Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitranġaw l-ispeed humps li jinsabu fi Triq Dingli, f’Tas-Sliema, fid-dawl tal-ilmenti li kien hemm li dawn għandhom għoli esaġerat u jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-vetturi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 f’Ħal Għargħur u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 fl-Imsida u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 fis-Swatar, l-Imsida u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru sal-aħħar tas-sena 2025 f’San Ġwann u jindika x’tip ta’ xogħol ser ikun qiegħed isir f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Impjegati fuq skala 15
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fir-riorganizzazzjoni tal-progressions tal-iskali għall-impjegati tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, l-impjegati fuq skala 15 ma rċevew l-ebda żieda?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskali u progressjoni u assimilazzjoni ta’ kull kategorija jsiru skont il-Ftehim Settorali li jkun maqbul bejn il-Gvern mal-unions rispettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ħadd ma qed jitħalla jidħol fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi xogħlijiet għaddejjin mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jew minn xi entità oħra?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali hu kompletament aċċessibbli u miftuħ għall-pubbliku kuljum.
B’referenza għal Artikolu 3(2)(d)(iii) tal-Att dwar l-Inġiniera, jista’ l-Ministru jgħid x’jikkostitwixxi “prattika tal-professjoni” kif imsemmi fl-istess artikolu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Att ċitat minnu, ossia Kap. 321 tal-liġijiet ta’ Malta "servizzi ta’ inġinerija" hi mfissra bħala attivitajiet ta’ disinn, speċifikazzjoni, żvilupp, installazzjoni, kummissjonar, tħaddim, manutenzjoni u dekummissjonar ta’ kwalunkwe proċess, informazzjoni u sistemi relatati mekkaniċi, elettriċi, kimiċi u l-imsemmija attivitajiet għandhom jitwettqu minn jew taħt l-awtorizzazzjoni u l-gwida ta’ inġinier li għandu warrant, kompetenti fil-qasam kif rikonoxxut mill-Bord.
Għaldaqstant kandidat li japplika għall-warrant ta’ Inġinier, biex jottjeni tali warrant għandu jkun tħarreġ fil-prattika tal-professjoni billi jkun wettaq/tħarreġ f’waħda jew iktar mis-servizzi msemmija taħt is-sorveljanza ta’ inġinier li jkun fil-prattika, jiġifieri taħt l-awtorizzazzjoni u l-gwida ta’ inġinier li għandu warrant.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir fi Ġnien Raymond Caruana, il-Gudja? Jista’ jgħid ukoll għalfejn jidher li dan ix-xogħol waqaf fl-aħħar ġimgħat, u meta huwa mistenni li jkun lest?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq xogħol preparattiv estensiv fejn inqala’ l-pavimentar il-qadim, tqegħdu pajpijiet għas-servizzi kollha, tnaddaf u ssewwa l-ġibjun eżistenti sabiex l-ilma li jinħażen ġo fih ikun jista’ jintuża mis-sistema tal-irrigazzjoni tal-ġnien, tqiegħed tank ta’ riserva għall-funtana u saret sodda tal-konkrit rinfurzat sabiex tieħu l-pavimentar il-ġdid. Saru wkoll bażijiet tal-konkrit rinfurzat sabiex jieħdu d-dwal dekorattivi maħsuba għal dan il-ġnien.
Bħalissa għaddejjin xogħlijiet sabiex jingħata paviment tat-tip
exposed aggregate
fil-ġnien kollu u fil-ġimgħat li ġejjin ser jinbeda ix-xogħol fuq il-funtana, is-sistema ta’ dawl dekorattiv u kameras tas-sigurtà.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28280, jista’ l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni fir-rigward tar-rotta numru 88 mill-Belt Valletta għall-Gudja u viċi-versa, mill-1 ta’ Jannar sal-20 ta’ April 2025?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28320 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid b’liema xogħlijiet ġiet inkarigata Infrastructure Malta f’Għawdex?