Jista' l-Ministru jara li tinħareġ il-kartuna s-safra Schedule V tal-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li wara li ġie ċċekjat fl-Uffiċċju tal-Medicines Entitlement Unit (MEU), jekk hemmx applikazzjonijiet għall-kartuna s-safra tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, rriżulta li ma kienx hemm.
Din il-persuna ġiet ikkuntattjata fuq in-numru pprovdut. Mid-dehra hija kellha l-applikazzjoni f’idejha, imma marret f’diversi postijiet żbaljati biex tapplika. Ġie spjegat eżatt il-post u l-ħinijiet ta’ ftuħ, tal- MEU sabiex din il-persuna tapplika għall-kartuna s-safra personalment.
Residenza San Vinċenz de Paul — pazjenti taħt is-sena 60 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti taħt is-60 sena li ddaħħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paul mis-sena 2008 sal-aħħar tas-sena 2011, minħabba diżabilità u li m'għandhomx familjari biex jieħdu ħsiebhom skont l-età u f'liema swali? Għaliex qed jiġu admitted fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjenti taħt is-60 sena huma kif jidher hawn taħt :
Sena
Nisa
Irġiel
2008
2
2
2009
3
3
2010
4
3
2011
2
5
Dawn il-pazjenti qed jiġu ammessi fir-Residenza San Vinċenz de Paul minħabba iċ-ċirkostanzi mediċi li huma ta’ natura partikulari u komplikati.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-stocks u l-ordnijiet fil-maintenance department tal-Isptar Mater Dei huma miżmumin jew neqsin? Ma jidhirlux li f'ċirkostanzi bħal dawn jekk jinqalgħu xi ħsarat fl-Isptar b'mod urġenti mhux se jkunu jistgħu jiġu rranġati? F'dawn iċ-ċirkostanzi x'se jagħmel l-Ministru?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-stocks u l-ordnijiet fil-maintenance department tal-Isptar Mater Dei ma humiex miżmumin izda hemm uħud minnhom li huma neqsin.
Il
-maintenance department
għandu f’idejh
spare parts
li huwa ikunsidrat importanti biex jintużaw immedjatament meta jkun hemm bżonn. Minn żmien għal żmien din il-lista ta’ dan it-tip ta’ spare parts tiġi riveduta u
dan it-tip ta’
spare parts
jiżdidu kif u jekk ikun meħtieġ. Hemm ukoll arranġameti biex meta jkun hemm bżonn urġenti ta’ xi
stock
u dan ma jkunx għand il
- maintenance department,
dan jinxtara immedjatament.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-jiem li għaddew ma kienx hemm faxex ta' lastiku u stick zinc oxide strapping għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk hemmx aktar affarijiet out of stock fl-Isptar? X'inhuma? X'qed isir biex ma jibqax ikun hemm affarijiet out of stock fl-Isptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li Stick Zinc Oxide Strapping huwa in stock u l-faxex tal-lastiku hemm żewġ tipi ta’ qisien li huma in stock. Hemm qies ieħor li għandu jasal fl-stores fi żmien ġimgħatejn.
