċilitaw it-turiżmu fil-kampanja. Barra minn hekk se jsir restawr fuq il-Mitħna sotteranzja ta’ emerġenza fix-Xlendi li hi l-unika waħda tax-xorta tagħha f’Għawdex. 313 + 323 €401,000 Iż-Żurrieq Se jsir tisbiħ ġenerali fl-inħawi li jwasslu sa Ħal Millieri, raħal medjevali li jinsab fil-limiti taż-Żurrieq. Partijiet mit-toroq li jwasslu sa Ħal Millieri se jsiru mill-ġdid filwaqt li z-zuntier s-Salib tad-Dejma u z-zuntier tal-Kappella ta’ San Ġwann se jkunu restawrati. L-għan hu li jkun preżervat dan il-wirt storiku uniku u li jattira lejh aktar turisti. 313 + 323 €385,000 Il-Mellieħa Se jsir proġett ta’ agro-turiżmu sostenibbli fiz-zona ta’ Selmun u l-Imġiebaħ. L-għan hu li dawn l-inħawi jingħataw id-dehra kif kienu mijiet ta’ snin ilu. Se jinbnew mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ, se ssir heritage trail ġdida, numru ta’ irziezet se jinbidlu f’centri ta’ interpretazzjoni, u se jsir restawr ta’ pill-boxes ta’ żmien il-gwerra. Biex isir il-proġett hemm sitt applications quddiem il-MEPA. 313+323 €875,000 Il-Mosta Se jsir pjan għall-immaniġġjar ta’ Wied il-Għasel u Wied Ganamu. Il-widien se jitnaddfu u se jkunu restawrati. Se tinbena mogħdija biex tgħaqqad iż-żewġ widien flimkien . Se jsir ukoll restawr fuq il-pont tal-Isperanza. 323 €393,000 San Lawrenz Se jsir it-tisbiħ tal-pjazza, ir-restawr ta’ diversi sqaqien fil-qalba tar-raħal. Dan kollu għandu jgħin biex San Lawrenz joffri esperjenza mill-aktar rurali lill-viżitatur. 323 €717,000 L-Għarb Se jsiru ħames investimenti differenti. Ir-restawr tas-Salib li sar fl-1753; ir-restawr tal-Kappella ta’ San Dimitri u tal-Kappella taż-Żejt; ir-restawr ta’ pont antik; u r-restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ li jwasslu għal dawn il-proġetti. 323 €486,000 Ta’ Sannat Il-proġett jinkludi r-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ bil-għan li jkunu preżervati l-inħawi rurali fil-limiti tar-raħal u b’hekk ikunu attirati aktar viżitaturi u turisti. 323 €43,000 Birżebbuġa Se jkun irranġat u faċilitat l-aċċess għall-bdiewa u r-raħħala fl-egħlieqi tagħhom. Se jkunu restawrati wkoll il-ħitan tas-sejjieħ fil-Brolli, f’Ta’ Sansajna, f’Wied il-Qoton u f’Borġ in-Nadur. 323 €34,000 Il-Qala Se jsir bini ta’ ħitan tas-sejjieħ fil-kampanja madwar il-lokalita’. Ir-raba’ kienet devoluta lill-Kunsill Lokali biex tkun trasformata f’ picnic area . 323 €29,000 L-Iklin Il-ħitan tas-sejjieħ fl-inħawi tal-Kappella San Mikiel, fi Triq ir-Razzett l-Aħmar u fi Triq Erin Serracino Inglott se jkunu restawrati. 323 €174,000 Skemi ohra li hareg il-Gvern Centrali kienu s-sejha ta' 2 miljun euro mill-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea ghat-titjib taz-zoni urbani kif ukoll programm iehor tal-UE Leader Plus b’vot ta’ €4 miljuni ghall- titjib taz-zoni rurali Skemi ohra li nhargu biex jassistu l-izvilupp u t-tishih tal-prodott fil-lokalitajiet ta’ Malta u Ghawdex huma elenkati kif gej: Isem tal-Iskema Kunsilli Lokali li gawdew Fondi aġġudikati Finanzjament għal-Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali 25 €538,000 Finanzjament għal-Lokalitajiet Sostenibbli 7 €160,000 Finanzjament għal Proġetti Speċjali f’Lokalitajiet Żgħar 14 €240,000 Ko-Finanzjament għall-Proġetti tal-UE 12 €327,109 Proġetti Pilota għat-Toroq 3 €1.3 miljun Finanzjament għar-Restawr ta’ Postijiet Storiċi Żgħar 20 €156,000 Għajnuna lill-Kunsilli Lokali li jkunu involuti fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet mill-Gvern fuq skala nazzjonali 22 €193,400 Public-Private Partnership fuq toroq 26 €1.4 miljun Wi-FI Access Points 68 €34,140
Leg 11 PQ #20689 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Ċentrali — aċċessibilità ta' postijiet pubbliċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-Gvern Ċentrali biex iżidu l-aċċessibilità ta' postijiet pubbliċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema dwar Aċċessibilità Aħjar fil-Lokalitajiet. Din l-iskema ħarġet permezz ta’ Memo 24/2009 u Memo 7/2010 li kopja tagħhom intbgħatet lilu bħall-kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Permezz ta’ din l-iskema, għas-sena 2009 38 Kunsill applikaw u ġew allokati € 246,784.10 biex isiru 25 proġett ta’ titjib fl-aċċessibilità. Għas-sena 2010 daħlu 38 applikazzjoni u dawn għadhom qed jiġu evalwati. Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern għall-aċċessibilità massima kullimkien.
Leg 11 PQ #20690 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

