Att dwar is-Saħħa — Regola 24(2) - Kura b’xejn għal TCNs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-policy dwar il-kura b’xejn għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) ma kinitx ippubblikata permezz tar-regolamenti taħt l-Att dwar is-Saħħa (Kap. 528), kif mitlub mir-Regola 24(2)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Peginterferon alfa 2a (pre-filled injection) hijiex out of stock? Jista’ jgħid ukoll għal liema kundizzjonijiet tintuża; kemm hawn pazjenti li huma preskritti dan il-vaċċin permezz tal-POYC u x’inhu jagħmel il-gvern biex jakkwista dan il-vaċċin importanti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Il-mediċina Pegintereron alfa-2a tintuża biex titratta pazjenti bil-Hepatitis B & C u bil-kanċer.
Ninsab infurmat li stock ta’ din il-medicina tingħata lill-ispiżeriji ta’ l-isptar Mater Dei, Sptar Generali ta’ Għawdex u r-residenza tal-SVPR. Din it-tip ta’ mediċina ilha tkun nieqsa internazzjonalment snin u nfatti d-dipartiment flimkien mal-kliniċi biddlu l-ispeċifikazzjoni kliniċi mhux darba biex jinxtara l-prodott li jkun qiegħed jintuża barra minn Malta. F’dawn l-aħħar snin, CPSU xtara kemm mill-Kanada kif ukoll mill-Ġappun barra mill-pajjiżi fl-UE.
Bħalissa il-kuntratt li hemm fis-seħħ ilu attiv mis-sena 2023, pero fil-2024 il-pajjiżi kienu qed jerġgħu jesperjenzaw nuqqas ta’ allokazzjoni ta’ stock minħabba restrizzjonijiet mil-kumpanija li timmanifattura din il-mediċina. Bhala kontinġenza, CPSU jippublika b’mod regolari lista ta’ mediċini imsejħa ‘’Problematic to Source’’ u ġew ippublikati sejħiet urġenti għal dan l-istock biex il-pazjenti ma jibqgħux mingħajr trattament. Kien hemm numru ta’ seħjiet li ġew ikkanċellati minħabba li anke kuntratturi alternattivi esperjenzaw l-istess problema ta’ aċċessibilita’ minn pajjiżi barranin. CPSU ordna kwantitajiet mingħand min beda joffri. Kien qiegħed jintbagħat biss stock ta’ massimu tlett ġimgħat fix-xahar biex kull pajjiż ikollu ftit stokk.
Infurmat li fl-10 ta’ Lulju, CPSU irċieva l-aħħar konsenja mis-sejħa urġenti – kwantità ta’ 88 injections li ġew supplixxiti l-ispiżeriji konċernati.
Iktar stock mistenni jiġi supplixxit mil-kuntratt li hemm fis-seħħ wara li l-kuntrattur ewlieni infurmana li l-mediċina għandha terġa tkun aċċessibli minn pajjiżi barranin mit-18 ta Lulju 2025 ’il quddiem. CPSU bħalissa qiegħed f’kuntatt kontinwu mal-kuntrattur ewlieni u qiegħed jistenna detallji dwar id-data ta’ meta se terġa ssir id-delivery.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi xogħlijiet fis-SAMOC fl-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li qed isiru xi xogħlijiet sabiex jinbidlu pajpijiet u sink mixers f’ċerti partijiet tad-Dipartiment tar-Radjoterapija. Dawn ix-xogħlijiet ġew ippjanati u qegħdin isiru f’fażijiet sabiex joħolqu l-anqas inkonvenjent tant li fejn hu maħsub li jista’ jkun hemm ammont akbar ta’ trab, dik iż-żona ġiet magħluqa b’mod preventiv.
Infurmat li ttieħdu miżuri sabiex it-toilets ikunu disponibbli fl-iqsar distanza possibbli għall-pazjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet ittieħdu biex jiġi żgurat li waqt li jkun għaddej ix-xogħol fuq is-sistema tal-ilma fis-SAMOC fl-Isptar Mater Dei, ma jkunx hemm trabijiet għad-dannu tal-pazjenti?
Jista’ l-Ministru jgħid x’salvagwardji qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-pazjenti ma jbatux il-konsegwenzi minħabba x-xogħol li qed isir fuq is-sistema tal-ilma fis-SAMOC fl-Isptar Mater Dei?
