Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spazju ta' parkeġġ riservat għal persuni b'diżabilità kien hemm fil-Ħamrun fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena u triq triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kull filgħaxija, fi Triq tal-Ħotba li twassal minn Bulebel għal Tal-Barrani jinqata’ d-dawl u jkun hemm dlam ċappa? Peress li dan hu ta’ periklu, jista jgħid għaliex dan ma jistax jiġi rimedjat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż- Żejtun li ma rċeviex rapporti f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa ilu jitlob snin biex jiġu rranġati diversi bus shelters f’Birżebbuġa, kif ukoll isiru oħrajn ġodda fejn dawn huma nieqsa, baqa’ ma sar xejn, bil-konsegwenza li min juża l-karozza tal-linja ma jkollux fejn jistkenn kemm meta tagħmel ix-xita fix-xitwa kif ukoll fil-qilla tax-xemx fis-sajf? Jista’ jgħid ukoll meta ser isiru dawn x-xogħlijiet ta' manutenzjoni u meta ser jiġu installati bus shelters ġodda fejn hemm bżonn?
Response (BONNICI, OWEN)
Informat li sad-data ta' din it-tweġiba ta' dina d-domanda l-Kunsill Lokali de quo ma kellux dina l-informazzjoni.
Sannat – Kunsill Lokali — 'TENDER FOR ASPHALTING WORKS WITH HOT ROLLED ASPHALT IN TA' SANNAT IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER SNTLC/01/2022'
Question
B' referenza għas-sejħa li ħareġ il-Kunsill Lokali tas-Sannat f'Jannar 2022, 'TENDER FOR ASPHALTING WORKS WITH HOT ROLLED ASPHALT IN TA' SANNAT IN A RESOURCE EFFICIENT MANNER SNTLC/01/2022', jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti din is-sejħa u kemm hu l-valur li biha ġiet awarded din is-sejħa? X'tip ta' xogħlijiet saru permezz ta' din is-sejħa sa issa u kemm ġew jiswew sa issa? Jista’ jgħid ukoll liema xogħlijiet oħra baqa’ jsiru permezz ta’ din is-sejħa, meta ħa jibdew u jitlestew u kemm huma stmati li ser jiġu jiswew? Jista’ jgħid ukoll jekk din is-sejħa hux ser tkun iffinanzjata kollha kemm hi mill-fondi tal-Kunsill Lokali tas-Sannat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li din is-sejħa kienet tikkonsisti f’ offerta għal xogħlijiet ta’ asfaltar b’asfalt irrumblat bis-sħana f’Ta’ Sannat b’mod effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-valur li biha ġiet awarded din is-sejħa kien ta’ €107,180.90 (exc. VAT). Sal-lum ma saru l-ebda xogħlijiet u ma kienx hemm infieq, lanqas hemm data speċifika minħabba li qed jiġu mistennija konfermi minn dipartimenti oħra. Ninsab infurmat ukoll li din is-sejħa mhux ser tkun iffinanzjata kollha kemm hi mill-fondi tal-Kunsill Lokali.
Kunsill Lokali Naxxar – Xogħlijiet fi Triq Burmarrad
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsilli Lokali tan-Naxxar għandux ħsieb li jwettaq xogħlijiet fi Triq Burmarrad (it-triq li tagħti minn Triq il-Witja/Triq Toni Camilleri għal Triq is-Salina)? Jekk iva, liema xogħol hemm ippjanat u meta hu ppjanat li dan isir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar li m’għandux pjanijiet ta’ xogħlijiet fl-imsemmija triq.
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar — Xogħlijiet fi Triq Burmarrad
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għandux ħsieb li jwettaq xogħlijiet fi Triq Burmarrad (it-triq li tagħti minn Triq il-Witja/Triq Toni Camilleri għal Triq is-Salina)? Jekk iva, liema xogħol hemm ippjanat u meta hu ppjanat li dan isir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li m’għandux ħsieb jagħmel xogħlijiet fl-area msemmija ħlief dak normali ta’ rutina.
