Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10977 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

National Insurance — kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li joperaw minn Malta li huma lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance? X’inhu l-ammont globali? Hemm kumpaniji li talbu biex jingħataw żmien itwal biex isir dan il-ħlas?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #11043 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polyclinics — spiża tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-Gvern biex żamm il-polyclinics ta' Raħal Ġdid, Furjana u Mosta miftuħa fil-ħinijiet ta' bejn is-7.00am u t-8.00pm kuljum fix-xahar ta' Lulju u Awwissu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ispiża medja biex iċ-Ċentri tas-Saħħa li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant inżammu miftuħa bejn is-7.00 a.m. u t-8.00 p.m. kuljum fix-xahar ta’ Lulju u Awwissu huma kif ġej: Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana: €3156 kuljum Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta: €3184 kuljum Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid: €3459 kuljum Dawn ma jinkludux il-bonuses u special allowance.
Leg 11 PQ #11048 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

nies li żaru l-polyclinics

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nies marru l-polyclinic ta' Raħal il-Ġdid mit-8.00pm sat-8.00am mit-13 ta' Lulju sat-13 ta' Awwissu jum b'jum?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11119 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — skemi mwaqqfa jew fi stat ta' reviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhu jiġri fl-Awtorità tad-Djar fis-sens li donnu l-iskemi kollha jew twaqqfu jew qegħdin fi stat ta' reviżjoni? X'sar mill-proġett li jinbnew djar ġodda għaż-żgħażagħ tagħna? Kif qed jiġu mgħejjuna ż-żgħażagħ bħalissa? Kemm daħlu applikazzjonijiet għal għajnuna taħt xi waħda mill-iskemi tal-Awtorità mill-bidu tas-sena sal-lum u kemm minnhom intqal lilhom li l-iskema jew twaqqfet jew iżżarmat?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-iskemi ġew riveduti biex jgħinu lil dawk il-persuni li veru għandhom bżonn l-għajnuna finanzjarja. L-iskemi l-ġodda diġà ġew ippublikati u huma in vigore. L-Awtorità tad-Djar qegħda tkompli bil-programm ta’ bini tad-djar. Bħalissa għaddej xogħol fuq 220 appartament. Barra minn hekk, hemm l-iskema tal-VAT refund fuq l-ewwel dar u l-iskema fejn wieħed jingħata sussudju għall-ewwel 10 snin fuq l-interessi li jħallsu meta jixtru dar mill-privat. Kienu ħargu għall-bejgħ numru ta’ appartamenti għal xiri (LN 74) bi prezz issussidjat sa 20 fil-mija. Ma kien hemm l-ebda skema li żżarmat, kif diġà intqal, l-iskemi ġew riveduti ħalli jingħataw l-għajnuna dawk li vera għandhom bżonn
Leg 11 PQ #11123 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar u Health care centres — gidmiet ta' pets velenużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies: a) L-isptar b) Health Centres wara gidmiet ta' pets velenużi bħal sriep, brimb u rettili oħra velenużi sena b'sena mill-2004 sal-lum? X'kura jingħataw?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi bis-sistema preżenti, persuna tkun ikkunsidrata li tikkwalifika ghal Pensjoni Ghal Invalidità kemm-il darba tkun tbati minn kundizzjoni jew marda li tirrendiha mhux kapaċi għax-xogħol. Fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali hemm tabelli ta’ Indeboliment (Impairment Tables), li bihom tista’ tiddetermina jekk il-kundizzjoni tal-persuna tirrendihix inkapaci għax-xogħol. Biex tiġi determinata jekk persuna tikkwalifikax għal Pensjoni għal Invalidità skond it-tabelli ta’ Indeboliment (Impairment Tables), it-tobba tal-bord mediku jevalwaw l-evidenza medika ipprovduta fuq l-applikazzjoni ghal din il-pensjoni flimkien ma’ ċertifikati jew rizultati mediċi li jissottometti l-applikant. Dan il-bord jagħti parir lid-Direttur Generali tas-Sigurtà Soċjali jekk il-persuna tikkwalifikax mill-aspett mediku. Dan il-proċess jassigura aktar trasparenza u għalhekk jgħin sabiex id-dritt għall-pensjoni imsemmija jingħata lil min tassew ħaqqu. Dan hu proċess li jiżġura li d-deċiżjoni qed titieħed fuq l-informazzjoni medika dettaljata u mhux fuq sempliċi eżami ta’ ftit. (ara korrezzjoni li ngħatat f'seduta 199 nhar il-15 ta' Marzu 2010 - PL 4130)
Leg 11 PQ #11256 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Serqiet rappurtati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija milll-Ministeru/dipartimenti/ korporazzjonijiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul din is-sena? Kemm huwa kalkulat il-valur misruq u x'natura ta' oġġetti eċċ. insterqu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11279 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: ANTHONY ZAMMIT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tqassim tal-pilloli u titqib ta' l-insulina lill-anzjani

Question

Ladarba t-tqassim tal-pilloli kif ukoll it-titqib ta' l-insulina fil-homes ta' l-anzjani huwa kompitu tan-nurses, jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern qiegħed jassigura li dan qiegħed iseħħ? Fejn għandhom iressqu l-ilmenti tagħhom il-qraba ta' dawn l-anzjani meta dan ma jseħħx? Min jinżamm responsabbli meta din il-proċedura ma tinżammx u jiġri xi każ fatali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7122 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mellieħa — Dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fid-dar tal-anzjani tal-Mellieħa? Minn liema lokalità huma? Kemm hemm nies jistennew biex jidħlu f’din id-dar tal-anzjani u minn liema lokalità huma?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7125 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċina Sutent