Mediċina Adalimumab – Pazjenti li qed ikollhom reazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’għandhom jagħmlu l-pazjenti li qed ikollhom reazzjoni għall-mediċina Adalimumab, wara li d-ditta nbidlet minn dik li kienet tiġi mogħtija qabel mill-POYC?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li meta pazjent jesperjenza reazzjonijiet avversi għal kwalunkwe mediċina illi titqassam mill-POYC għandhom jinfurmaw b’dan lit-tabib kuranti tagħhom u lill-ispiżjar ta’ l-ispiżerija ta’ l-għażla tagħhom (i.e. minn fejn jiġbru l-mediċini), mill-aktar fis possibbli. Tobba jew spiżjara illi jippreżentawlhom pazjenti b’tali ilmenti, għandhom jagħmlu kuntatt mal-uffiċċju tal-uffiċċjali responsabbli tal-POYC fuq rp.poyc@gov.mt sabiex tiġi provduta lilhom formola illi permezz tagħha jinġabru d-dettalji tal-każ għan-nom tal-pazjent. Dan sabiex permezz ta’ din il-formola ssir sottomissjoni ma l-Awtorità tal-Mediċini ta’ Malta biex il-każ jiġi investigat.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jiffunzjona l-alarm li se jiġi installat fi Pjazza San Ġorġ, f’Għawdex u meta ser jibda jaħdem? Jista’ jgħid ukoll min ser ikun responsabbli biex jara li l-proċess jaħdem u jaħdem minnufih?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li appena l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jirċievi telefonata minn numru tal-emerġenza 112 li tikkonċerna inċident li jkun seħħ fi Pjazza San Ġorġ, l-alarm jindaqq min-naħa tal-emerġenza u l-ambulanza titlaq immedjatament. Dan għandu jassigura li sakemm tasal l-ambulanza jkun hemm biżżejjed spazju biex l-ambulanza tkun tista’ tidħol fil-pjazza, bit-tim mediku jagħti l-għajnuna neċċessarja. Il-permess għad-dawl inħareġ mill-ARMS u qegħdin isiru l-preparamenti biex tiġi installata l-alarm mill-aktar fis possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Patient Information leaflets bl-Ingliż ser jibdew ikunu inklużi fil-kaxxi tal-mediċini li jkollhom Patient Information leaflet b’lingwa oħra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jingħataw l-insulin pumps u lil liema etajiet ser jingħataw?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddejja ħidma biex ikun hemm ċertezza li l-professjonisti kollha li ħa jkunu nvoluti fil-preparamenti u l-kura tal-pazjenti li ser jingħataw dawn l-insulin pumps jirċievu t-taħriġ kollu neċessarju. Beda wkoll il-proċess fejn l-ewwel grupp ta’ pazjenti li ser jirċievu dawn il-pumps bdew jirċievu t-taħriġ neċessarju mit-tobba u d-dieticians tagħna. Ġie wkoll identifikat is-sit fejn ser tinfetaħ l-insulin pump clinic. Ġaladarba jitlestew dawn il-proċessi jibda t-tqassim ta’ dawn l-insulin pumps.
Dawn il-pumps ser jingħataw lill-pazjenti li għandhom 18-il sena jew inqas u lil dawk li jbatu min kanċer tal-frixa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28771 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal intervent newrokirurġiku?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm 230 pazjent li ilhom jistennew intervent newrokirurġiku u ilhom jistennew aktar miż-żmien stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent. Ikun hemm diversi raġunijiet għala dan jiġri, inkluż raġunijiet mediċi. Inserraħ ras kulħadd li kull operazzjoni urġenti ssir fl-iqsar żmien possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern joffrix sapport psikoloġiku jew servizzi multidixxiplinari oħra (bħal nutrizzjoni, fiżjoterapija, occupational therapy) lil dawk b’Rheumatoid Arthritis (RA)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-servizzi kollha msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29799 huma disponibbli jekk u meta jkun klinikament indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandu xi pjanijiet għall-kura tal-pazjenti b’Rheumatoid Arthritis (RA) għas-snin li ġejjin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li sejjer jiżdied id-diagnostic musculoskeletal ultrasound fid-dipartiment biex isir assessjar aħjar ta kemm qed jaħdmu il-mediċini tar-Rheumatoid Arthritis. Barra minn hekk, ser jiġu introdotti mediċini ġodda għar-Rheumatoid Arthritis bħal: subcutaneous methotrexate pre-filled injections u JAK Kinase inhibitors.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tfal f’Malta kienu dijanjostikati b’Juvenile Idiopathic Arthritis sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jipprovdi data dwar:
i. il-prevalenza (numru totali ta’ tfal b’Juvenile Arthritis);
ii. l-inċidenza annwali (il-każijiet il-ġodda kull sena); u
iii. it-tqassim skont età, is-sess u r-reġjun (Malta vs Gozo)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-inċidenza, il-prevalenza u d-distribuzzjoni tal-JIA permezz tal-età u s-sess fil-gżejjer Maltin huma simili għal dawk tal-pajjiżi żviluppati kollha.
Juvenile Idiopathic Arthritis – Sapport u servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sapport jew servizzi qed jiġu offruti b’mod multidixxiplinari lil tfal b’Juvenile Idiopathic Arthritis – bħal fiżjoterapija, appoġġ psikoloġiku, edukazzjoni dwar il-kundizzjoni u sostenn lill-ġenituri?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi s-servizzi multidixxiplinari kollha huma disponibbli fl-Isptar Mater Dei u pprovduti għall-aħjar kura tal-pazjent jekk ikun klinikament indikat. Il-ġenituri huma dejjem involuti bis-sħiħ fi kwalunkwe proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Juvenile Arthritis – Kampanji ta’ edukazzjoni u għarfien
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirux inizjattivi ta’ edukazzjoni jew kampanji ta’ għarfien dwar kundizzjonijiet bħal Juvenile Arthritis biex jiġu identifikati aktar kmieni? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi taħriġ għal professjonisti tas-saħħa f’dan ir-rigward?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-programm ta’ awtoġestjoni “Ħu Kontroll” għal persuni li jgħixu b’kundizzjonijiet kroniċi bħall-artrite, jinkludi edukazzjoni u akkwist ta’ ħiliet bħall-komunikazzjoni, l-ippjanar tal-azzjoni u l-bidla fl-imġiba. F’kull kampanja edukattiva nazzjonali dwar is-saħħa, il-pubbliku huwa mħeġġeġ jikkonsulta lit-tabib tal-familja jew lill-ispeċjalista tagħhom meta jseħħu sinjali jew sintomi ġodda ta’ mard, peress li ħafna drabi azzjoni bikrija twassal għal riżultat aħjar għas-saħħa.