Jista’ l-Ministru jgħid kif hu maħsub li Għar il-Friefet, Birżebbuġa, jiġi protett u inkorporat fil-management plan għal Għar Dalam National Park, u jgħid x’tip ta’ Buffer/Sensitivity Zone se jkollu dan l-għar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil l-Onor. Interpellant li Għar il-Friefet huwa diġa’ protett u mħares b’buffer zone permezz ta’ l-iskedar li sar mill-Awtorità ta’ l-Ippjanar. Dan is-sit ma jaqgħax taħt ir-responsabilta’ ta’ Heritage Malta u għalhekk ma jaqgħax taħt l-pjanijiet u azzjonijiet li għanda l-Aġenzija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ħarġitx stop notice wara li ġiet irrappurtata s-sejba ta’ għar waqt xogħlijiet biex jinbena ċentru ċiviku fix-Xagħra, Għawdex, u jgħid jekk irriżultax li partijiet mill-għar intradmu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali li s-Sovrintendenza ħarġet ‘suspension notice’ fit-termini ta’ Artiklu 62.1 tal-Att tal-Wirt Kulturali, u talbet sottomissjonijiet mingħand il-perit responsabbli dwar il-każ. Preżentament, is-Sovrintendenza qiegħda tistenna din id-dokumentazzjoni sabiex tevalwa l-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali taż-Żejtun matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li matul is-sena 2023 irċieva diversi lmenti u suġġerimenti li parti sostanzjali minnhom saru b’mod verbali lis-Sindku u l-membri tal-Kunsill u għaldaqstant ma jistgħux jiġu kkwantifikati. In-natura ta’ dawn is-suġġerimenti kienu varji, fosthom sabiex isir manteniment ta’ bankini, żieda ta’ bozoz fit-toroq u taħwil ta’ siġar f’zoni differenti u problemi relatati mal-iskart.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet quddiem il-Local Governance Board imwaqqaf bl-Avviż Legali 363.150 matul is-sena 2023 u kemm hemm każijiet pendenti kif ukoll minn min huwa kompost l-istess bord?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023 tressqu 7 każijiet lil-Bord għall-Governanza Lokali u li hemm 16 il-każ pendenti.
Il-Bord huwa kompost kif ġej:
ChairpersonSur Simon Abela
MembriSur Joseph Scerri
Sur Michael Mifsud
Sa Sarah Lee Zammit
SegretarjuSur Pablo Cachia Belli
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra għandux xi ħsieb li jinfetaħ Day Centre għall-Anzjani fix-Xgħajra? Jekk iva, hemm xi post indikat u meta ser jiftaħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li għalissa m’għandux ħsieb li jinfetaħ Day Centre għall-Anzjani fil-lokalità.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni valida għaliex il-bankina li hemm f’Dockyard Street, Raħal Ġdid quddiem il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma tiġix konformi mar-rakkomandazzjoni tal-CRPD 18/11/22?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li l-parti tal-bankina indikata (murija fir-ritratt meħud fit-18.3.24 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra) hija affettwata minn xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li għadhom ma tlestewx. Il-proċedura hija li mat-tlestija tax-xogħlijiet, il-Kunsill jiddikjara mal-Awtorità tal-Ippjanar jekk il-bankina tħallietx fi stat tajjeb jew le.
Il-Furjana – Triq Ġnien Dante Aligheri – Siġar taċ-ċitru
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16617, jista’ l-Ministru jara li anke jekk il-frott tas-siġar taċ-ċitru li hemm fi Ġnien Dante Aligheri, il-Furjana huwa tal-bakkaljaw, jistgħux jinġabru u jiġu użati, jekk mhux mill-entità non-governattiva msemmija fl-istess tweġiba, minn oħra, għax hija ħasra li jintremew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana li din il-materja, flimkien ma’ oħrajn ser tkun diskussa mal-kuntrattur il-ġdid li beda bil-ħidma tiegħu fl-1 ta’ April 2024.
San Pawl il-Baħar – Pjazza Sir Luigi Preziosi – Rapporti dwar qtugħ ta’ dawl dekorattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar irċeviex rapporti dwar qtugħ ta' dawl dekorattiv fi Pjazza Sir Luigi Preziosi (fiż-żona tal-Good Samaritan Hospital), San Pawl il-Baħar, liema dawl qiegħed kontinwament jinqata'? Jekk iva, jista’ jgħid ukoll matul l-aħħar sena, meta rċieva dawn ir-rapporti u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li rċieva rapport u għaddieh lill-Korporazzjoni Enemalta u lid-Dipartiment tax-Xogħolijiet Pubbliċi dakinnhar stess, fejn tal-aħħar, ikkonfermaw li min-naħa tagħhom saret il-manutenzjoni fl-istess ġurnata. Il-Korporazzjoni Enemalta irraportaw ukoll li saru t-tiswijiet neċessarji.
