Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #18825 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — studju dwar l-imtieħen tar-riħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibbli li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar twettaq xi tip ta' studju dwar l-imtieħen tar-riħ (windmills) li kienu jintużaw (u xi uħud għadhom jintużaw għalhekk ukoll) biex itellgħu l-ilma minn taħt l-art?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din il-materja tikkonċerna lill-Awtorità Maltija tar-Riżorsi u mhux lill-MEPA. L-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi m’għandha ebda pjani biex tagħmel studju dwar l-imtieħen tar-riħ li jintużaw biex itellgħu l-ilma.
Leg 11 PQ #18914 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq Santa Marija, l-Imġarr — għoti ta' tarmac

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Triq Santa Marija l-Imġarr Malta hijiex responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali għal dak li hu għoti ta' tarmac? Jekk iva, din it-triq meta se ssir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Imġarr inkluda Triq Santa Marija fil-programm ta’ toroq li se jagħmel fi skema ta’ Public Private Partnership ma’ kuntrattur privat.
Leg 11 PQ #19003 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Mielaħ — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18643 jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ Wied il-Mielaħ - towards an ecologically and culturally sensitive, sustainable tourism (Ref no 022 )iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 20557.
Leg 11 PQ #19006 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tempji tal-Ġgantija u ta' Tarxien — grant agreement tal-implementation u disbursement schedules

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni tat-tempji tal-Ġgantija u ta’ Tarxien (ERDF Ref no 032) iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20558.
Leg 11 PQ #19456 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

GreenPak u GreenMT — liċenzja ta' waste packaging

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilha teżisti l-liċenzja tal-kumpanija GreenPak fil-qasam tal-waste packaging u f’liema dati ġiet imġedda? Kemm ilha teżisti l-liċenzja tal-kumpanija GreenMT fil-qasam tal-waste packaging u f’liema dati ġiet imġedda? Għal liema perjodu ta’ żmien il-kumpanija GreenMT ma kenitx koperta minn liċenzja f’dan il-qasam?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20174.
Leg 11 PQ #19584 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Isem ta' Triq

Question

Jista' l-Prim Ministru jibda l-proċess sabiex xi triq li hemm bla isem fil-Mosta tissemma Triq it-Tislima lill-Vittmi tal-Kmamar tan-Nar, liema triq tibqa' ssellem lil dawk kollha li ħallew ħajjithom biex il-poplu b'mod ġenerali jkun jista' jgawdi l-ilwien sbieħ li x-xogħol finali tal-piroteknika li huma jipproduċu jsebbaħ u jsellem lill-padruna mis-sema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Mosta li s-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant ser jitpoġġa fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #19585 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget għall-bliet u rħula għal tiswijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-budget ta' kull belt u raħal madwar Malta u Għawdex kollu belt, belt u raħal, raħal għas-sena 2010 biex isiru toroq ġodda u jsiru t-tiswijiet fit-toroq eżistenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #19597 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sliema — Villa Bonici - Bdil fl-istatus tal-ġonna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex u meta l-istatus tal-ġonna ta’ Villa Bonici f’Tas-Sliema ġie mibdul minn Urban Conservation Area għal ‘unspecified as included height in the NHLP 2006’?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20438.
Leg 11 PQ #19598 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Livell ta’ popolazzjoni proġettat għal tas-Sliema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-livell ta’ popolazzjoni proġettat mill-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar għal Tas-Sliema biex tiżgura ippjanar urban u żvilupp sostenibbli għall-inħawi? Jekk din it-tip ta’ proġettazzjoni ma saritx, xi kriterji jużaw l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar u entitajiet oħra governattivi biex jiżguraw żvilupp sostenibbli li jissalvagwardja s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta’ tas-Sliema? X’policies ta’ sostenibbilità qed jiġu segwiti fl-istrateġija ta’ żvilupp għal dik il-belt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20437.
Leg 11 PQ #19918 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — prints tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se tiċċarġja l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar lill-applikanti għal prints li jridu jsiru minnha skont il-proċeduri ġodda tal-ipproċesar tal-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 20222.
Leg 11 PQ #19955 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17662, 17514, 17266, 15834, 15593, 15359 u 14220 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #20078 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — bir għall-ħażna tal-ilma