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li Infrastructure Malta minn żmien għal żmien tagħmel xogħlijiet meħtieġa marittimi fil-gżira t’Għawdex. Bħalissa Infrastructure Malta għandha pjanat xogħol fuq l-iskallijiet tal-Qbajjar u ta’ Ħondoq ir-Rummien, kif ukoll xogħlijiet ta’ emergenza fil-bajja tax-Xlendi u fuq skall fid-Dwejra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28308 u jgħid x’passi ser jittieħdu mill-Ministeru tiegħu fir-rigward tal-iżvilupp tas-sit ta’ parkeġġ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li ġiet sottomessa l-applikazzjoni biex jinġiebu l-permessi neċessarji qabel ma jkun jista’ jsir l-iżvilupp. Il-proġett jikkonsisti f’kostruzzjoni ta’ parkeġġ taħt l-art mibni fuq sitt sulari, fejn ser jinħolqu madwar 330 spazju ta’ parkeġġ. Il-pjan hu li l-parkeġġ ikun konness mal-moll ta’ Bormla viċin tal-Ferry landing. Fil-frattemp, ser tkun qed tiġi sottomessa applikazzjoni separata minn Project Green, fejn ser ikunu qed jieħdu ħsieb id-disinn tas-sular ta’ mat-triq li ser ikun iddiżinjat biex jiffaċilita’ l-użu tal-ispazju mill-istudenti u l-edukaturi. Il-proġett qed isir b’konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għaliha ġew installati diversi road humps fi Triq il-Panorama, il-Qrendi? F’każ li dawn ġew installati biex tiġi kkontrollata l-veloċità tal-vetturi f’din it-triq, jikkonsidra li tiġi installata speed camera minflok road humps, peress li dawn qed joħolqu inkonvenjent kbir lil kull min juża din t-triq, speċjalment vetturi kbar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta awtorizzat l-installazzjoni ta’ road humps f’din it-triq fuq talba tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi, minħabba rapporti ta’ eċċess ta’ veloċità.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26756 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Jista’ l-Ministru jgħid liema bajjiet ġewwa Għawdex u Kemmuna ġew magħluqa u ddedikati għall-għawm sabiex il-pubbliku, b’mod partikolari t-tfal, jgħumu f’ambjent aktar sigur? Liema bajjiet żdiditilhom jew ser tiżdidilhom is-swimming zone għal-dan is-sajf? Jista’ jgħid ukoll liema bajjiet fadal jiġu magħluqa ġewwa Għawdex u Kemmuna biex ikunu ddedikati għall-għawm għall-pubbliku u meta se jingħalqu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull sena jinħarġu żewġ avviżi lill-Baħħara (Notices to Mariners) relatati mal-istaġun tas-sajf. Wieħed minnhom jikkonċerna ż-żoni ddedikati għall-għawm (swimming zones), filwaqt li l-ieħor jirrigwarda żoni ddikjarati bħala ristretti għall-bastimenti biex jiġi żgurat l-aħjar livell ta’ sigurtà għall-għawwiema.
Iż-żoni li jiġu inklużi fl-avviż dwar is-swimming zones huma dawk li jkunu ġew ikkonfermati mid-Dipartiment tas-Saħħa fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva. Min-naħa l-oħra, iż-żoni li jiġu ddikjarati bħala ristretti għall-bastimenti huma stabbiliti fuq talbiet kummerċjali, pixxini tal-water polo, u attivitajiet simili.
B'referenza għar-riforma fit-trasport, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riformi li tħabbru humiex kollha ser jiġu wkoll attwati u implimentati għal Għawdex?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lir-riforma ‘Reshaping Our Mobility’ fit-totalità tagħha hija intiza biex tindirizza l-isfida prinċipali tat-trasport f’pajjiżna.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24395 u 24914 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-8 ta’ Jannar 2024, sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, nxtraw 14-Il karozza ġdida mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu. Il-vetturi nxtraw għal uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures, huma intitolati għal karozza. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Għandu jiġi nnutat li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq San Ċiru, fil-Gudja u kemm ser idumu sabiex jiġu ffinalizzati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq San Ċiru qed isiru xogħlijiet relatati mas-sistema tad-drenaġġ, xogħlijiet fis-sistema tal-ilma tax-xorb, u bini mill-ġdid tal-bankini u t-triq, inkluż xogħol ta’ asfalt u żebgħa. Ix-xogħlijiet huma stmati li jdumu madwar xahrejn.
Jista’ l-Ministru jgħid x’jonqos sabiex Triq San Anard, f’Ħal Tarxien titlesta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ewwel parti tat-triq (bejn il-pastizzerija u l-Convenience) hija lesta mill-aħħar saff t’asfalt. Komplejna bit-tieni saff t’asfalt mill-Convenience san-niċċa tal-Madonna, u sal-ġimgħa d-dieħla ser inkunu lestejna t-tul tat-triq kollha bil-wiċċ, inkluż iż-żebgħa u t-tabelli.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq l-Iskola, f’Ħal Tarxien hix ser tiġi rranġata tul din is-sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi Triq l-Iskola, Ħal-Tarxien diġà saru xogħlijiet ta’ rimedju fuq bankini u ingħata asfat fuq partijiet mit-triq li ġew affettwati minn xogħlijiet li kienu għaddejjin. Infrastructure Malta ma ġietx mitluba taħdem fuq din it-triq bħala parti mix-xogħlijiet neċessarji f’Ħal Tarxien mill-Kunsill Lokali rispettiv.