Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-standards li jridu jiġu segwiti meta jkunu se jsiru ż-zebra crossings? Jista' jagħti tagħrif dwar fejn għandhom jitpoġġew is-sinjali (zigzag signs li jkun hemm fl-inħawi tal-istess zebra crossing)? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn is-sinjali humiex obbligatorji għal kull crossing ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tabelli u sinjali ta' zebra crossing għandhom ikunu skont l-istandards Ewropej hekk kif stabbiliti fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.57. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument maħruġ minn Transport Malta li juri l-bażi ta' dawn l-istandards u li juru fejn għandhom jitpoġġew il-marki taż-zig zag. Dawn it-tabelli u sinjali huma obbligatorji għal kull zebra crossing.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-toroq arterjali li kienu approvati biex isiru bħala parti mit-Ten T's, l-ewwel darba li dawn kienu approvati? X'bidliet saru minn dawn l-ewwel programm sal-lum? X'inhi r-raġuni għaliex dawn il-bidliet daħlu fis-seħħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Triq is-Sebħ fl-inħawi ta' Triq il-Kanun Ħal Qormi ma jistax isiru pelican lights simili għal dawk li hemm fil-bypass ta' Birkirkara minħabba li diversi residenti ilhom jilmentaw dwar dan il-bżonn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mhux rakkomandabbli li ssir pelican crossing fi Triq is-Sebħ fil-viċinanzi ta' Triq il-Kanun, Ħal Qormi, minħabba li is-central strip mhux wiesgħa biżżejjed sabiex takkommoda pedonali li jistennew, hemm dislivell bejn il-karreġġjati opposti u hemm distanza qasira wisq fejn vetturi jaqilbu min-naħa għall-oħra tal-karreġġjata.
Transport Malta — Direttorat tat-Toroq - managers - salarji u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm managers fid-Direttorat tat-toroq ta' Transport Malta? X'inhuma r-responsabilitajiet tagħhom rispettivament? Jista' jgħid kull manager kemm jitħallas kemm f'paga kif ukoll f'benefiċċji oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm 13-il manager fid-direttorat tat-toroq ta' Transport Malta. Ir-responsabilitajiet tagħhom rispettivament kif ukoll il-pagi u l-benefiċċji oħra huma ndikati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-minimum headroom li trid titħalla libera fuq it-toroq pubbliċi u minn liema avviż legali jew liġi jirriżulta dan il-valur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li L.S. 499.57, Regolamenti dwar Toroq Ġodda u Xogħlijiet f’Toroq, jistabilixxu li l-Manwal ta’ Disinn għal Toroq u Pontijiet (UK) bħala l-istandard nazzjonali ta’ disinn għal cross sections ta’ toroq u headroom.
Dawn l-istandards jistabilixxu li l-
headroom
għal
overbridges
għandu jkun ta’ 5.03m filwaqt li l-
headroom
għal sinjaletika tat-traffiku fuq toroq u f
ootbridges
għandu jkun ta’ 5.41m.
Ċertu infrastruttura ta’ toroq li ġew disinjati u mplimentati qabel dawn ir-regolamenti ġew fis-seħħ (bħalma huma l-mina ta’ Għajn Dwieli u Portes des Bombes) ġew mibnija b’
headrooms
aktar baxxi.
Santa Venera — Triq il-Kanun - problema ta' parkeġġ
Question
Jista' l-Ministru jara li mill-inqas parti minn Triq il-Kanun f'Santa Venera ssir b'parking għal ħin limitat biex titaffa l-problema maħluqa minn karozzi pparkjati minn dealers li qed jagħmluha problematika ħafna biex residenti u persuni oħra jsibu parking?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dealers tal-karozzi huma pprojbiti mil-liġi li jipparkjaw fit-triq karozzi għal skop ta' negozju.
