Jista' l-Minsitru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li tħallas kera ta' €1000 fis-sena imma taħseb li qed tħallas aktar milli suppost?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kera kummerċjali tal-persuna in kwestjoni hija ta’ € 2, 989 fis-sena u tibbenefika minn sussidju ta’ 70 fil-mija. Għaldaqstant hija tħallas kera ta' € 897 fis-sena li hija l-anqas kera li tista’ tħallas.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' care orders li ħarġu matul l-2011? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li għalihom ħarġu dawn il-care ordres? X'età kellhom dawk li għalihom inħarġu dawn il-care orders?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Matul is-sena 2011 inħarġu 71 Ordni ta’ Ħarsien.
§ 20 minn dawn inħarġu għall-
asylum seekers
mhux akkumpanjati. Dawn il-minuri oriġinaw mis-Somalia, c-Chad, Mali, l-Ivory Coast, n-Niger, l-Ethiopia, l-Eritrea, l-Ghana u l-Cameroon.
3 Care Orders inħarġu meta l-
asylum seekers
kellhom 17- il sena.
11 il-Care Order inħarġu meta l-
asylum seekers
kellhom 16 -ilsena.
3 Care Orders inħarġu meta l-
asylum seekers
kellhom 15 –il sena.
2 Care Orders inħarġu meta l-
asylum seekers
kellhom 14 -il sena.
Ordni ta’ Ħarsien waħda nħarġet meta l-
asylum seeker
kellhu 13-il sena.
§ Il-51 Ordni ta’ Ħarsien l-oħra inħarġu fuq minuri li jinsabu segwieti minn Agenzija Appogg.
Lokalità
Numru ta’ Ordnijiet ta’ Ħarsien maħruġa fl-2011
Bengħajsa
4
Birgu
2
Birkirkara
3
Birżebbugia
6
Bormla
7
Ingilterra
3
Fgura
2
Qormi
1
Qrendi
1
San Pawl il-Baħar
2
Siġġiewi
1
Valletta
1
Wied il-Għajn
5
Żabbar
9
Żejtun
1
Żurrieq
2
Kellna oħra li ma kellniex dettalji minn liema lokalita kienet.
L-etajiet tal-minuri li nħarġet l-imsemmija Ordni favur tagħhom huma dawn:
2011 9 tat-twelid
2010 2 ta’ sena
2009 6 ta’ sentejn
2008 2 ta’ tliet snin
2007 3 ta’ erba’ snin
2006 3 ta’ ħames snin
2005 2 ta’ sitt snin
2004 5 ta’ seba’ snin
2003 6 ta’ tmien snin
2002 2 ta’ disa’ snin
2000 3 ta’ ħdax il-sena
1999 2 ta’ tnax il-sena
1998 2 ta’ tlettax il-sena
1997 1 ta’ erbatax il-sena
1996 1 ta’ ħmistax il-sena
1995 1 ta’ sittax il-sena
Kellna oħra li ma għandhiex id-dettalji tad-data tat-twelied tagħha.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30514, jista' l-Ministru jara li terġa' tintbagħat kopja tal-ittra lis-Sinjur konċernat peress li meta kkuntattjajtu qal li għadu ma rċieva xejn?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li reġgħet intbagħtet kopja tal-ittra lill-persuna indikata minnu.
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31197, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16960, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riċerka li għamlet il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar persuni li jabbużaw mid-droga f’Malta?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-riċerka li għaliha qiegħda ssir referenza mhux qiegħda f’idejn il-fondazzjoni.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16363, dwar istallazzjoni ta' lift fi Block A3, Triq il-Watar, Ta’ Xbiex, fejn il-Kamra ġiet infurmata mill-Ministru li l-każ tressaq ‘il quddiem fil-lista ta’ prijorità u għaldaqstant l-istallazzjoni ta’ dan il-lift tqiegħdet fil-programm tas-sena 2011, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra għaliex din il-wegħda ma nżammitx, u meta mistennija ssir l-istallazzjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li s-sit in kwistjoni, jiġifieri Blokk A3, Triq il-Watar, Ta’ Xbiex għadu minn ta’ quddiem fil-programm ta’ stallazzjoni ta’ liftijiet tal-Awtorità tad-Djar flimkien ma’ siti oħra li għandhom prijorità għolja bħalu. L-eżiġenzi tax-xogħol ma ppermettux li l-istallazzjoni tiġi attwata fil-perjodu mixtieq. Madankollu, l-awtorità tibqa’ marbuta mal-oġġettiv li ix-xogħol isir u tittama il tikkonkludih matul din is-sena 2012.