gvern ċentrali — skema ta' proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-gvern ċentrali fit-twettiq bl-iskema ta' proġetti f'lokalitajiet żgħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema ta’ Finanzjament għal Proġetti Speċjali f’Lokalitajiet Żgħar. Din l-iskema ħarġet permezz ta’ Memo 27/2010 li kopja tagħha intbgħatet lilu bħall-kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Kien hemm 33 applikazzjoni għal din l-iskema u il-Gvern qassam € 240,000 biex isiru 15 il-proġett. Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern li jgħin dawn il-lokalitatjiet iż-żgħar.
Leg 11 PQ #20691 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern ċentrali — enerġija alternattiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-gvern ċentrali biex jinvestu f'enerġija alternattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema dwar Enerġija Alternattiva . Dawn l-iskemi ħarġu permezz ta’ Memo 38/2008 u Memo 10/2010 li kopja tagħhom intbgħatet lilu bħall-Kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Għas-sena 2009 kien hemm 33 applikazzjoni minn Kunsilli Lokali. Il-Gvern qassam € 314,900 biex isir 27 proġett. Għas sena 2010 daħlu 65 applikazzjoni li għadhom qed jiġu aġġudikati. Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern dwar enerġija alternattiva fil-lokalitajiet kollha tagħna.
Leg 11 PQ #20966 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Esportazzjoni ta' Patata

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18815 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u mistoqsijiet parlamentari 18194 u 17910 li saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u ċioe: b'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17474, jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli li jiġbor l-istatistika u l-informazzjoni ġaladarba ma tinġabarx mid-Direttorat tal-Agrikoltura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18194.
Leg 11 PQ #20968 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żejtun — Housing Estate ta' Ganza - inkonvenjent tat-trasport

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20722 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20482 u ċioe: Peress li bosta residenti Żwieten qed jilmentaw mill-fatt li kumpannija ewlenija fit-trasport f'pajjiżna, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u li qed toħloq inkonvenjent f'żona residenzjali 'l isfel mill-Housing Estate Ta' Ganza fiż-Żejtun stess, jista' l-Prim Ministru jgħid x'alternattivi hemm biex dan l-inkonvenjent ma jibqax? Jista' jgħid ukoll jekk dan il-kuntrattur ġiex avviċinat biex jinstabu alternattivi minn fejn jista' jaħdem mingħajr ma jkun ta' inkonvenjent għal xi residenti? X'kienu dawn l-alternattivi jew soluzzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant issottometta zewg applikazzjonijiet li jinsabu barra l-limiti ta' zvilupp. Wahda mill-applikazzjonijiet hija PA 3240/08 li giet rifjutata fit-30 ta' Gunju 2010, fejn kien propost kostruzzjoni ta' garaxxijiet ghal coaches sabiex jigu rilokati minn Triq il-Kastellan ghal Triq Bormla, fiz-Zejtun. L-istess proposta regghet saret, din id-darba fi Triq Birzebbuga, f'Hal Ghaxaq, f'applikazzjoni PA 231/10 li ghadha pendenti wara li s-smiegh taghha gie diferit fuq talba tal-perit tal-applikazzjoni.
Leg 11 PQ #21139 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

