In vista tal-fatt illi huwa previst li l-prezz internazzjonali taż-żejt qed jogħla u se jibqa' jogħla fil-futur qarib u kif ukoll minħabba li hemm previżjoni li anke l-prezzijiet ta' ċereali u qmugħ se jkompli jogħla, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri prekawzjonali se jieħu l-gvern biex inaqqas jew ixejjen l-impatt ta' din iż-żieda fuq l-ekonomija Maltija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fid-dawl taż-żidiet straordinarji fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt kif ukoll ta’ diversi prodotti tal-ikel, fl-aħħar Budget, il-Gvern ta’ żieda antiċipata għall-għoli tal-ħajja ta’ EUR2.33 (Lm1) għas-sena 2008.
Il-Gvern qiegħed isegwi b’mod mill-qrib ħafna l-aħħar żviluppi fil-prezzijiet internazzjonali ta’ dawn il-prodotti. Speċifikament il-Gvern qiegħed jeżamina s-sitwazzjoni kif qiegħda tevolvi sabiex jara li dawk l-aktar vulnerabbli finanzjarjament fis-soċjeta’ tagħna ma jsofrux b’mod disproporzjonat minn dawn l-iżviluppi li qegħdin iseħħu barra minn xtutna.
Il-Gvern qiegħed jara wkoll li ċ-ċaqliq fil-prezzijiet domestiċi qiegħdin jirrispondu b’mod ġust għal dawn ix-xokkijiet. Fil-fatt l-Uffiċju tal-Kompetizzjoni Ġusta qiegħed ikun attiv iktar minn qatt qabel sabiex jiżgura li s-swieq lokali qegħdin jaħdmu sewwa sabiex ma jkollniex inflazzjoni żejda.
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Assigurazzjoni Privata
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument liema huma d-dekasteri, dipartimenti u entitajiet li għandhom xi forma ta' Assigurazzjoni Privata (Private Insurance) għall-vetturi, bini, apparat, pitturi, eċċ? Kemm huwa l-ħlas globali f'ċifra ta' flus li qed titħallas għal dawn l-assigurazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2007 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2008 kemm kien hemm refunds mogħtija liċ-ċittadin mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dħul li kien ilhom pendenti għal ħafna snin?
Billi l-formula li fuqha jinħadem ir-retail price index ilha stabilita' mhux ħażin, jitsa' l-Ministru jara jekk wasalx iż-żmien li din il-formula tiġi riveduta biex jieħu in konsiderazzjoni r-realtajiet moderni?
Jekk diġa' sar xi studju dwar dan, jista' jagħti tagħrif dwar x'konklużjonijiet ħarġu minn dan l-istudju?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-aħħar weighting frame tal-RPI ġie introdott fis-sena 2002. Essenzjalment, dan il-weighting frame hu msejjes fuq l-aħħar Household Budgetary Survey (HBS) li beda fis-sena 2000 u spiċċa fis-sena 2001. Fil-preżent għaddej HBS ieħor sabiex, fejn ikun hemm bżonn, nibdlu il-weighting frame eżistenti b’wieħed li jirrifletti aħjar il firxa ta’ l-ispejjes fuq oġġetti ta’ konsum u servizzi tal-familji Maltin.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 181 u 363 u cioe': Billi f'intervista ma' ġurnal lokali l-Ministru diġa' ndika t-tibdil mistenni dwar it-taxxa fuq reġistrazzjoni tal-karozzi kif wkoll li idealment kien jippreferi li kieku s-sistema kellha tibqa' l-istess, jista' għall-benefiċċju kemm tal-bejjiegħa tal-karozzi kif wkoll tal-konsumaturi jagħti ndikazzjoni ta' x'wieħed għandu jistenna f'dan ir-rigward, flok jħalli lil kulħadd mdendel sakemm jiġi ppubblikat il-pre-budget consultation document aktar minn xahar u nofs ieħor? Jikkonferma l-Ministru li x'aktarx li l-piż finali fuq il-konsumatur u d-dħul tal-Gvern mistenni jibqa' xi ftit jew wisq l-istess anke wara li jiġi fis-seħħ dan it-tibdil? Għaliex fil-manifest elettorali ma ngħata ebda ħjiel dwar dan kollu meta l-manifest tkellem biss dwar il-ħtieġa li tinbidel it-taxxa fuq il-karozzi?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 210 u 475 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Inland Revenue
