Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bejgħ tal-proprjeta' lill-Maltin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 240 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lil ċittadini Maltin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-Gvern f’ċifra ta’ flus globali minn fuq il-bejgħ ta’ proprjeta’ lill-ċittadini Maltin reġistrat għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2008 f’Malta u Għawdex separatament qed jidher fl-annessa tabella markata Dok “A”. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li ċ-ċifra ta’ flus globali tinkludi fiha dħul ta’ Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti kif ukoll Taxxa fuq Qliegħ Kapitali. (Bejgh ta’ Proprjeta’ Lill-Cittadini Maltin) 2004 (Jannar – Diċembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 55,756,395 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 45,017,427 € 100,773,822 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 5,270,325 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 4,614,177 € 9,884,502 2005 (Jannar – Diċembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 54,480,588 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 49,823,407 € 104,303,995 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 4,556,177 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 4,412,334 € 8,968,511 2006 (Jannar – Diċembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 56,688,622 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 62,442,366 € 119,130,988 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 5,137,027 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 5,928,205 € 11,065,232 (Bejgħ ta’ Proprjeta’ Lill-Ċittadini Maltin) 2007 (Jannar – Diċembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 60,647,084 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 82,317,196 € 142,964,280 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 5,066,367 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 7,617,768 € 12,684,135 2008 (Jannar – April) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 15,655,663 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 22,689,145 € 38,344,808 Għawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 1,081,195 Taxxa fuq Qliegħ Kapitali € 1,490,026 € 2,571,221

Bejgħ ta' proprjeta' lill-barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 239 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali minn fuq il-bejgħ tal-proprjeta' lill-barranin reġistrat fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2008 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dhul tal-Gvern f’cifra ta’ flus globali minn fuq il-bejgh ta’ proprjeta’ lill-barranin registrat ghas-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2008 f’Malta u Ghawdex separatament qed jidher fl-annessa tabella markata Dok “A”. Nigbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li c-cifra ta’ flus globali tinkludi fiha dhul ta’ Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti kif ukoll Taxxa fuq Qliegh Kapitali. Dok “A” 2004 (Jannar – Dicembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 590,277 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 152,066 € 742,343 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 19,800 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 1,691 € 21,491 2005 (Jannar – Dicembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 790,038 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 552,383 € 1,342,421 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 39,133 Taxxa fuq Qliegh Kapitali NIL____ € 39,133 2006 (Jannar – Dicembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 1,294,311 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 115,606 € 1,409,917 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 211,707 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 87,827 € 299,534 2007 (Jannar – Dicembru) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 7,006,580 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 1,059,908 € 8,066,488 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 1,038,371 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 653,410 € 1,691,781 2008 (Jannar – April) Malta Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 2,234,871 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 611,940 € 2,846,811 Ghawdex Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti € 230,053 Taxxa fuq Qliegh Kapitali € 180,523 € 410,576

Ħlasijiet ta' National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 238 u jgħarrafni bil-breakdown tad-dħul mill-ħlasijiet tan-NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 237 u jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'ċifra ta' flus globali f'dak li huwa NI (Bolla) matul l-ewwel 4 xhur tas-sena 2008? Jista' jgħarrafni bl-istess tagħrif għas-snin 2007, 2006, 2005 u 2004 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pestiċidi mportati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 570 u jindika liema kategorija ta' pestiċidi jiġu mpurtati f'pajjiżna? Għal kull kategorija ta' pestiċidi liema kimiċi jiġu l-iktar importati? Minn fejn jiġu mportati? Kemm kienet l-importazzjoni ta' pestiċidi sena b'sena fl-aħħar 10 snin skond il-kategorija u l-kimika tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tabelli b’informazzjoni miġbura mill-NSO rigward importazzjoni tal-kategoriji kollha ta’ Pestiċidi li jaqgħu taħt l-HS division 3808 sena b’sena għas-snin 1998 sas-sena 2007, qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra. Rigward kategoriji ta’ kimiċi li jintużaw fil-pestiċidi, l-NSO ma għandux l-informazzjoni mitluba.

Pestiċidi fuq ħxejjex importati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 569 u jgħid jekk hux magħruf x'pestiċidi jintużaw fil-frott u ħxejjex importati? Minn fejn jiġu bħala pajjiż il-frott u l-ħwejjeġ importati? Kemm-il pestiċidi differenti jintuża għal prodott partikolari qabel ma jasal f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra

Postijiet storiċi — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża u s-somma li jonfoq il-Gvern sabiex jirrestawra postijiet storiċi hijiex biżżejjed? Jekk le, kemm hija s-somma ideali fis-sena? Kemm jiġu fondi minn istituzzjonijiet barra l-pajjiż għal dan il-għan? Kif inhuma l-prijoritajiet tal-proġetti li jsiru?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Uffiċċju Konġunt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu proprjeta' l-Uffiċċju Konġunt, maqsuma b'residenzjali u kummerċjali, lokal b'lokal?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Konġunt jamministra 29,769 proprjetajiet li minnhom 1,783 jħallsu kera residenzjali filwaqt li 303 jħallsu kera kummerċjali. Il-fondi mikrija b’kera residenzjali jew kummerċjali jinsabu fil-lokalitajiet li jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid li din l-informazzjoni qiegħda tiġi aġġornata kontinwament b’korrezzjonijiet li jsiru f’Annex 8.