Foundation for Social Welfare Services — Ħaddiema self employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema li qegħdin joffru s-servizzi tagħhom lill-Foundation for Social Welfare Services bħala self employed minkejja li qegħdin jaħdmu fuq bażi full-time? F'liema gradi u postijiet tad-diversi entitajiet tal-Fondazzjoni jinsabu jaħdmu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ nies li jaħdmu full-time u għandhom xogħol self-employed (contractees) mall-Foundation for Social Welfare Services huwa ta’ 15. Ix-xogħol full-time tagħhom huwa ta’ social workers. Minn dawn il-15 imsemmija, bħala xogħol ta’ self-employed, 9 jagħmlu supervised access visits (Appoġġ), 2 jaħdmu fil-Men’s Services (Appoġġ), 1 mal-court monitoring (Appoġġ) u 3 qegħdin mat-taqsima Taħdidiet fil-Komunità (Prevention Services - Sedqa).
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fi blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li l-familja li tgħix fih qed ikollha inkonvenjent kontinwu b'ilma nieżel mill-proprjetà ta' fuqha ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorità spezzjonat il-fond f’Novembru 2011. Dan il-blokk t’appartamenti huwa parti mill-iskema Il-Binja Tiegħi, id-Dar tiegħi għal din is-sena. L-awtorità qed tistenna illi jiġi ffurmat l-Assoċjazzjoni tar-Reżidenti sabiex jiġu allokati l-flus lill-kunsill lokali sabiex dawn ix-xogħlijiet jitwettqu.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 31682, billi minn 1470 talba jidher li 1441 kontramandati ġew akkordati, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar jekk dan ifissirx li fil-parti l-kbira tagħhom il-mandati oriġinali kienu b'xi mod barra minn lokhom u li konsegwenza tagħhom mijiet ta' persuni daħlu f'inkwiet żejjed?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
B’referenza għad-domanda tal-Onor. Membru jiġi sottomess li l-maggoranza assoluta tal-kontro-mandati jsiru wara li jkun sar ħlas jew tkun saret garanzija b’cedola ta’ depożitu, jew għax ikun intlaħaq ftehim bejn il-partijiet. Għalhekk żgur li dan ma jistax b’xi mod jiġi interpretat li fil-parti l-kbira tagħhom il-mandati oriġinali kienu b'xi mod barra minn lokhom u li konsegwenza tagħhom mijiet ta' persuni daħlu f'inkwiet żejjed.
Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja — CVs tal-membri
Question
B'referenza għall-ħatra tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra is-CV ta' kull membru in partikolari u l-esperjenza tagħhom fil-politika tal-familja?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni maħtura fuq il-Kummissjoni Familja huma persuni b’esperjenza professjonali f’diversi oqsma relatati mal-iżvilupp tal-familja fosthom mill-oqsma tal-ħarsien u l-ħidma socjali, l-edukazzjoni, il-psikoloġija, l-istudji dwar il-familja, it-trejdunjoniżmu, iż-żgħażagħ u oqsma oħra relatati. Minħabba l-protezzjoni tad-data, u wara pariri li ħadt, ma nħossx li hu prudenti li npoġġi s-CVs dettaljati tal-persuni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li minn mindu twieldet it-tarbija, minkejja li applikat għaċ-children's allowance qalet li qed tieħu bin-nieqes?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intalbet tħallas mal-€1000 bħala spiża meta kienet rikoverata l-isptar? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti spjegazzjoni kif waslu għal dan l-ammont?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija ma tikkonċernax lil dan il-Ministeru. Nitlob għalhekk sabiex tgħaddi ghand il-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq il-ħsara fil-balavostri u l-madum fil-parapetti komuni ta' proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-inkwilin qatt ma rreġistra lment mal-Awtorità tad-Djar. Huwa imħeġġeġ jikkuntattja l-Customer Care tal-Awtorità sabiex ikunu jistgħu jieħdu d-dettalji tal-każ u jżommuh infurmat bir-riżultanzi tal-ispezzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-irranġar fi proprjetà tal-gvern li saret f'isem il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-inkwilina imsemmija qatt ma tefgħet applikazzjoni mal-Awtorità tad-Djar. Hija imħeġġa tikkuntattja l-Customer Care tal-awtorità sabiex ikunu jistgħu jispjegawlha kif tapplika għall-iskema li hija interessata tidħol fiha.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-Qrati Maltin, bħalissa? F'liema partijiet tal-Qrati tagħna huma pendenti dawn l-istess kawżi?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Tweġiba mill-Qorti Civili ta’ Malta:
B’referenza ghall-interpellazzjoni tal-Onor Membru in-numru ta’ kawzi pendenti quddiem il-Qrati ta’ Malta huwa s-segwenti:
Qrati
Numru ta’ kawzi pendenti
Qorti Kostituzzjonali
54
Qorti tal-Appell (Superjuri)
777
Qorti tal-Appell (Inferjuri)
324
Qorti Civili Prim’ Awla
4593
Qorti Civili Prim’ Awla (Sede Kostituzzjonali)
199
Qorti Civili (Sezzjoni tal-Familja)
1282
Qorti tal-Magistrati (Civil)
1147
Bord tal-Arbitragg dwar l-Artijiet
199
Bord li Jirregola l-Kera
455
Bord dwar il-Kontroll ta’ Kiri ta’ Raba’
106
Tribunal ghal Qsim tal-Wirt
18
Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u Konsumatur
3
Tribunal ta’ Revizjoni Amministrattiva
339
Tribunal ghal Talbiet Zghar
1147
Twegiba mill-Qorti ta’ Għawdex:
Kawżi pendenti:
ĠURISDIZZJONI ĊIVILI
(sal-aħħar tas sena 2011)
Superjuri (Familja u Ġenerali)
548
Inferjuri
76
Qorti tal-Appell – Inferjuri
7
Total
638
Mill-figura mogħtija għas-Superjuri hemm 46 kawża li hija differita sine die filwaqt illi fil-Ġurisidzzjoni Inferjuri hemm 7 hekk differiti.