3 (sat-8 ta’ Marzu 2008 u mit-8 ta’ Marzu sal-lum)
Malta Financial Services Authority
1 (sat-8 ta’ Marzu 2008 u mit-8 ta’ Marzu sal-lum)
MFEI
NIL
Malta Standards Authority
NIL
Consumer and Competition Division
NIL
National Statistics Office
NIL
Privatisation Unit
NIL
Notary to Government
NIL
Malta Industrial Parks
NIL
Treasury Department
NIL
Tax Compliance Unit
NIL
Malta Enterprise
NIL
Commerce Division
NIL
Financial Intelligence Analysis Unit
NIL
Contracts
NIL
Malta Stock Exchange
NIL
National Euro Changeover Committee
NIL
Economic Policy Division
NIL
Customs Division
NIL
VAT Department
NIL
Government Investments
NIL
Central Bank of Malta
NIL
Lands Department
NIL
Lotteries and Gaming Authority
NIL
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 298, peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għall-iskopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inklużi dawk tal-VAT, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet simili oħrajn jiġu eżentati mill-ħlas tal-VAT jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 298
Jista' l-Minstru jgħid fhiex wasal il-proċess tar-rekwizzjoni ta' art li tmiss ma' Triq iz-Zahar, f'H'Attard li minħabba fiha ma tistax tiġi asfaltata din it-triq b'konsegwenza li r-residenti qed ibatu minn ħafna inkonvenjenzi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima tal-Proprjeta tal-Gvern qegħda tistenna li l-fondi neċessarji jiġu trasferiti lilha mill-Awtorita’ dwar it-Trasport, biex tkun tista’ tiffinalizza l-proċeduri neċessarji.
B'riferenza għall-misoqsija parlamenmtari 125, jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-kampanja ta' tagħrif dwar l-introduzzjoni ta' l-Ewro u jagħti break down ta' l-ispejjeż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn din l-ispiża wieħed irid inaqqas il-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea favur il-Kampanja ta' Informazzjoni li tammonta għall €580,000 u għadd ta' sponsorships oħrajn li nkisbu mill-NECC.
Service
Amount
Amount
(Lm)
(€)
Excluding VAT
Excluding VAT
Advertising - Print
216,026.78
503,207.03
Advertising - TV
380,292.69
885,843.68
Advertising - RADIO
56,843.89
132,410.65
Advertising - Internet
4,500.00
10,482.18
Website - Pricewatch (Including CMS)
7,106.95
16,554.74
Production and Printing Cost
226,402.41
527,375.75
Distribution
38,964.26
90,762.31
Public Affairs
88,221.01
205,499.67
Promotional Material
101,269.49
235,894.46
Outdoor Marketing
67,599.77
157,465.11
TOTAL
1,187,227.25
2,765,495.57
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkwilini li kellhom il-ħwienet tagħhom fl-Mġarr Harbour u li kellhom il-kirja tagħhom terminata minħabba l-proġett tat-terminal tal-Mġarr, dawn sejjer jingħataw garage mill-ħamsa li hemm vojta wara li nbnew ġodda biex jużawh għal skopijiet tal-kummerċ, bħalma dawn l-individwi kienu jeżerċitawh qabel? Dan anke, in vista, tal-policy tal-Gvern maħruġa fl-1/8/2001 dwar id-disposal of non-residential government property through letting. reletting amd emphytheutical concessions.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, peress li l-iżvilupp li sar fil-port tal-Imġarr Għawdex sar kollu mill-Awtorita’ Marittima ta’ Malta, u peress li l-imsemmija Awtorita’ għada m’ghaddiet l-ebda parti mill-proprjeta’ in kwistjoni lit-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern, din it-Taqsima mhix f’posizzjoni li tikkunsidra talbiet sabiex il-garaxxijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jingħataw bħala alternattiva lil xi terza parti.”
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 352 u jgħid kemm kien id-dħul totali tal-Gvern f'taxxi fix-xhur Ottubru, Novembru, Diċembru 2007 u Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 352.