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19205, jista' l-Prim Ministru jgħid u jikkonferma jekk l-informazzjoni li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hijiex koretta peress li ma naħsibx li tagħmel sens li minn 68 kunsill lokali, 12-il uffiċċju amministrattiv biss għandhom bir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 20410.
Leg 11 PQ #20131 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — dipartimenti u entitajiet governattivi - regolamenti ċari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-taħdidiet biex jiddaħħlu regolari ċari sa meta d-dipartiment u entitajiet governattivi għandhom jirrispondu għall-ilmenti jew talbiet tal-pubbliku li jsiru fl-uffiċċji tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’risposta għall-mistoqsija tal-Onor Interpellant, id-Direttiva Numru 4 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Prinċipali taħt it-termini ta’ l-Att Dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, tirregola f’kemm żmien l-entitajiet u dipartimenti għandhom jibgħatu tweġiba fuq l-ilmenti li jirċievu. Din id-Direttiva daħlet fis-seħħ f’Ġunju 2010.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — tibdil fl-istrutturi ta' bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tissanzjona u tinforza tibdil fl-istrutturi ta' bini, anke faċċati tad-djar, ta' dak il-bini u strutturi li nbnew qabel ma twaqqfet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u dan ta' detriment kemm finanzjarju u anke strutturali għal dawn is-sidien? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hijiex tagħraf dawn id-diffikultajiet u hijiex tikkonsidra approaches oħra biex dawn is-sidien ma jbatux bla ħtiega?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tagħmel dan għaliex l-Att Dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvillup, Kap 356, jipprovdi (fl-artikolu 51 (2)) li żvilupp li jkun seħħ qabel is-sena 1992 xorta waħda għandu josserva l-permessi li jkunu nħarġu fuq dak l-iżvilupp. Il-Kap 356 fl-Artikolu 55B kif ukoll l-Att il-ġdid li jirregola l-Ambjent u l-Ippjanar ta’ l-Iżvillup (Att X tas-sena 2010) fl-Artikolu 91 jipprovdu mekkaniżmu kif Avviżi biex Tieqaf u ta’ Twettieq rigward ċertu illegalitajiet li jkunu seħħew f’ċertu perjodu ma jkunux jistgħu jiġu esegwiti mill-Awtorità.
Leg 11 PQ #20395 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20019, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hux qed tistenna xi informazzjoni partikolari mingħand l-applikant biex dan il-proċess ta' applikazzjoni jkun jista' jiġi konkluż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità qed tistenna sottomissjonijiet mingħand il-Perit fosthom il-Fire Safety and Ventilation report.
Leg 11 PQ #20472 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħlijiet fuq proġetti — spiża

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża li ntnefqet matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena b'mod separat f'xogħlijiet fuq dawn il-proġetti: a) promenade ġdida f'San Pawl il-Baħar; b) ġnien u heritage trail f'Pembroke; u ċ) visitors attraction fil-Qawra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant li fil-proġetti msemmija, fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, l-Environment Upgrade Committee investa xejn inqas minn €128,000 sabiex sar upgrading fl-area turistika min San Pawl il-Baħar sal-Qawra u l-area tal-madwar. Dan barra xogħlijiet oħrajn kontinwi li jsiru mill-ħadiema tal-Ministeru tar-Riżorsi f’din l-area. Barra dan ix-xogħol fuq il-promenade ġdida f’San Pawl il-Baħar se jibda f’Novembru, xogħol tekniku fuq il-cycle/walking trail ta’ Pembroke beda f’Ottubru u t-tender għal visitors attraction fil-Qawra huwa maħsub li se ikun konkluż f’Novembru/Diċembru 2010.
Leg 11 PQ #20481 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — bus depots

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandiex policy dwar bus depots? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk din il-policy ma teżistix jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm tali policy?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall Mistoqsija Parlamentari Numru 20700.
Leg 11 PQ #20483 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ilmenti taċ-ċittadini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, bħala l-Ministru responsabbli mill-politika ambjentali kif ukoll mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, fejn jistgħu jirrikorru ċittadini li jkunu jixtiequ jirrappurtaw xi tip ta' rapport marbut ma' kull tip ta' abbuż jew problema ambjentali? Fid-dawl ta' dan jista' jinvestiga ftit x'ġara fil-premises ta' kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, wara li fl-20 ta' Ottubru 2010 xi residenti semgħu splużjoni fil-premises tagħhom u minkejja li ppruvaw jirrappurtaw lil xi awtorijatjiet governattivi ma wasslu mkien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20701.
Leg 11 PQ #20686 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — fondi speċjali u skemi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid wara li ġie ppreżentat il-Budget 2011 u fid-diskors ġie rappurtat li l-gvern nieda diversi fondi speċjali u skemi, li ammontaw għal €6.2 miljun u li permezz tagħhom kunsilli lokali kienu megħjuna jwettqu proġetti importanti, liema huma dawn il-proġetti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta' kemm ġie jqum kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20687 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Ċentrali — restawr ta' postijiet storiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-Gvern Ċentrali fir-restawr ta' postijiet storiċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema ta’ Finanzjament għal Restawr ta’ Postijiet Storiċi Żgħar. Din l-iskema ħarġet permezz ta’ Memo 21/2010 li kopja tagħha intbgħatet lilu bħall-kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Għal din l-iskema daħlu 51 applikazzjoni u l-Gvern qassam € 161,000 biex isiru 21 proġett. Hemm possibilità li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern biex jibqgħu jiġu ippreservati dawn il-postijiet storiċi.