Sptar Mater Dei — pazjenti li jkunu għamlu operazzjoni - professjoni jew status
Question
Jista' l-Ministru jelenka l-professjoni jew status tal-pazjent skont it-tip ta' operazzjoni li għamel fl-Isptar Mater Dei, matul is-sena 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-professjoni jew status ta’ pazjent ma jiġix imniżżel fir-reġistru tal-operazzjonijiet (surgical operations register). Għaldaqstant, din l- informazzjoni ma tistax tiġi elenkata.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament kien kummissjonat biex jinvestiga l-Orthotic and Prosthetic Unit? Jista' jgħid x'kien ir-riżultat ta' din l-investigazzjoni? Jista' jgħid għaliex il-persuna in charge mill-Orthotic and Prosthetic Unit ġiet trasferita għall-Health Promotion Unit? Jekk dan kien riżultat tal-investigazzjoni, kien hemm xi proċeduri dixxiplinarji u jekk iva, x'kienu? Jista' jgħid għaliex il-persuna li tissorvelja l-operations management l-OPU, minkejja li kienet infurmata bosta drabi li l-affarijiet ma kienux qed isiru b'mod professjonali, l-awtoritajiet ma ġewx infurmati sakemm l-Amputees to Amputees intervjenew flimkien mal-vascular surgeon li d-dettajli tiegħu ukoll qed jingħataw separatament? Għaliex kien biss minn hemm imbagħad li ġiet kummissjonata l-investigazzjoni? Kemm sewa f'fees professjonali l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ministeru irċieva diversi rapporti mingħand pazjenti, qraba u professjonisti tal-Orthotics and Prosthetics Unit (OPU) dwar il-mod kif kien qed jitmexxa dan il-unit. Wara diversi attentati biex l-affarijiet jitjiebu b’sens ta’ rieda tajba, deher ċar li jinħtieġ awditur independenti biex il-Ministeru jista jifformula pjan ta’ azzjoni. F’Malta ma kien hemm ħadd li jista jagħmel awditjar professjonali u kliniku fuq Orthotics u Prosthetics minħabba nuqqas ta’ nies kwalifikati. Il-persuna li ġiet magħzula kellha snin twal ta’ esperjenza bħala Service Manager ta’ Prosthetics u Orthotics f’servizz Nazzjonali tas-Saħħa tar-Renju Unit.
Ir-riżultati tal-
audit
urew li kien hemm bżonn ta’azzjoni urġenti dwar il-kwalita’ u l-organiżżazzjoni tas-servizzi. B’riżultat ta’ dan, kellhom jittieħdu miżuri korrettivi fis-servizz kif ukoll mal-istaff.
Wara l-
audit
, il-pjan ġie diskuss internament fil-Ministeru u ġie ddeterminat li kien aħjar għal persuna kkonċernata li timxi għal rwol ieħor fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anżjani u l-Kura fil-Kommunita’ fejn tista’ tuża l-ħiliet tagħha bl-aħjar mod.
Ma ttieħdu l-ebda passi dixxiplinarji bħala riżultat tal-
audit
ħlief azzjoni biex tittranġa l-kwalita’ u l-organiżżazzjoni tas-servizz. Saret rikonċiljazzjoni tal-pagamenti u ġew evalwati l-
invoices
tas-servizzi offruti mill-kuntratturi.
L-ammont li ntefaq biex tħallas l-espert għall-konsulenza tiegħu hu €1,560.00.
Jista' l-Ministru jgħid il-podolgy clinic fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana kemm fih riżorsi umani bħalissa? Dan naqas fl-aħħar żmien? Għaliex pazjenti li kienu qed jiġu trattati kull sitt ġimgħat qed jibdew jiġu trattati kull 12-il ġimgħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-Klinika tal-Podjatrija tal-Furjana hemm 3 podiatrisists. Dan in-numru ma naqasx f’dawn l-aħħar snin.