Joint Office

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu postijiet mikrija l-Joint Office, lokal b'lokal, u kemm għandu postijiet battala, lokal b'lokal?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju Konġunt jamministra 2,086 postijiet mikrija u għandu ċ-ċwievet ta’ 22 post battal fil-lokalitajiet li jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid li din l-informazzjoni qiegħda tiġi aġġornata kontinwament b’korrezjonijiet li jsiru f’Annex 8.

Burdnara

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' burdnara awtoriżżati li jaħdmu fil-portijiet tagħna? Jista' jgħid jekk dawn hux inqas min-numru ta' liċenzji/permessi li kien awtoriżżat fi żmien it-taħdidiet ma' l-Unjoni Ewropea? Xi ħsieb hemm biex in-numru stabilit jibqa' dejjem konstanti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil present in-numru ta' burdnara awtoriżżati li jaħdmu fil-portijiet tagħna hu ta’111. In-numru ta' liċenzji/permessi li kien awtoriżżat fi żmien it-taħdidiet ma' l-Unjoni Ewropea kien ta’ 113 pero żewġ liċenzji/permessi ġew revokati wara d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Rigward l-aħħar mistoqsija, s’issa dejjem kienet il-proċedura li liċenzji/permessi ta’ burdnara jinħarġu mill-ministeru responsabbli għad-Dwana.

Dipartiment tal-VAT — Taxxa dovuta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 194 u jgħid: Kemm persuni bbenefikaw minn maħfriet li saru bejn l-1 ta' Jannar 2008 sa 29 ta' Frar, 2008 għal min kellu ħlasijiet u/jew multi pendenti dovuti lid-Dipartiment tal-VAT? U kemm kienet is-somma totali maħfura? Kemm hemm persuni li wkoll kellhom ħlasijiet u/jew multi pendenti dovuti lill-istess Dipartiment tal-VAT iżda li ma bbenefikawx minn dawn il-maħfriet għall-istess perijodu? Fuq liema kriterji ntgħażlu l-persuni li bbenefikaw minn dawn il-maħfriet u x'kienu r-raġunijiet li dawk li ma bbenefikawx tħallew barra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 194.

Lukanda Jerma Palace — Art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 362, li saret lill-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilu, u jispjega x'inhi l-pożizzjoni legali ta' l-art li fuqha eventwalment ġiet mibnija l-lukanda Jerma Palace f'Marsaskala? Stante li sar l-għeluq ta' din il-lukanda, jista' jgħid inkisritx xi kundizzjoni oriġinali meta saret il-konċessjoni mill-gvern? Jista' jindika jekk hijiex se titressaq mozzjoni fil-Parlament biex tiġi ratifikata l-pożizzjoni legali tat-trasferiment imsemmi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi il-Gvern ma kien ta l-ebda konċessjoni fuq l-art tal-lukanda Jerma Palace. Dan għaliex fil-parti l-kbira tagħha l-lukanda nbniet fuq art privata, ħlief għal pill-box zgħira tas-Servizzi Ingliżi u li kienet nbiegħet lill-investituri.

Investiment lejn Malta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 461 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jiddentifika liema dipartiment/aġenzija hija responsabbli sabiex iġġib l-investiment lejn Malta? Kemm għandha riżorsi/budget u ħaddiema sabiex din tagħmel dan?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

European City Guide

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed jieħu l-ministeru tiegħu sabiex jaġixxi kontra l-abbuż sfaċċat li qed isir mill-kumpannija bl-isem ta' European City Guide, liema kumpannija tgħid li hi bbażata f'Valenzia, Spanja u li qed tqarraq sfaċċatament bin-negozjanti Maltin u wara li tqarraq bihom titlobhom il-ħlas? X'assistenza qed jingħataw il-vittmi milquta?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Fare Speċjali mill-Airmalta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 487 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Transport u Komunikazzjoni u issa ġiet referuta lilu u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' Maltin li għamlu użu mill-fare speċjali li offriet l-Airmalta biex jiġu jivvutaw? Minn liema pajjiżi ġew?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bridge Manwel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 356 u jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għat-tiswijiet tal-Bridge Manwel Dimech u kemm ser tlaħħaq is-somma globali meta jitlesta x-xogħol? Kemm tħallas s'issa mill-ammont kemm mill-Gvern u kemm mill-EU?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sussidju fuq il-ħobż ta' Malta

