Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li attendejt u mistenni nattendi laqgħat hekk kif ġej: 25-26 ta’ Jannar – Swedish Informal Home Affairs Council Meeting – Stokkolma, l-Iżvezja, 3-4 ta' Marzu - Med 5, Malta 9 ta’ Marzu – Formal Justice and Home Affairs Council Meeting – Brussell, il-Belġju. 20-21 ta’ Marzu – Jumbo Foreign and Defence Council Meeting + Schuman Security and Defence Forum 2023 – Brussell il-Belġju 8/9 ta’ Ġunju (Dettalji għad iridu jiġu mħabbra) – Formal Justice and Home Affairs Council Meeting – Lussemburgu.

Pulizija – failed asylum seekers li għandhom policy card

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn failed asylum seekers li għandhom policy card? Din l-informazzjoni tista' tingħata skont minn liema pajjiż dawn ġejjin u kemm ilhom Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ failed asylum seekers li għandhom dokument tal-Pulizija u għadhom jitolbu estensjoni huma dawk li jidhru fit-tabella t'hawn taħt. It-tabella tinkludi wkoll in-nazzjonalità ta’ dawn il-persuni, u ż-żmien li ilhom Malta jvarja mis-sena 2004 sas-sena 2022. Il-figuri jirriflettu data miġbura fil-15 ta’ Marzu 2023. Failed asylum seekers li għandhom dokument tal-Pulizija, li għadhom jitolbu estensjoni 15.03.2023 Nazzjonalità Ammont Algeria 3 Bangladesh 24 Benin 2 Burkina Faso 10 Chad 11 China 1 Congo 7 Egypt 2 Eritrea 22 Ethiopia 18 Gambia 31 Ghana 15 Guinea 31 Guinea Bissau 6 India 3 Iran 1 Iraq 3 Ivory Coast 78 Kamerun 21 Liberia 6 Libya 7 Mali 86 Morocco 1 Mhux indikat 2 Nepal 1 Niger 17 Nigeria 117 Pakistan 19 Palestine 4 Senegal 41 Sierra Leone 7 Syria 3 Somalia 21 Sudan 103 Togo 13 Zimbabwe 1 Total 738

Kummissarju tal-Pulizija – kuntratt ta’ impjieg

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg u kwalunkwe dokument ieħor li jirregola l-impjieg tal-Kummissarju tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Kummissarju għall-Pulizija nħatar wara sejħa pubblika skont il-kundizzjonijiet hekk stabbiliti fl-istess sejħa, liema sejħa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar lill-Onor. Interpellant li din kienet l-ewwel darba li l-Kummissarju tal-Pulizija nħatar b’dan il-metodu ġdid li kien jinkludi wkoll skrutinju parlamentari. Dan bħala parti minn sensiela ta’ riformi bla preċedent biex tissaħħaħ il-governanza f’pajjiżna.

Korp tal-Pulizija – Sezzjoni tat-Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija jaħdmu fis-Sezzjoni tat-Traffiku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ pulizija li jaħdmu fis-Sezzjoni tat-Traffiku huwa kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt: Rank Numru Supretendent 1 Spettur 1 Surgenti 7 Kuntistablijiet 19 Kuntistablijiet (Għawdex) 8 Kuntistablijiet ta’ riserva 5

RIU — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement fir-Rapid Intervention Unit (RIU)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istaff complement fir-Rapid Intervention Unit (RIU) tal-Korp tal-Pulizija huwa kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt: Rank Ammont Supretendent 1 Spettur 1 Surġent 8 Kuntistabbli 63

Immigration Appeals Board – appelli fl-2022

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4594 u jgħid kemm daħlu appelli fis-sena 2022 quddiem l-Immigration Appeals Board? Kemm minn dawn l-appelli li ġew introdotti fis-sena 2022 ġew deċiżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 6873.

Immigration Appeals Board – appelli pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4595 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ appelli pendenti quddiem l-Immigration Appeals Board fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 6873.

Il-Mosta — Supretendent tal-Pulizija fid-distrett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fid-Distrett tal-Mosta hemmx Supretendent tal-Pulizija assenjat ma’ dan id-distrett biss? Jekk le x’inhi r-raġuni? Jista' jgħid liema distrett ieħor qed jieħu ħsieb is-Supretendent li qed ilaħħaq id-distrett tal-Mosta fil-preżent?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm Supretendent tal-Pulizija li huwa assenjat biex flimkien mad-Distrett ta’ Birkirkara jkopri wkoll id-Distrett tal-Mosta, kif l-esiġenzi jiddettaw. Infurmat illi fl-aħjar interess tal-Korp u tal-pubbliku inġenerali, meta jkun hemm il-ħtieġa, bħalma dejjem kienet il-prassi, kull kambjament, tqassim u rotazzjoni ta’ membri tal-Korp isir skont in-neċessitajiet u s-sitwazzjoni fiż-żmien ikkonċernat.