Jista' l-Ministru jgħid kemm naqsu d-depożiti tal-Gvern fil-Bank Ċentrali (inkluż Sinking Funds) bejn Diċembru 2007 u April 2008?
Jekk dawn naqsu, kif utilizzahom il-Gvern fl-istess perijodu?
Kemm għandu depożitu mal-banek kummerċjali l-Gvern?
Jista' jgħid kemm kien hemm depożiti f'Diċembru 2007 u f'April 2008?
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ġiex ikkummissjonat audit indipendenti mill-Unjoni Ewropea dwar is-sistema tat-tendering preżenti? Jekk iva, x'kien l-eżitu ta' dan l-audit? Jista' jqiegħed kopja fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq nikkonferma li ġie kkumissjonat audit indipendenti mill-Unjoni Ewropeja dwar is-sistema tat-tendering preżenti. Ir-rapport ta’ dan l-eżerċizzju għadu ma’ ġiex konkluż.
Jista' l-Ministru jindika meta se tingħata awtonomija sħiħa lill-Office for Fair Trading kif irrikkmandat mill-Commission of Fair Trading?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għalkemm l-Uffiċċju għall-Kompetitzjoni Ġusta huwa dipartiment tal-Gvern, il-liġi tal-Kompetizzjoni (Kap. 379) tassigura li l-operat tad-direttur tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta huwa awtonomu.
Tajjeb ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-funzjonijiet li għandu id-Direttur skond il-liġi tal-kompetizzjoni huma indikazzjoni ċara tal-awtonomija li jgawdi l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta, bħal ngħidu aħna:
(1) id-Direttur, minkejja li investigatzzjoni tista tiġi mibdija fuq talba tal-Ministru responsabbli jew wara li d-direttur jkun irċieva xi ilment, għandu l-poter u l-obbligu li jibda investigazzjonijiet ex officio, cioe’ minn jheddu, u dan sabiex jassigura li l-liġi tal-kompetizzjoni hija osservata;
(2) kwalunkwe informazzjoni li tinġabar mill-Uffiċċju hija ttratata bl-akbar kunfidenzjalita’ u tista tiġi rivelata biss lill-Kummissjoni għall-Kummerc Ġust u l-ħadd aktar;
(3) wara l-konkluzjoni ta’ xi investigazzjoni id-Direttur huwa obligat, jekk jirrizulta li kien hemm xi ksur ta’ xi artikolu tal-liġi tal-Kompetizzjoni, joħroġ deċizjoni u jispjega x’wasslu sabiex jikkonkludi li kien hemm tali ksur. Tali deċizjoni tkun mgħoddija lil dawk konċernati biss. Jekk in oltre kien hemm xi ksur serju tal-liġi, id-Direttur huwa obligat jisottometti rapport lill-Kummissjoni u mhux ngħidu lis-Segretarju Permanenti jew lill-Ministru.
Għalhekk ġialadarba l-Uffiċċju igawdi awtonomija fil-ħidma tiegħu ikun aktar għaqli jekk l-Uffiċċju jkompli jissaħħaħ.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għal dik il-biċċa art li hemm bejn Vjal l-Indipendenza u l-Housing Estate tal-Blata l-Għolja fil-Mosta li sal-lum tinsab abbandunata, maħmuġa u kollha ħaxix ħażin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi l-art in kwistjoni mhix tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq petrol u fuel li jinbiegħ mill-pompi? Kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq fuel li jintuża mill-industrija? Kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq fuel li jintuża mill-jottijiet u mill-ajruplani rispettivament? Kemm hija s-sisa li tħallas l-Enemalta kull sena fuq il-fuel oil?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-kumpens dovut lill-persuni, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, flimkien mad-dettalji tal-każ, għall-art proprjeta' tagħhom li ttieħdet mill-Gvern ta' Malta għal skop pubbliku permezz tal-Gvern? Jista' jgħid meta se jieħdu tali kumpens?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 179 u 360 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 297 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u cioe': Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għall-skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inkluż dawk tad-dawl u ilma u surcharge, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet simili oħrajn jiġu eżentati mill-ħlas tas-surcharge jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra in konnessjoni ma' dawn l-utilitajiet biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?