Infurmat wkoll li ma hemmx waiting list imma l-pazjent jingħata appuntament skont il-ħtieġa tiegħu u fid-diskrezzjoni professjonali tal-podiatrist.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent bid-dementia se jingħata kura b'xejn matul din is-sena? Kemm huma vvutati flus għal dan il-għan? Jekk mhemmx biżżejjed flus ivvutati fuq liema kirterju se jintgħażlu l-pazjenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġina tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Monte Carmeli — back up tal-provista tal-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' back up hemm fl-Isptar Monte Carmeli f'każ ta' sospensjoni tal-provista tal-elettriku peress li f'dan l-isptar it-tip ta' pazjenti li hemm jistgħu jiġu affettwati ħafna bil-qtugħ tad-dawl, b'mod partikolari bil-lejl?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kull sala tal-isptar hija attrezzata b’numru ta’ Emergency Lights f’każ ta’ qtugħ fil-provista tal-elettriku. Apparti minn dan, l-isptar qiegħed fi stadju avvanzat ta’ xiri ta’ numru ta’ generators li jibdew jaħdmu b’mod awtomatiku hekk kif jinqata’ d-dawl ġewwa l-isptar. Fil-fatt żewġt iswali diġà huma attrezzati bis-servizz tal-generator.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30608, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk is-servizzi ta’ speċjalisti li jagħtu servizz regolari f’kull berġa li hawn f’pajjiżna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
testijiet bażiċi li mhux qed isiru fil-bereġ fl-irħula
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-testijiet mediċi bażiċi bħat-testijiet taz-zokkor u tal-kolesterol eċċ. m'għadhomx isiru fil-bereġ tal-irħula, u n-nies qed jintbagħtu fil-health centres? Jista' jgħid liema huma dawk it-testijiet mediċi bażiċi li kienu jsiru fil-bereġ u issa ġie deċiż li ma jsirux aktar hemm, iżda qed isiru fil-health centres? Jista' jgħid liema huma dawk it-testijiet li għadhom isiru fil-bereġ tal-irħula? Jista' jgħid jekk il-bereġ fl-irħula hux se jagħlqu jew hux qed issir xi riforma fihom? Jekk qed issir riforma, x'tip ta' riforma hi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-bereġ qatt ma kien jittieħed demm jew kampjun ieħor biex isiru xi testijiet bażiċi iżda kien isir il-mili ta’ formoli biex isiru kwalunkwe test fiċ-ċentru tas-saħħa.
Dan m’għadux isir fil-bereġ għax it-tabib m’għandux aċċess għall-
medical file
tal-pazjenti minn dan il-lokal u b’hekk ma kienx ikollu rekord minn xhiex ibgħati u liema testijiet ħa qabel. Dan kien qiegħed iwassal għal duplikazzjonijiet ta’ testijiet u nuqqas ta’ kontinwita’ fil-kura tal-pazjent li setgħet tkun ta’ periklu għal l-istess saħħa tiegħu.
Bl-introduzjoni ta’ sistema ikkompjuterrizata, li diġà nfirxet fiċ-ċentri tas-saħħa kollha u li eventwalment sejra tiġi introdotta fil-bereġ wkoll, it-tabib se jkollu aċċess għat-testijiet li għamel il-pazjent fil-passat u jerġgħu jibdew jiġu ordnati ‘
paperless requests
’ għat-testijiet kollha mill-berġa. B’dan il-mod il-pazjent jibda jinqeda aħjar u b’aktar kontinwita’ u għanqas perikolu fil-kura tiegħu.
It-testijiet li għadhom isiru mill-bereġ huwa dak tal-urina permezz tad-
dipstick
.
formularju mediku li fih jitniżżlu l-mediċini kollha available fl-isptarijiet u fl-ispiżeriji tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jippubblika l-formularju mediku li fih jitniżżlu l-mediċini kollha available fl-isptarijiet u fl-ispiżeriji tal-gvern sabiex it-tobba jkunu jafu x'mediċini jistgħu jiktbu u min hu intitolat għalihom, u dan sabiex it-tobba ma jiktbux mediċini li l-gvern ma jissupplixxix?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li b’mod uffiċċjali l-Formularju tal-gvern ġie aċċessibbli pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tas-Saħħa skont iċ-ċirkulari numru 237/2009. Perjodikament il-Formularju jiġi rivedut u aġġornat. Dawn l-emendi flimkien mal-Formularju aġġornat jiġu mħabbra b’mod uffiċċjali minn ċirkulari mibgħuta mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.
persuni li għandhom l-e ID u oħrajn li rreġistraw għalih
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f'Malta li għandhom l-e ID? Kemm persuni fil-fatt irreġistraw għal dan is-servizz minn meta ġie mniedi? Kemm hemm tobba li għandhom l-e ID? Kemm hemm tobba li rreġistraw għal dan is-servizz? Jista' jgħid għaliex jekk tirreġistra għal My Health, ma tistax tara jew taċċessa discharge letters jew case summaries meta dawn huma importanti ħafna għall-moniteraġġ li jrid isir sussegwentement mit-tobba tal-familja?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li malli pazjent jidħol fis-sistema tal-myHealth, ikun jista’ jara kull case summary jew discharge letter tiegħu li nħolqu mit-tobba tal-Isptar Mater Dei mill-2008 sal-lum. Dan l-aċċess jista’ wkoll jagħtih lit-tabib tal-familja tiegħu permezz tal-istess sistema.