Jista' l-Ministru jinvestiga x'qed jikkważa l-fatt li t-tappieri f'toroq li saru riċentament qed jisfrundaw regolarmant per eżempju l-bypass tal-Imtarfa u l-parti tat-triq li tagħti għall-pont tal-Mosta? Min kien responsabbli għal dawn in-nuqqasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni matul is-sena 2011 li bbenefikaw mill-iskema ta' għajnuna jekk kemm-il darba jbiddlu l-karozza antika tagħhom għal waħda ġdida?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm 2,417-il persuna li bbenefikaw minn din l-iskema matul is-sena 2011.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-karozzi antiki u l-magni u l-parts tagħhom wara li dawn ġew skrapjati u s-sidien tagħhom ingħataw għajnuna biex setgħu jixtru karozzi ġodda? Jista' jispjega jekk il-magni ta' dawn il-karozzi skrapjati jistgħux jintużaw għal vetturi oħrajn jew jekk dawn il-magni jiġux distrutti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
San Pawl il-Baħar — toroq li għandhom bżonn it-tarmac
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32296 partikularment għall-fatt li din it-triq għad m'għandhiex 70% tagħha li hi mibnija, u billi l-bini li hemm f'din it-triq hu kważi kollu mibni mill-Awtorità tad-Djar, jista' l-Ministru jikkordina l-ħidma neċessarja ma' din l-istess awtorità, biex ma nħallux persuni li ngħataw fejn joqogħdu mill-gvern innifsu ma jkunux jistgħu jidħlu f'darhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Makkinarju bix jinqara speed fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar u tal-Imrieħel
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu r-riżultati miksuba mill-makkinarju li ntuża biex jaqra l-ispeed tal-vetturi li jkunu għaddejjin mit-toroq tagħna meta dan il-makkinarju ntuża fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, u f'dik tal-Imrieħel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-istudju li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant, Transport Malta sabet li l-ispeed cameras inaqqsu l-veloċità medja tal-vetturi u jnaqqsu wkoll in-numru ta vetturi li jsuqu b'veloċità eċċessiva. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra charts bir-riżultati dettaljati.
Bormla — San Ġwann t'Għuxa - servizz ta' trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-residenti li joqogħdu San Ġwann t'Għuxa f'Bormla jekk hux se jkollhom trasport mill-Belt iktar spiss? Jista' jgħid jekk minn San Ġwann t'Għuxa jkunux jistgħu jaqbdu karozza tal-linja lejn il-pjazza ta' Bormla jew lejn il-Kalkara?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li mis-27 ta’ Mejju 2012, ir-residenti ta’ San Ġwann t’Għuxa se jkollhom l-istess frekwenza ta’ servizz minn u lejn il-Belt Valletta, jiġifieri servizz ta’ kull 30 minuta. Permezz tar-rotta 2, ir-residenti ta’ dawn l-inħawi se jkollhom konnessjoni mal-pjazza ta’ Bormla.
Fir-rigward ta’ konnessjoni minn San Ġwann t’Għuxa għall-Kalkara, wieħed jista’ jaqbad ir-rotta numru 3 bi frekwenza ta’ kull 30 minuta minn Triq Għajn Dwieli.
Ħaż-Żabbar — residenti ta' St. Peter's - servizz ta' trasport pubbliku bħal ta' qabel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fir-residenti ta' St. Peter's f'Ħaż-Żabbar jekk hux se jkollhom servizz għall-Belt jew għax-Xgħajra bħalma kellhom qabel ma bdiet ir-riforma tat-trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-iskeda tas-sajf 2012, se jkun ipprovdut servizz bejn il-Qasam St Peter's u x-Xgħajra u l-Belt Valletta.
