Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi allokati għal taħriġ fil-Forzi Armati ta' Malta (AFM) mis-sena 2010 sas-sena 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-fondi allokati għal taħriġ fil-Forzi Armati ta' Malta (AFM) mis-sena 2010 sas-sena 2024 huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Dan juri kemm bħala Gvern qegħdin ninvestu f’Korpi Dixxiplinati dejjem aktar imħarrġa.
Year
Budget allocated to AFM Training
2010
€135,000
2011
€340,000
2012
€340,000
2013
€340,000
2014
€340,000
2015
€340,000
2016
€430,000
2017
€630,000
2018
€900,000
2019
€1,100,000
2020
€1,400,000
2021
€1,400,000
2022
€1,400,000
2023
€1,400,000
2024
€1,800,000
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema ta’ Identity Malta li mxew għal fuq il-kotba ta’ Transport Malta wara li rriżenjaw jew bi trasferiment, mis-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti lista tal-gradi li kienu jokkupaw dawn il-ħaddiema f’Identity Malta, inklużi part-time u dawk li qed jokkupaw bħalissa fi Transport Malta?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' koabitazzjoni ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi ta’ koabitazzjoni fis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
SENA
KUNTRATTI TA’ KOABITAZZJONI ĠEW RREĠISTRATI FIR-REĠISTRU PUBBLIKU TA’ MALTA U GĦAWDEX
2020
16
2021
57
2022
32
2023
36
2024
55
2025
19
Korpi Dixxiplinati – Persuni li siefru fl-2023 u fl-2024
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25475, 25693 u 25886 u jipprovdi lista tas-safar kollu li għamlet it-tmexxija tal-Korpi Dixxiplinati fis-snin 2023 u 2024 u jgħid: min siefer; fejn siefer; għal liema skop; kemm kienet in-nefqa; u d-dati tas-safar?
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Uffiċjali li għaddew minn proċeduri dixxiplinarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26103 u jgħid jekk preżentement fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemmx uffiċjali ingaġġati li preċedentement kienu ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom f'forzi tal-ordni oħra? Jekk iva, kemm hemm minn dawn l-uffiċjali u fuqiex kienu l-proċeduri dixxiplinarji li ttieħdu kontrihom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li ma hemm l-ebda ħaddiem li ġie mkeċċi minn korp dixxiplinat jew impedit minn li jkun ingaġġat, li ġie ngaġġat.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema skop hemm żewġ bastimenti tal-baħar tal-Korp tal-Pulizija li qed ikunu rmunkati ġewwa Ta’ Xbiex, u jekk hemmx ħlas għal tali servizz? Jekk is-servizz huwa bi ħlas, jista’ jgħid kemm hi n-nefqa u lil min qed issir?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ż-żewġ bastimenti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant huma żewġ ‘Coastal Patrol Boats’ (rhibs) li huma użati mit-taqsima tal-Protezzjoni tal-Ambjent fi ħdan il-korp tal-Pulizija. Dawn is-CPB’s huma marbuta f’postijiet ta’ rmiġġ ta’ Sandy Yacht Marina Limited fil-port ġewwa Ta’ Xbiex. Ninsab infurmat li l-post intgħażel wara sejħa għal kwotazzjonijiet u l-ħlas ta’ sena kien ta’ €5,300 VAT inkluż.
Il-Kappara, San Ġwann, San Pawl tat-Tarġa u l-Madliena — Żieda ta’ serq mid-djar
Question
Fid-dawl taż-żieda fis-serq b'mod partikolari fl-inħawi tal-Kappara, San Ġwann, San Pawl tat-Tarġa u l-Madliena, li wasslet biex residenti jibżgħu li jinsterqu waqt li jkunu fi djarhom, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tiġi żgurata s-sigurtà tagħhom u x'miżuri addizzjonali qed jittieħdu minħabba ż-żieda fis-serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li mill-istatistika miżmuma, hekk kif wieħed iqabbel sena ma’ oħra, ma jirriżultax li kien hemm xi żieda sostanzjali f’każi ta’ serq fl-inħawi li qed isemmi l-Onor. Interpellant. Infurmat li meta riċentement kien hemm xi każijiet ittieħdet azzjoni. Però l-Pulizija tibqa’ ffokata fuq ħidmitha biex tnaqqas ir-rata ta’ kriminalità u ħadet nota ta’ dak indikat f’din il-mistoqsija bl-ikbar serjetà.
Il-ħidma fiż-żona hija koperta minn diversi aspetti, fosthom b’rondi regolari u anke bix-xogħol tal-Pulizija tal-Komunità li jiffoka fuq il-prevenzjoni. Kif nassumi li jaf l-Onor. Membru fil-lokalità tal-Kappara hemm ukoll neighbourhood watch group attiv, li jiltaqa’ regolarment. Il-Pulizija tibqa’ miftuħa għal iktar djalogu u suġġerimenti, biex tieħu kull azzjoni li hemm bżonn.