banda tal-armata — performances f'postijeit turistiċi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17446 dwar il-possibilità li l-banda tal-armata tibda twettaq displays/performances regolari f'postijiet ta' importanza turistika, b'mod partikolari fix-xhur tas-sajf, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt sarux diskussjonijiet partikolari biex dawn il-performances jibdew isiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li saru kuntatti bejn l-awtoritajiet ta’ l-Armata u s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu sabiex ikunu jistgħu jittellgħu programmi mużikali f’postijiet turistiċi matul is-Sajf li għadda li iżda minħabba numru kbir ta’ mpennji li kellha l-Banda matul dan iż-żmien ma kienx possibbli li jitfassal programm għal dan il-għan. Madankollu qed isiru sforzi sabiex għas-sena d-dieħla jitħejja programm minn qabel li jkun jista’ jidħol fil-kalendarju annwali tal-banda tal-FAM.
Leg 11 PQ #21140 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — laqgħat formali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-MEUSAC tistax tikkoordina laqgħa/laqgħat formali għall-kategoriji differenti ta' għaqdiet sportivi biex jiġu spjegati lilhom il-possibilitajiet differenti ta' għajnuna li dawn l-għaqdiet jistgħu jakkwistaw permezz ta' skemi apposta u b'mod partikolari jekk hemmx skemi għall-iżviluppi infrastrutturali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-MEUSAC jorganizza laqgħat ma’ kull entità li hi interessata li jkollha tagħrif dwar il-possibilitajiet differenti ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea għajnuna li dawn l-għaqdiet jistgħu japplikaw għalihom. Seminars u laqgħat siili għal kategoriji partikolari jiġu organizzati mill-MEUSAC skont is-sejħat li jiru mill-UE jew mill- Managing Authorities li jamministraw il-fondi tal-UE f’Malta. Jista’ jkun il-każ li laqgħat ta’ informazzjoni jiġu organizzati mill-entitajiet responsabbli bħal managing authorities jew national contact points . Għalhekk qed ngħaddi dan is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant lill-MEUSAC biex meta joħorġu sejħat għal skemi apposta għal kategoriji differenti ta’ għaqdiet sportive kif qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, jara huwiex il-każ li jsiru laqgħat għal dawn il-kategoriji flimkien mal-entitajiet responsabbli.
Leg 11 PQ #21174 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

xogħlijiet fuq proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20474 u 19786 li oriġinarjament saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x'kienet l-ispiża li ntnefqet matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena b'mod separat f'xogħlijiet fuq dawn il-proġetti: a) promenade ġdida f'San Pawl il-Baħar; b) ġnien u heritage trail f'Pembroke; u ċ) visitor attraction fil-Qawra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-proġetti msemmija, fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, ma kienx hemm spejjeż f’xogħolijiet. Fil-fatt ix-xogħol fuq il-promenade ġdida f’San Pawl il-Baħar ser jibda f’Novembru, xogħol tekniku fuq is-cycle/walking trail ta’ Pembroke beda f’Ottubru u t-tender għal visitors attraction fil-Qawra huwa maħsub li ser ikun konkluż f’Novembru/Diċembru 2010.
Leg 11 PQ #21191 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratt ta' pubbliċità

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20708, 20434 u 19748 u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21192 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Fond f'San Ġiljan