Dawn il-figuri jirreferu għal kawżi biss (rikorsi ġuramentati) u ma jinkludux rikorsi oħrajn jew mandati ta’ inibizzjoni.
ĠURISDIZZJONI KRIMINAL
(sal-aħħar tas-sena 2011)
Kawżi Sommarji
36
Kumpilazzjonijiet
226
Dwana
1
Eco Tax
0
VAT
77
Sanita’
0
ETC
12
Labour And Emigration
1
ALE
36
MEPA
0
Traffiku
43
Kolliżjonijiet
1
Tad-Distrett
449
Minuri
4
Health & Safety
0
Tal-Familja
0
Letters of Request
0
Libell (Kriminali)
0
Breach of Bail Conditions
0
Income Tax
3
Qorti tal-Appell (Inferjuri)
17
Twegiba mill-Qorti Kriminali ta’ Malta:
Courts of Magistrates (Malta) -Criminal Jurisdiction
PENDING 2011
Summary Proceedings
1161
Compilations
3082
Customs
86
Eco Tax
41
VAT
910
Health
222
ETC
77
Labour And Emigration
119
ALE
21
Planning Authority
15
Traffic
650
Collisions
271
Districts
4032
Minors
22
Health & Safety
65
Family Court
262
Letters of Request
7
Libel Criminal
14
Breach of Bail Conditions
6
Income Tax
349
Criminal Courts (Superior)
PENDING 2011
Trials by Jury
94
Court of Criminal Appeal (Inferior)
606
Court of Criminal Appeal (Superior)
52
numru ta' persuni li qed jirċievu ċ-children's allowance
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni taħt l-20 sena li qed jirċievu ċ-children's allowance? Kif inhuma mqassma dawn l-istess persuni skont il-lokalità li ġejjin minnha?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qed nissottometti fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29028, jista’ l-Ministru jgħid jekk wasalx iż-żmien li tittieħed deċiżjoni finali li persuna li diġà għaddiet bord quddiem it-tobba tal-Bord tal-Invalidità għal iktar minn tliet darbiet, u għalqet il-50 sena, tiġi meqjusa bħala persuna li hija mgħoddija bord permanenti? Jaf il-Ministru li dawn in-nies vulnerabbli qed ikollhom jonfqu ħafna flus kull darba li jiġu biex iġeddu ż-żmien minħabba li jkollhom jagħmlu ċertifikati ġodda?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor Interpellant li biex persuna tikkwalifika għall-pensjoni tal-invalidità il-kundizzjoni medika tagħha trid ‘tkun ta’ natura permananti’. L-enfasi hija fuq in-natura tal-kundizzjoni fiżika u mentali ta’ persuna u mhux l-età u barra minn hekk l-istess Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) jitlob li kull każ ikun rivedut mill-aspett mediku ta’ lanqas kull tliet snin.
Tajjeb jiġi ċċarat li meta ssir revizjoni l-persuna kkonċernata tintalab li tissottometti informazzjoni dwar il-kundizzjoni tagħha. Dan isir billi timtela’ formola apposta mit-tabib kuranti tal-persuna. M'hemmx il-ħtieġa li l-persuna kkonċernata tirrikorri għand speċjalista.
Barra minn hekk fejn il-persuna tkun qegħda tirċievi kura fi sptar jew klinika tal-Gvern, il-Bord tad-Dipartiment ikollu aċċess għal din l-informazzjoni biex jiġi determinat id-dritt tal-pażjent li jkompli jirċievi l-pensjoni msemmija u b’hekk il-persuna ma jkollhiex għalfejn tibgħat ċertifikati dwar il-kundizzjoni tagħha..
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern qatt ma esegwixxa xogħlijiet sabiex jinbidlu s-soqfa tal-blokkijiet tal-appartamenti tal-Gvern (ex-military barracks) fl-Imtarfa, liema soqfa kienu ġew ikkundannati mill-periti tal-Gvern wara li l-appartamenti kienu ġew assenjati lir-residenti fl-1985?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti iktar dettalji dwar il-blokki t’appartamenti li qed jirreferi għalihom.