Kwartieri Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili — Xogħlijiet fl-istazzjonijiet - Spejjeż
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26120 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar l-ispejjeż relatati max-xogħlijiet kollha li qegħdin isiru fl-istazzjonijiet u l-Kwartieri Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili fil-perjodu minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jindika l-mod kif ġew inkarigati l-kuntratturi, liema hija l-kumpanija li qed twettaq ix-xogħol u x’inhi l-ispiża?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni fit-totalità tagħha għad trid tkun konkluża, kif spjegat fil-mistoqsija parlamentari 26120. Infurmat li f'dawn l-istanzi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrappurtati matul is-sena 2024 f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ reati twettqu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li skont is-sistema elettronika tal-Pulizija, in-numru ta’ reati rrappurtati matul is-sena 2024 f’Ħal Qormi u t-tip ta’ reati mwettqa, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Category
2024
ARSON
OTHER PROPERTY
1
PRIVATE BUILDINGS
1
ATTEMPTED OFFENCES
THEFT - BARS/RESTUARANTS
1
THEFT - FROM VEHICLE
6
THEFT - OTHER
1
THEFT - RETAIL OUTLETS
2
THEFT - VEHICLE
1
BODILY HARM
GBH BY PHYSICAL FORCE
3
GBH WITH ARMS IMPROPER
2
SBH BY PHYSICAL FORCE
26
SBH WITH ARMS IMPROPER
4
SBH WITH ARMS PROPER
2
BREACH OF BAIL CONDITIONS
4
COMPUTER MISUSE
UNAUTHORISED ACCESS
8
USE OF OTHER PERSONS EMAIL
1
CRUELTY TO ANIMALS
1
DAMAGE
INV DAMAGE BY HIT AND RUN
20
INVOLUNTARY DAMAGE BY OTHER
1
WILFUL DAMAGE BY OTHER
32
WILFUL DAMAGE BY PAINT
1
WILFUL DAMAGE HIT AND RUN
1
DOMESTIC VIOLENCE
PSYCHOLOGICAL HARM
78
SBH BY ARMS IMPROPER
1
SBH WITH PHYSICAL FORCE
11
DRUGS
IMPORTATION
4
POSSESSION
2
ENVIRONMENTAL CRIME
ILLEGAL HUNTING
1
ILLEGAL TRAPPING
3
FORGERY
USE OF FORGED DOCUMENT
1
FRAUD
FRAUDULENT GAINS
77
INCOME TAX
1
MISAPPROPRIATION
6
USURY
1
IMMIGRATION
1
PERJURY AND FALSE SWEARING
FALSE DOCUMENTS
1
PRETENDED RIGHTS
21
SEXUAL OFFENCE
INDECENT EXPOSURE
2
RAPE
1
THEFT
BAR RESTAURANT - PREMISES
3
BUILDING SITES
3
FARMS AND FIELDS
2
GOVERNMENT BUILDINGS
1
OFFICES - PREMISES
1
OTHER THEFT
22
PICK-POCKETING
2
RESIDENCE - EXTERIOR
1
RESIDENCE - OCCUPIED
10
RESIDENCE - VACANT
3
RETAIL OUTLETS - CUSTOMERS
9
RETAIL OUTLETS - EMPLOYEES
1
RETAIL OUTLETS - PREMISES
5
RETAIL OUTLETS - SHOP LIFTING
8
SNATCH AND GRAB
2
STREETS AND PUBLIC AREAS
9
THEFT FROM VEHICLE - EXTERIOR
18
THEFT FROM VEHICLE - INTERIOR
91
THEFT OF VEHICLE
14
THREATS AND PRIVATE VIOLENCE
BLACKMAIL
4
HARASSMENT
4
PRIVATE VIOLENCE
1
VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER
REVILED AND THREATENED
3
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrappurtati matul is-sena 2024 f’Ħal Luqa? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ reati twettqu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi skont is-sistema elettronika tal-Pulizija, in-numru ta’ reati rrappurtati matul is-sena 2024 f’Ħal Luqa u t-tip ta’ reati mwettqa, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Category
2024
ARSON
VEHICLES
1
ATTEMPTED OFFENCES
THEFT - FROM VEHICLE
1
THEFT - OFFICES
1
BODILY HARM
GBH BY PHYSICAL FORCE
1
SBH BY PHYSICAL FORCE
9
SBH WITH ARMS IMPROPER
1
COMPUTER MISUSE
UNAUTHORISED ACCESS
6
DAMAGE
INV DAMAGE BY HIT AND RUN