San Ġwann — Triq San Ġiljan - stallazzjoni ta' zebra cross
Question
Billi residenti ta’ Triq it-Trunċiera t-Twila Kappara San Ġwann qegħdin isibuha diffiċli ħafna biex jaqsmu t-Triq San Ġiljan ġewwa San Ġwann – aktar u aktar minħabba t-traffiku li żdid sostanzjalment minħabba li din qiegħda qrib l-Isptar Mater Dei, jista' l-Ministru jara jekk tistax issir zebra crossing biex jiffaċilita dan, speċjalment billi l-Kunsill Lokali San Ġwann kien qallhom li la din hija main road taqa' taħt il-Gvern Ċentrali u fuq hekk anke kienet saret petizzjoni minn għadd ta' residenti wkoll?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba biex issir din iż-zebra crossing madankollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il upgrade ngħatat fil-qasam maniġerjali mis-sena 2010 sal-lum fi Transport Malta u x'wassal sabiex jingħataw dawn l-upgrades? Jista' jipprovdi l-lista ta' dawn il-persuni flimkien mad-dipartiment u żieda li ġew mogħtija fis-salarji tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ngħataw 20 upgrades fi Transport Malta mis-sena 2010 sal-lum. Dawn l-upgrades saru minħabba li r-responsabbilta`, l-akkontabbilta` u l-impatt tax-xogħol rispettiv tal-uffiċċjali konċernati kienu kkunsidrati f’livell għola minn dak li fil-fatt kienu jokkupaw.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-
upgrades.
Msida — Triq Giorgio Mitrovich - tender għax-xogħlijiet
Question
Jista' l-Minsitru jgħid Transport Malta meta ħarġet it-tender għax-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq Giorgio Mitrovich, Msida wara li skont il-Ministru Tonio Fenech it-tender documents kellhom jiġu mgħoddijja lilhom is-sena li għaddiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32451 dwar Transport Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk u meta nħarġet/se toħroġ is-sejħa għall-offerti li rrefererha għaliha fi tmiem ta' paragrafu 1 tat-tweġiba li hu ta, fir-rigward ta’ żoni alternattivi ta’ rmiġġ kemm ġewwa Ta' Xbiex kif wkoll fl-Imsida?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sejħa pubblika għall-offerti sabiex tiġi riorganizzata żona għall-irmiġġi f'Ta' Xbiex ħarġet nhar it-13 t'April 2012 u tagħlaq fl-4 ta' Mejju 2012. Is-sejħa għall-offerti għall-irmiġġi ġewwa l-Imsida għadha ma ħarġitx għaliex għadu qed jiġi analizzat ix-xogħol li għandu jsir.
Billi komplew jasluli aktar ilmenti minn residenti tal-Għargħur, jista' l-Minsitru jara li permezz ta’ Transport Malta jinvestiga dan l-ilment li jirrigwardja ir-Rotta Numru 21 peress li ġejt infurmat li r-referenzi għar-rotot 21 u 23 kannella tneħħew mill-bus stages tal-Mosta, Naxxar, San Ġwann u Sliema u hemm saħansitra nota li tavża, f’dawn l-istess stages li r-rotta numru 23 sejra tieqaf b’seħħ mis-27 ta' Mejju 2012?
Jista' jara x'jista' jsir peress li din ir-rotta kienet ta’ użu kbir għar-residenti tal-Mosta, Naxxar, Għargħur, San Ġwann u tas-Sliema għax kienet toħloq rabta bejn dawn id-diversi bliet u rħula u peress li taħt l-iskeda l-antika qabel ir-riforma fit-trasport kien hemm servizz dirett minn Tas-Sliema via San Ġiljan, San Ġwann, Naxxar u Mosta lejn ir-Rabat permezz tar-rotta numru 65 ukoll?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mis-27 ta’ Mejju se tiġi ntrodotta rotta ġdida bin-numru 225 liema rotta se tkun qed tieħu post parti mir-rotot 21 u 23 b’xi tibdil żgħir.
Din ir-rotta se tkun qed tgħaqqad lill-lokalitajiet ta’ tas-Sliema, San Ġiljan, San Ġwann, Naxxar, Mosta, l-Imġarr u Għajn Tuffieħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bini li Transport Malta żżomm b'titolu ta' kera? Jista' jindika liema huma dawn il-binjiet u min huma s-sidien tagħhom? Jista' jgħid kemm qed tkun in-nefqa f'kiri għal dawn il-binjiet fis-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li impjegat li huwa stazzjonat fid-Direttortat tal-Avjazzjoni fi ħdan it-Transport Malta għamel ġranet tas-Sibt jidħol overtime? Jista' jgħid x'tip ta' xogħol kien qed jesegwixxi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema impjegat qed jirreferi.