Question

Minħabba li fil-media hemm rapporti rigward l-istudju soċjo-ekonomiku dwar l-impatt tat-tneħħija tas-sussidju tal-gvern fuq il-ħobż, jista' l-Ministru jgħid x'diffikulta' sab biex ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Libyan Arab Maltese Holding Company

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 179, 360 u 681 u jgħid x'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni tal-Gvern għal din il-leġislatura? Hemm il-ħsieb li tiġi privatizzata wkoll il-Libyan Arab Maltese Holding Company? Liema kumpanniji privati saru kuntatti magħhom qabel u wara l-elezzjoni dwar privatizzazzjoni parzjali tat-Tarznari?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Taxxa fuq petrol u fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 675 u jgħid kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq petrol u fuel li jinbiegħ mill-pompi? Kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq fuel li jintuża mill-industrija? Kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq fuel li jintuża mill-jottijiet u mill-ajruplani rispettivament? Kemm hija s-sisa li tħallas l-Enemalta kull sena fuq il-fuel oil?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi: a. It-taxxa ta’ l-importazzjoni (dazju) u sisa (excise) fuq petrol u fuel li jinbiegħ mill-pompi hija kif ġej:- Tip ta’ Fuel Dazju (%) Sisa (€/Lm) kull 1000 litru Unleaded petrol 4.7 404.38/173.66 Leaded Petrol (LRP) 4.7 523.18/224.60 Diesel 3.5 332.40/142.70 Biodiesel/Diesel Mix 3.5 332.40/142.70 b. Il-fuel li l-aktar jintuża mill-industrija huwa d-diesel u l-Light Cycle Oil (LCO). L-LCO għandu dazju ta’ 3.5% u sisa ta’ €96.79/Lm41.55 għal kull elf litru. Ma hemmx rati speċjali ta’ taxxa ta’ dazju u/jew sisa għall-fuel li jintuża mill-industrija. c. Il-jottijiet u l-ajruplani jużaw l-aktar diesel u pitrolju (kerosene) rispettivament. Il-pitrolju għall-ajruplani (JetA1) għandu dazju ta’ 4.7% u sisa ta’ €332.40/Lm142.70 għal kull elf litru. Il-fuel li jintuza għal vjaġġi ‘il barra minn Malta huwa eżentat mill-ħlas tas-sisa. d. Is-sisa li tħallas l-Enemalta fuq il-fuel oil għall-generazzjoni ta’ l-elettriku hija ta’ €15.02/Lm6.45 għal kull tunellata metrika, li jammontaw għal madwar €114270/Lm49056 fis-sena. · Id-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni li qed tintalab għaliex ħafna mid-distributuri tal-pompi tal-petrol jipprovdu wkoll bejgħ ta’ ‘spare parts’ u aċċessorji tal-karrozzi u fid-denunzja tal-VAT tagħhom il-bejgħ dikjarat jinkludi kollox flimkien. · Id-Dipartiment m’għandux informazzjoni dwar kemm hi l-VAT fuq fuel li jintuża mill-industrija għax l-industrija għall-finijiet ta’ VAT tirraporta l-spejjeż kollha tagħha flimkien. · Informazzjoni dwar il-fuel li jintuża mill-jottijiet ma tistax tinghata għax kull provditur fl-ammonti rappurtati għall-VAT ma jaqsamx il-provisti tiegħu f’ ammonti separati skond l-użu li jkun qed isir mix-xerrej.

Taxxa fuq reġistrazzjoni ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 181 u cioe': Billi f'intervista ma' ġurnal lokali l-Ministru diġa' ndika t-tibdil mistenni dwar it-taxxa fuq reġistrazzjoni tal-karozzi kif wkoll li idealment kien jippreferi li kieku s-sistema kellha tibqa' l-istess, jista' għall-benefiċċju kemm tal-bejjiegħa tal-karozzi kif wkoll tal-konsumaturi jagħti ndikazzjoni ta' x'wieħed għandu jistenna f'dan ir-rigward, flok jħalli lil kulħadd mdendel sakemm jiġi ppubblikat il-pre-budget consultation document aktar minn xahar u nofs ieħor? Jikkonferma l-Ministru li x'aktarx li l-piż finali fuq il-konsumatur u d-dħul tal-Gvern mistenni jibqa' xi ftit jew wisq l-istess anke wara li jiġi fis-seħħ dan it-tibdil? Għaliex fil-manifest elettorali ma ngħata ebda ħjiel dwar dan kollu meta l-manifest tkellem biss dwar il-ħtieġa li tinbidel it-taxxa fuq il-karozzi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 181.