35
INVOLUNTARY DAMAGE BY OTHER
4
WILFUL DAMAGE BY OTHER
14
WILFUL DAMAGE BY PAINT
2
WILFUL DAMAGE HIT AND RUN
2
DOMESTIC VIOLENCE
GBH WITH PHYSICAL FORCE
1
PSYCHOLOGICAL HARM
28
SBH WITH PHYSICAL FORCE
9
DRUGS
IMPORTATION
26
POSSESSION
2
TRAFFICKING
1
ENVIRONMENTAL CRIME
ILLEGAL HUNTING
1
ILLEGAL TRAPPING
1
POSSESSION PROTECTED SPECIES
1
FRAUD
CUSTOMS ORDINANCE
1
FRAUDULENT GAINS
36
MISAPPROPRIATION
1
IMMIGRATION
PASSPORTS ORDINANCE
1
PRETENDED RIGHTS
1
SEXUAL OFFENCE
VIOLENT INDECENT ASSAULT
1
THEFT
BAR RESTAURANT - PREMISES
2
BUILDING SITES
3
FARMS AND FIELDS
1
GOVERNMENT BUILDINGS
1
OFFICES - PREMISES
1
OTHER THEFT
16
PICK-POCKETING
2
RELIGIOUS TEMPLES - PREMISES
1
RESIDENCE - EXTERIOR
1
RESIDENCE - OCCUPIED
4
RESIDENCE - VACANT
2
RETAIL OUTLETS - CUSTOMERS
3
RETAIL OUTLETS - EMPLOYEES
1
RETAIL OUTLETS - PREMISES
3
STREETS AND PUBLIC AREAS
5
THEFT FROM VEHICLE - EXTERIOR
10
THEFT FROM VEHICLE - INTERIOR
18
THEFT OF VEHICLE
1
THREATS AND PRIVATE VIOLENCE
HARASSMENT
2
PRIVATE VIOLENCE
1
UNAUTHORIZED ACC IN REST AREA
2
VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER
REVILED AND THREATENED
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrappurtati matul is-sena 2024 fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ reati twettqu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li skont is-sistema elettronika tal-Pulizija, in-numru ta’ reati rrappurtati matul is-sena 2024 fis-Siġġiewi u t-tip ta’ reati mwettqa, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Category
2024
ATTEMPTED OFFENCES
THEFT - FROM VEHICLE
3
THEFT - RETAIL OUTLETS
1
BODILY HARM
GBH BY PHYSICAL FORCE
1
GBH WITH ARMS IMPROPER
1
SBH BY PHYSICAL FORCE
7
SBH WITH ARMS IMPROPER
1
BREACH OF BAIL CONDITIONS
1
COMPUTER MISUSE
UNAUTHORISED ACCESS
11
UNAUTHORISED COPYING OF DATA
1
UNAUTHORISED DISCLOSURE - DATA
1
DAMAGE
INV DAMAGE BY HIT AND RUN
3
INVOLUNTARY DAMAGE BY OTHER
1
WILFUL DAMAGE BY OTHER
12
WILFUL DAMAGE BY PAINT
1
DOMESTIC VIOLENCE
PSYCHOLOGICAL HARM
18
SBH BY ARMS IMPROPER
1
SBH BY ARMS PROPER
1
SBH WITH PHYSICAL FORCE
9
STALKING
1
DRUGS
CULTIVATION
2
POSSESSION
1
ENVIRONMENTAL CRIME
ILLEGAL HUNTING
2
ILLEGAL TRAPPING
5
OTHERS
2
WASTE CRIMES
1
FORGERY
PUBLIC DOCUMENTS
2
FRAUD
FRAUDULENT GAINS
37
MISAPPROPRIATION
1
PRETENDED RIGHTS
10
THEFT
BAR RESTAURANT - PREMISES
2
FARMS AND FIELDS
3
GOVERNMENT BUILDINGS
1
OFFICES - EMPLOYEES
1
OFFICES - PREMISES
1
OTHER THEFT
9
PICK-POCKETING
1
RESIDENCE - EXTERIOR
1
RESIDENCE - OCCUPIED
4
RESIDENCE - VACANT
1
RETAIL OUTLETS - CUSTOMERS
2
RETAIL OUTLETS - PREMISES
5
SNATCH AND GRAB
1
STREETS AND PUBLIC AREAS
5
THEFT FROM BEACHES
1
THEFT FROM SEACRAFT
2
THEFT FROM VEHICLE - EXTERIOR
5
THEFT FROM VEHICLE - INTERIOR
16
THEFT OF VEHICLE
4
THREATS AND PRIVATE VIOLENCE
BLACKMAIL
4
EXTORTION
1
HARASSMENT
1
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari
Question
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal-Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula l-interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx mill-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid xi skemi joffri l-Gvern għal min jimpjega persuni b’diżabilità? Jista' jgħid ukoll għal liema snin ta' impjieg jiġu offruti dawn l-iskemi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li Jobsplus toffri diversi inizjattivi għal min jimpjega persuni b’diżabilità.