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20709, 20390 u 20237 u jispeċifika x'inhu awtorizzat li jiġi ġestit kummerċjalment skont il-permit tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-fond ġo Sliema/San Ġiljan li l-informazzjoni dwaru qed tingħata separatament? Jista' jispeċifika jekk il-mużika hijiex permessa li tindaqq fl-istess fond u jekk iva, x'inhuma l-limitazzjonijiet mposti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u mil-Licencing Department?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward is-sit f'40 Triq il-Kbira San Giljan (Villa Cassar Torregiani) li taghmel parti mill-izvilupp ta' hotel kopert mill-permess PA 4463/2002, l-uzu permessibli huwa ta' klassi 6 (restaurant), b'ecezzjioni ta' kamra fil-livell terran (b'access separat) li ghanda permess ta' klassi 4 (hanut). Il-klassijiet kwotati huma skond AL 53/94. Il-permess ta' daqq ta' muzika ma taqax taht il-kompetenza tal-MEPA. Il-permess li tindaqq mużika amplifikata jinħareġ mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu skont regolament 12 ta’ A.L. 175 tal-2004. Il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-daqq tal-mużika amplifikata jinsabu f’regolament 38 ta’ l-A.L. 1 tal-2006. Is-sit f’40 Triq il-Kbira San Ġiljan (Villa Cassar Torreggiani) mhux kopert b’permess li tindaqq mużika amplifikata. Il-puluzija huma nfurmati bil-każ .
Leg 11 PQ #20679 Sitting 279 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2011 — sisa fuq is-siment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu nvoluti meta fid-diskors tal-Budget 2011 ġie rappuratat li se tiddaħħal sisa ta' €9 fuq kull tunnellata siment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mhux ser ikun hemm involviment tal-kunsilli lokali sabiex tiġi implimentata din il-miżura.
Leg 11 PQ #20684 Sitting 279 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn fondi speċjali biex jitwettqu proġetti fl-interess tar-residenti tagħhom? X'kienu dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20466.
Leg 11 PQ #20685 Sitting 279 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — fondi għall-Attivitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn fondi speċjali sabiex jorganizzaw attivitajiet partikolari li bihom jiġbdu viżitaturi? X'kienu dawn l-attivitajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20466.
Leg 11 PQ #21134 Sitting 279 2010-11-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Industrial Estate tal-Ħandaq — xogħlijiet meħtieġa fuq triq li tagħti għal Ħal Qormi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20788 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi neċessarji biex issir il-kordinazzjoni meħtieġa ħalli x-xogħol meħtieġ f'din it-triq li jservi biex tgħaqqad l-Industrial Estate tal-Ħandaq mat-toroq prinċipali ta' Ħal Qormi tiġi msewwija kif suppost minħabba l-ħsarat estensivi li saru fil-wiċċ tat-triq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nieħu nota tas-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant u ser nitlob lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali sabiex jgħadduh lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi.
Leg 11 PQ #20617 Sitting 278 2010-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — prijorità lill-lokalitijiet għall-parkeġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20105 u jgħid x'tip ta' miżuri l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tagħti prijorità lil-lokalitajiet fejn il-parkeġġ huwa l-aktar diffikultuż u liż-żoni kummerċjali f'Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20618 Sitting 278 2010-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — ħidma fil-qasam soċjali u l-ħarsien tal-identità

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20098 u jgħid b'liema mod l-kunsilli lokali impenjaw ruħhom f'ħidma fil-qasam soċjali u fil-ħarsien tal-identità lokali din is-sena? X'tip ta' għajnuna ta l-Gvern ta' Malta f'dawn l-oqsma din is-sena? X'għamel kull kunsill din is-sena f'dawn l-oqsma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20098, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #20626 Sitting 278 2010-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20095 u jgħid liema huwa dawk il-kunsilli li organizzaw attività kulturali fil-lokalità tagħhom din is-sena? X'kien it-titlu ta' kull attività? Meta saret dik l-attività? Kemm ġiet tiswa dik l-attività? Kemm ħareġ il-gvern ta' Malta għal dik l-attività? Kemm ħareġ il-kunsill għal dik l-attivà?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20095 u qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #20627 Sitting 278 2010-11-08 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — konfini tas-slip road

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20082 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7617, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex it-taraġ li huwa inkluż fl-iskema tal-Awtorità mal-konfini tas-slip road fid-direzzjoni għal San Ġiljan u skont Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta' Malta għandu jiġi mibni mill-iżviluppatur, isir illum qabel għada wara li ż-żona ilha li nbniet u t-taraġ għadu ma sarx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.