Dan kien l-ewwel rapport għal din is-sena dwar din il-pjazza.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17023, ġaladarba fil-brief li l-Ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hemm miktub li dan fil-fatt huwa brief u mhux il-management plan li suppost kellu jsir wara l-management brief, u nikkwota:
“6.1.4 The preparation of the management plan and its funding
The next action being recommended is the drawing up of a Management Plan, guided by the Vision, Objectives and Priority Actions outlined in this Brief. It will determine timelines and propose a business plan for at least 3 years, highlighting the resources required, particularly funding.”,
jista’ l-Ministru jgħid jekk il-management plan ġiex iffinalizzat minn dak iż-żmien ’l hawn, u jekk iva jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-management plan li tħejja għal Għar Dalam National Park?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant u nippreċiża ulterjorment li l-Management Plan Brief li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17023 sar sabiex Heritage Malta tiffoka l-ħidma tagħha fiż-żoni li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha direttament. F’din il-ħidma Heritage Malta rat li kull azzjoni u interevent li sar jew qed jiġu ppjanati minnha, jkunu konformi u jirrispettaw il-Management Plan Brief. Din il-ħidma u t-tfassil ta’ azzjonijiet saru minn Working Group fi ħdan l-Aġenzija, li t-termini ta’ referenza ta’ dan il-grupp kienu li jippjana u jwettaq dak kollu li jista’ minn dak li kien imfassal fil-Management Plan Brief. Dan dejjem fejn jidħlu siti amministrati mill-Aġenzija u skont il-fondi disponibbli. Mil-lat tekniku Master Plan jew Management Plan għas-sit huwa dovut fil-mument li jiġi formalizzat il-Heritage Park ta’ Għar Dalam.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xelter li nstab fi Triq Callus fil-Mosta hux se jkun aċċessibbli għall-pubbliku, u jgħid liema azzjoni se tittieħed biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-cables li bħalissa għaddejjin mix-xelter, u jekk dawn humiex se jiġu mgħoddija minn post differenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li ż-żewġ xelters fi Triq Callus huma miftuħa taħt monitoraġġ. Qegħdin isiru laqgħat min-naħa tas-Sindku flimkien ma’ Infrastructure Malta u rappre¿entanti tal-entitajiet sabiex jaraw jekk hux teknikament possibbli li f’wieħed mix-xelters eżistenti jiġu rilokati s-servizzi li hemm. Ninsab infurmat wkoll li il-Kunsill qed jitlob li l-bankini jiġu modifikati biex l-entraturi ta' dawn ix-xelters jiġu fuq bankina u mhux fit-triq u b'hekk tali xelters jkunu jistgħu jinfetħu għall-pubbliku.
Ir-Rabat, Għawdex — Pjazza San Ġorġ – Passaġġi pubbliċi– Permessi ta’ żgombrar mill-Kunsill Lokali
Question
Jista’ l-Ministru:
i. jgħid kemm kien hemm drabi f'din l-aħħar sena li l-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex ħareġ permess ta’ żgombrar u għeluq għat-traffiku fi Pjazza San Ġorġ minħabba okkażjonijiet?
ii. jgħid jekk il-Kunsill Lokali tar-Rabat għandux ġurisdizzjoni fuq żgombrar tal-imwejjed u siġġijiet fl-istess pjazza f’okkażjonijiet bħal funerali u tiġijiet u għaliex dan mhux iseħħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex li:
i. F'din l-aħħar sena (minn 25.03.23 sa 27.03.24) fi Pjazza San Ġorġ inħarġu 17-il permess taħt it-titlu 'divertiment okkażjonali/one day events', u 23 permess għal tiġijiet u funerali, total ta' 40 permess.
Ma’ dawn hemm il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, l-Irxoxt, il-festa ta' San Ġorġ f'Lulju u nhar Santa Marija. Dawn il-permessi jinħarġu bl-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Artijiet biex jitneħħew l-imwejjed u siġġijiet.
ii. Il-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex m'għandux ġurisdizzjoni fuq ¿gumbrar ta' mwejjed u siġġijiet fi kwalunkwe triq jew pjazza.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill tax-Xgħajra għandux xi pjanijiet biex jittranġa r-railing ta’ madwar ix-xatt tax-Xgħajra? Jekk iva, meta huwa ppjanat li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2024?