Fosthom:
1. L-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E), kofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Gvern Malti, li tipprovdi sussidju ta’ €302 fil-ġimgħa għal tlett snin, għal kull persuna b'diżabilità ġdida f’impjieg full-time. Fil-każ ta’ impjieg part-time jingħata sussidju pro-rata li huwa ekwivalenti għall-€151 fil-ġimgħa. Ir-rata tas-sussidju tiżdied kull sena sabiex tinkorpora ż-żieda tal-għoli tal-ħajja.
2. Min jimpjega persuni b’diżabilità u mhux qed jibbenifika mill-A2E jista’ japplika biex jirċievi inċentiv fiskali ta’ 25% tas-salarju bażiku annwali għal kull persuna b’ diżabilità diġà impjegata sa massimu ta’ €4,500, immedjatament wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja.
3. Kumpaniji privati li jimpjegaw persuni b’diżabilità jistgħu japplikaw biex jiġu eżentati mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati rreġistrati b’diżabilità.
Filwaqt li s-sussidju għall-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E) huwa offrut għall-tlett snin, iż-żewġ inizjattivi l-oħra huma offruti għal żmien indefinit.
Barra mill-inċentivi msemmija hawn fuq, il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) tipprovdi servizz ta’ ‘job carving’ lil min iħaddem permezz ta’ assistenza għal xogħol addattat għall-persuni b’diżabilità. Barra minn hekk tipprovdi wkoll is-sapport ta’ ‘job coach’ skont il-ħtieġa biex il-persuna b’diżabilità titgħallem x-xogħol u tintegra fl-ambjent tax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26582 u 26583 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali rispettivament u jgħid kemm hawn liċenzji għal pompi tal-petrol f’pajjiżna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Konsulenti — Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-ingaġġar ta' konsulenti mill-Ministeru tiegħu, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi; min kienu dawn il-konsulenti; xi kwalifiki għandhom; x'inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għal kull servizz ta' konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll dawn il-konsulenti kif ingħataw dan ix-xogħol, jekk hux permezz ta' direct order jew tender?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, huma ngaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Ħaddiema part-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi part-time fil-Ministeru tiegħu u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-impjegati għandhom impjieg full-time xi mkien ieħor?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-total ta’ ħaddiema li jaħdmu part-time fid-dekasteri tal-Ministeru, jiġifieri fl-entitajiet, korpi dixxiplinati u aġenziji rispettivi, huwa ta’ 715.
Konsultazzjoni tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha (Direttiva NIS2) — Konsultazzjoni pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi rispons għall-konsultazzjoni pubblika intitolata ‘Konsultazzjoni tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 dwar miżuri għal-livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha (Direttiva NIS2)’ li ġiet ippublikata fis-6 ta’ Settembru 2024? Jekk kien hemm, jista’ jgħid minn min u x’kienu l-konklużjonijiet wara li saret din il-konsultazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-risposta hi fl-affermattiv u tali rispons ikun dejjem ippubblikat fuq is-sit elettroniku li jintuża għall-konsultazzjoni pubblika. Qed inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra għall-benefiċċju tal-Onorevoli Interpellant.
Rikorsi — Kontenut illegali ta’ natura kriminali -Ordni ta’ tneħħija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26056, f’kull każ fejn inħarget ordni ta’ tneħħija, jista’ l-Ministru jgħid a tenur ta’ liema dispożizzjoni tal-liġi inħarġet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-każi fejn inħarget ordni ta’ tneħħija, il-Pulizija mxiet fuq il-provedimenti tal-artiklu 16 tar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 t’Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u cioe’ l-Att dwar is-Servizzi Diġitali. Tali azzjoni tittieħed bħala miżura preventiva biex jitnaqqsu r-riskji.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw sentenza
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23553 tal-Leġiżlatura XIII dwar persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw sentenza, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament taċ-ċifri?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li b’żieda mal-informazzjoni provduta f’mistoqsija parlamentari 23553 tal-Leġiżlatura XIII, infurmat li bejn is-sena 2022 u 2025, kien hemm każ wieħed ta‘ suwiċidju. Wieħed irid jiftakar li wara kull numru hemm persuni u familja. Kien għalhekk li fil-ħabs ittieħdu miżuri bla preċedent favur riabilitazzjoni u għajnuna medika.