Sewqan taħt l-effett tal-kannabis

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6589, jista’ l-Ministru jgħid kif il-pulizija u l-uffiċjali tal-LESA se jkunu qed jaraw li ma jkunx hemm sewqan ta’ vetturi minn persuni taħt l-effett tal-kannabis fid-dawl li skont l-istess tweġiba, din ser tibqa’ illegali meta wieħed ikun qiegħed isuq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-pulizija ser jibqgħu viġilanti biex meta jkun hemm suspett raġonevoli li persuna qed issuq taħt l-effett tad-droga jieħdu azzjoni u jagħmlu talba lill-Maġistrat biex ikun jista’ jawtorizza t-teħid ta’ kampjun/i għal analiżi biex jiġi stabbilit jekk is-suspett ikunx minnu. Uffiċjali tal-LESA jistgħu jikkordinaw mal-Pulizija biex isir dan il-proċess, meta huma jiltaqgħu ma' sitwazzjonijiet fejn ikollhom ukoll l-istess suspett raġonevoli.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi. Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu. Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.

Ħaż-Żebbuġ – għeluq tal-għassa tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-binja preżenti tal-għassa tal-pulizija f’Ħaż-Żebbug hux ser tingħalaq u x’ser jiġri mill-għassa tal-pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ bħalissa tintuża minn uffiċjali tal-Pulizija li huma stazzjonati f’dan id-Distrett kif ukoll mill-Pulizija tal-Komunità. Din mhix propjetà tal-Gvern. Bħal dejjem jekk u meta l-mument ikun opportun, tittieħed deċiżjoni fl-aħjar interess tal-korp u l-komunità, dwar dak li jkollu bżonn isir.

Forensic Unit tal-Isptar Mount Carmel — residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Forensic Unit tal-Isptar Mount Carmel? Kemm hemm taħt arrest u kemm ingħataw sentenza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fil-Forensic Unit tal-Isptar Mount Carmel hemm 10 priġunieri. Hemm 6 b’arrest preventiv u 4 b’sentenza

CPD – post ta’ Direttur Ġenerali battal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu battal il-post ta' Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili? Għaliex għadu battal? Meta se toħroġ is-sejħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-Protezzjoni Ċivili hemm acting head. Is-sejħa għal din il-pożizzjoni kienet ħarġet fit-28 ta’ Ottubru 2022 (ċirkulari OPM No 16/2022).

Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6202, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.

Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali tagħha? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozza uffiċjali li tuża hi u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a. mingħand min inxtrat u kemm ġiet tiswa l-karozza uffiċjali; u/jew b. kemm qed tinkera kuljum il-karozza uffiċjali tagħha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-għamla tal-vettura hija Volvo XC60 Plugin Hybrid. Il-proċess tal-akkwist tal-vettura sar kollu fil-parametri tar-regolamenti maħruġa mis-Settur Pubbliku favur enerġija nadifa li jindikaw preferenza għal vetturi hybrid jew electric. Il-karozza hija mikrija mingħand Garden of Eden bil-prezz ta’ €45 kuljum, VAT mhux inkluż.

Rapport Annwali tar-Regolatur Għoti taċ-Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ir-Rapport Annwali tar-Regolatur (Għoti taċ-Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali) għas-sena 2021 għadu ma tqigħedx fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Kumitat responsabbli huwa skedat biex jiltaqa' fil-jiem li ġejjin u sussegwentament ikun impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

CCF – uffiċjali/ħaddiema misjuba ħatja ta’ reat

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fost l-uffiċjali/ħaddiema li daħlu jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm minnhom li kienu preċedentement ġew ikkundannati għal piena karċerarja wara li ġew misjubin ħatja ta’ reat? Jista’ jgħid kemm hemm minn dawn il-ħaddiema, x’kienu s-sentenzi li ngħataw u dwar xiex ġew misjubin ħatja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi li mill-aħħar intake li sar, l-Aġenzija la hija infurmata u lanqas kien hemm xi forma ta’ dikjarazzjoni minn xi ħaddiem/a li turi li kien hemm min kien ikkundannat għal piena karċerarja.

Marsa – Triq it-Tiġrija – aċċess

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6045 u 6775, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Prim Ministru rispettivament, u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5589, peress li l-Ministru qed jgħid li ttieħdu dawn il-miżuri biex in-nies jaqsmu t-triq b'mod aktar sigur, jista' l-Ministru jgħid kemm saru inċidenti fi Triq it-Tiġrija fiż-żmien meta t-traffic lights kienu aċċessibbli għall-pubbliku u kemm saru inċidenti fiż-żmien meta t-traffic lights kienu aċċessibbli biss għas-sidien tal-entitajiet kummerċjali, u għal kull każ jgħid kemm weġġgħu jew saħansitra mietu nies u jekk kenux fil-karozza jew pedestrians?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-verifki u dettalji kif mitluba mill-Onor. Interpellant mhux possibbli li jinġabru. Dan minħabba illi l-informazzjoni miġbura fis-sistema tal-Pulizija kif ukoll il-LESA tkopri l-inċidenti li seħħew fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa fl-interità tagħha, u mhux xi partijiet minnha. Infurmat illi parti mill-istess triq ingħatat l-isem ta’ Triq Anton Cassar xi żmien ilu.