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi talba biex il-mediċina Sutent, bl-isem farmaċewtiku ta’ Sunitinib, li għandha suċċess biex issalva l-ħajja ta’ persuni milquta mill-kanċer, tibda tingħata mal-mediċini tas-servizz pubbliku tas-saħħa għax bħalissa jistgħu jeħduha biss dawk li jaffordjawha privatament għax hija għolja wisq? Kif qed tiġi kkonsidrata din it-talba?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li t-talba biex il-mediċina Sutent bl-isem farmaċewtiku ta' Sunitinib ġiet ikkunsidrata posittivament u ser tingħata wara li ssir applikazzjoni mill-konsulent kuranti lil dawk il-pazjenti milquta mill-kanċer li jkunu jinħtieġuha. Inbeda il-proċess biex tinxtara l-mediċina.
Leg 11 PQ #7126 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sliema — Tigne' Point - Appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tintlaqa’ t-talba ta’ dawk li applikaw biex jixtru l-appartamenti pubbliċi li hemm Tigne’ Point, Sliema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed isiru l-proċeduri neċessarji mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet biex dawn l-appartamenti jiġu trasferiti lill-Awtorità tad-Djar. Malli dan il-proċess isir, l-Awtorità tad-Djar tkun tista tiffirma l-kuntratti ta’ bejgħ ma’ dawn ir-residenti.
Leg 11 PQ #10117 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni foqra jew below the poverty line

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li hawn persuni li qed jgħixu fil-faqar jew inkella below the poverty line illum? Kif jikkompara dan ma' għaxar snin u ħames snin ilum? X'inhu l-istat ta' dawn il-persuni? X'età għandhom? Minn liema lokalità huma?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #10118 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni fuq ir-relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief illum? X'inhu l-istat soċjali tagħhom? Minn liema lokalità huma?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10463 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Imwiet ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta beda jiffunzjona l-Isptar Mater Dei kemm mietu persuni hemmhekk? Kemm minhom kienu irġiel u kemm kienu nisa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li minn Novembru 2007 sa Ġunju 2009 kien hemm 2,777 mwiet l-Isptar Mater Dei (residenti u turisti) skond ir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. Dawn kienu maqsuma hekk :- Sena Rġiel Nisa Nov-Dec 2007 97 89 Jan-Dec 2008 908 790 Jan-June 2009 465 428 Total 1,470 1,307.
Leg 11 PQ #10464 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Suwiċidji fi sptarijiet Governattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru suwiċidji f'xi sptar Governattiv mis-sena 2006 sal-lum sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li kien hemm 3 mwiet kawża ta’ suwiċidju f’xi sptar Governattiv mis-sena 2006 sa’ l-ewwel sitt xhur tas-sena 2009 skond informażżjoni miġbura fir-reġistru Nażżjonali ta’ l-Mwiet. In-numru s-sena b’sena hija hekk:- Year Numru 2006 2 2007 1 2008 0 2009 0
Leg 11 PQ #10465 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Suwiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru suwiċidji din is-sena s'issa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li kien hemm 19 mwiet kawża ta’ suwiċidju fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2009 skond informażżjoni miġbura fir-reġistru Nażżjonali ta’ l-Mwiet.
Leg 11 PQ #10669 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Night shelter għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett ta' night shelter għall-anzjani fin-naħa t'isfel ta' Malta? Kemm kienet l-ispiża minfuqa fuq dan il-proġett matul l-aħħar sena? Kemm kienu l-anzjani li għamlu użu minn dan in-night shelter matul l-aħħar sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10670 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Karen Grech — Spiża fuq manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol ta' manutenzjoni sar matul l-aħħar sena fl-Isptar Karen Grech u kemm kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10671 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema dwar loan repayments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx tnediet l-iskema li kellha tkun means tested u li biha kellu jibda jitħallas sa massimu ta' 30% tal-loan repayments ta' kull xahar għal perijodu ta' għaxar snin lil dawk il-koppji li jixtru l-ewwel dar tagħhom? F'każ li iva, kemm kienu l-koppji li kkwalifikaw għal din l-iskema u x'kienet in-nefqa li saret fuq din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema msemmija ġiet ippubblikata fit-28 ta’ Novembru 2008. Sal-lum daħlu 24 applikazzjoni li minnhom l-Awtorita’ tad-Djar approvat 16-il applikazzjoni. Peress li l-pagamenti jitħallsu b’lura, għadu ma sar l-ebda ħlas.

Health Assistants — Ċentru tas-Saħħa - Azzjoni Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid bl-azzjoni industrijali tal-Health Assistants fiċ-Ċentru tas-Saħħa: a) humiex jingħataw appuntamenti lill-pazjenti għat-teħid ta' demm, skeda ħamsa eċċ. b) humiex jiġi pproċessati riżultati ta' investigazzjonijiet ordnati minn tobba u speċjalisti fis-settur pubbliku u privat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-pazjenti kollha inklużi dawk għat-teħid ta’ demm, qed jingħataw appuntament mill-Health Assistants. Ir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet kollha ordnati mit-tobba qed jiġu proċessati.

Infermieri Kwalifikati — full-time u part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il infermier kwalifikat jaħdem fid-diversi djar tal-anzjani tal-Gvern: a) full-time? b) part-time? X'jiġri meta dan/dawn ikun/u bil-vacation/sick leave?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fid-Djar għall-Anzjani tal-Gvern inkluża ir-Residenza San Vincenz de Paule hemm 317 infermiera full time u 24 part time. Meta xi ħadd minn dawn l-infermiera japplikaw għal leave, isiru arranġamenti għal sostituti qabel ma jiġi approvat. Meta jkunu bis-sick leave fit-tul dawn jiġu sostituti u meta jkunu sick leave mhux fit-tul dawn jiġu sostituti mir-relieving pool.