Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xogħol ta’ refurbishment
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21224, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u ċjoe f'kull każ jgħid fiex kienet tikkonsisti kull parti tax-xogħol, min għamel ix-xogħol u kull parti minn dan ix-xogħol ingħatatx b'direct order, quotation, tender jew mod ieħor?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 20715 u 21224.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct Orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 sat-8 ta’ Jannar 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jistgħu japplikaw għal remote working jew extended remote working imma l-ħaddiema tas-Settur Pubbliku ma jistgħux?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li entitajiet u agenziji li jiffurmaw parti mis settur pubbliku għandhom policies għalihom dwar family friendly measures, għax kull aġenzija jew entità jkollha r-realtà settorjali tagħha. Madankollu f'kull komunikat li jsir mill-Uffiċċju tal-Kap tas-Servizz Pubbliku dwar din il-materja, l-entitajiet dejjem jiġu mħeġġa biex fejn hu possibbli u fejn in-natura tax-xogħol tippermetti, l-impjegati jiġu offruti l-modern work pratices simili għas-Servizz Pubbliku.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2024?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12032 u 19002 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat għad-Djalogu Soċjali – Xiri ta’ MacBooks
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li inxtraw 2 macbooks għall-użu ta’ staff fis-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija speċjalment f’xogħlijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmat illi l- MITA mhux talli ma toġġezjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Xiri ta’ MacBooks
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li inxtara macbook wieħed għall-użu ta’staff fis-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija speċjalment f’xogħolijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmat illi l- MITA mhux talli ma toġġezjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.
Fid-dawl li l-pazjenti mhux qed iħallsu tal-parkeġġ fl-Isptar Mater Dei, jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema tal-G4S għadhom qed iħallsu tal-parkeġġ waqt il-ħin ta’ xogħolhom fl-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24005 u 24157 u jippreżenta lista tal-ftehimiet kollettivi pendenti kollha, inklużi l-unions li magħhom qed isiru dawn in-negozjati u jinkludi wkoll id-dati meta skadew dawn il-ftehimiet kollettivi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li huma 34 il-ftehmiet kollettivi li jinsabu pendenti u li dawn għaddejin bin-negozjati.
Infakkar ukoll li f’Ottubru 2024 ġie iffirmat ukoll il-ftehim kollettiv għal ħaddiema tas-Servizz Pubbiku fejn ħa jibbenifikaw 33 elf ħaddiem minn pakkett totali ta’ 1.27 biljun Ewro.
Ninfurma ukoll lill-Onor Interpellant li matul l-2024 ġew iffirmati 17-il ftehim settorjali li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-impjegati fis-Servizz Pubbliku f’kategoriji differenti Huwa mifhum li aktar minn 1,747 ħaddiem ibbenifika minn dawn l-ftehim.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22525, 22877, 23031, 23252, 23688 u 24053 u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li qed issir mill Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it Tnejn 28 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2025?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Baġit allokat u infiq għall-PR
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infurmat li l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta’ budget għall-PR huwa parti mil-line item rispettiv fl-estimi tal-Budget li ngħatat kopja tagħhom u tpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24005 u jippreżenta lista tal-ftehimiet kollettivi pendenti kollha, inklużi l-unions li magħhom qed isiru dawn in-negozjati u jinkludi wkoll id-dati meta skadew dawn il-ftehimiet kollettivi?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għad-Djalogu Soċjali - Impjegti ġodda
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dekasteru tiegħu wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dekasteru tagħha wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub. Rigward is-Social Causes Fund, rapport annwali dwar donazzjonijiet ikun intavolat fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct Orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2023?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu preżentement fil-Ministeru bħala:
(a) Head of Secretariat;
(b) Deputy Head of Secretariat;
(c) Private Secretary;
(d) Assistant Private Secretary;
(e) Head Customer Care Officer;
(f) Customer Care Officer;
(g) Customer Care Assistant;
(h) Communications Secretary;
(i) Events Co-ordinator;
(j) Co-ordinating Officer;
(k) Secretariat Officer;
(l) Secretariat Pool;
(m) Senior Secretariat Messenger;
(n) Secretariat Messenger;
(o) Chairwoman;
(p) Personal Driver;
(q) Security Officer;
(r) Advisor;
(s) Policy Consultant;
(t) Policy Co-Ordinator;
(u) Photographer;
(v) Person/Position of Trust oħrajn?
Jista’ jgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'każ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli):
(i) Disturbance Allowance;
(ii) Secretariat Allowance;
(iii) Bonus for Overtime Worked;
(iv) Communications Allowance;
(v) Fully-expensed mobile telephony;
(vi) Free telephony;
(vii) Pre-Paid top-ups for telephony service;
(viii) Internet Service;
(ix) Car Allowance;
(x) Transport Allowance;
(xi) Fuel Vouchers;
(xii) Use of car-hired car;
(xiii) Use of government-owned car;
(xiv) Internet key;
(xv) Tablets;
(xvi) Laptops;
(xvii) Peripherals;
(xviii) Expertise allowance;
(xix) Disturbance Allowance;
(xx) Shift Allowance;
(xxi) Xi tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif weġibt f'diversi istanzi, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.