Għal statistika dwar kemm il-persuna għandha l-e-ID (inkluż tobba), u kemm-il persuna abbonat għas-servizz tal-myHealth permezz tal-myGov, nitlob lill-Onor. Interpellant issaqsi lill-Ministru responsabbli għas-servizz tal-e-ID.
Jista' l-Ministru jagħti lista tat-tipi differenti ta' operazzjonijiet li saru mis-sena 2008 sal-aħħar tas-sena 2011, kull tip, u sena b'sena, pereżempju kemm operazzjonijiet tat-tunsilli, ċesarja, hip replacements, kataretti eċċ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġimgħa jrid jistenna klijent wara li jiġi approvat lilu li jkollu persuna li tagħtih tant sigħat fil-ġimgħa ta’ Servizz fil-Komunità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha tistenna l-permess għad-Deovan għal aktar minn tliet xhur u meta ċċempel u meta taqbad, li veru jkun diffiċli, dejjem jgħidulha li se tirċevih u ilha tixtri dawn il-pilloli x-xhur?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni nstabet fl-uffiċċju tal-Out Patients ta’ Mater Dei fl-10 ta’ Jannar 2012. Il-permess għall-pilloli msemmija ħareġ u l-pazjenta rċevietu. Il-pazjenta ġiet ikkuntattjata iktar minn darba u kienet sodisfatta.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li applika għal dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paul u issa l-qagħdha tiegħu ggravat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li jekk il-każ tagħha iggrava minn mindu saret l-applikazzjoni, jkun hemm bzonn li jsir update tal-applikazzjoni biex b’hekk tkun tista’ terġa tidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni.
Din l-applikazzjoni tista’ tinġib mill-kunsill lokali jew minn fuq il-website tad-Dipartiment jew inkella bil-posta. Fil-fatt id-Dipartiment diġà bagħat din l-applikazzjoni lill-individwu msemmi f’din il-mistoqsija parlamentari fuq id-dettalji li ngħataw separatament.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31265 u jara li jitmexxa każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha tistenna l-permess għad-Deovan għal aktar minn tliet xhur u meta ċċempel u meta taqbad, li veru jkun diffiċli, dejjem jgħidulha li se tirċevih u ilha tixtri dawn il-pilloli x-xhur?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni nstabet fl-uffiċju tal-‘Out Patients’ tal-Isptar Mater Dei fl-10 ta’ Jannar 2012. Il-permess għall-pilloli msemmija ħareġ u l-pazjenta rċevietu. Il-pazjenta ġiet ikkuntattjatha iktar minn darba u kienet sodisfatta.
Pazjenti li kellhom joqogħdu fil-kurituri tal-isptarijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2011 kemm kien in-numru ta' pazjenti li kellhom joqogħdu fil-kurituri tal-isptarijiet minħabba overload ta' pazjenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont il- Hospital Activity Report tal-Patient Administration System, kien hemm 7,448 pazjenti li ddaħlu fl-Area 2/ Paediatric Area sakemm instabet sodda fil-wards fil-2011.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema swali fl-Isptar Mater Dei, irriżulta li pazjenti spiċċaw fil-kurituri tas-swali kawża li ma kienx hemm kmamar fejn jakkomodawhom matul l-2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li uniċi żewġ areas li jintużaw għal-pazjenti sakemm tinstabilhom sodda fil-wards huma l-Area 2/ Paediatric Area, li skont il-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System, kien hemm 7,448 pazjenti li ddaħlu fl-Area 2/ Paediatric Area fis-sena 2011.