Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ingaġġ ta’ persuna — Avviż ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern

Question

B’referenza għall-avviż ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern f'Diċembru 2024 dwar ix-xogħol mogħti lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament b’paga ta’ €78,000 fis-sena, jista’ l-Ministru jispjega: a. għaliex dan l-avviż ġie ppubblikat diversi xhur wara li ngħata (skont l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, ix-xogħol ta’ konsulenza beda f’Lulju 2024); b. x'inhuma t-termini eżatti ta' dan il-kuntratt; ċ. x'kompetenza u kwalifiki għandha l-perunsa msemmija fil-qasam tat-taxxa u d-dwana; d. x'konsulenza tat sal-lum, biex tiġġustifika s-salarju li qed tingħata minn fondi pubbliċi; u e. għaliex dan ix-xogħol ta' konsulenza ngħata b'direct order u ma ġiex offrut lill-pubbliku?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija għandha esperjenza vasta fil-liġijiet fil-qasam kummerċjali, dak kriminali u ċivili, kif ukoll għarfien wiesa’ tas-servizz pubbliku. Ninfurmah ukoll illi, hija tipprovdi servizzi ta’ pariri legali fil-qasam tat-taxxa u d-dwana kif ukoll abbozzar ta’ liġijiet, Avvizi Legali u xogħol ieħor ta’ natura legali u dan sabiex timla’ l-vojt fil-qasam legali wara li kien hemm vakanza ta’ zewġ avukati, biex tassigura li jkun hemm kontinwità fil-ħidma legali meħtieġa fl-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta’ Malta. Ninfurmah ukoll illi ġew osservati ir-regoli li joħorġu mill-Public Procurement Regulations u li skont ir-Regulazzjoni 111(2)3 ta’ S.L. 601.03 hemm stipulat li “kull sitt xhur il-kap ta' l-awtorità kontraenti għandu jippubblika fil-Gazzetta lista sħiħa tal-kuntratti dipartimentali kollha mogħtija minnu b'valur ta' aktar minn ħamest t’elef ewro (€5,000). Il-kuntratt imsemmi beda fl-10 ta’ Lulju 2024 u jiskadi fid-9 ta’ Lulju 2025 hekk kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-rata hija ta’ ħamsin ewro (€50.00) fis-siegħa, għal massimu ta’ tletin siegħa xogħol fil-ġimgħa.

Ministeru għall-Finanzi – Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12046 u 18988 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21836.

Ministeru għall-Finanzi – Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 sat-8 ta’ Jannar 2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Finanzi — Baġit allokat u infiq għall-PR

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tal-Ministeru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta’ budget għall-PR huwa parti mil-line item rispettiv fl-estimi tal-budget li ngħatat kopja tagħhom u tpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kwotazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ proċedura suppost tintuża meta entità parastatali jew entità fejn il-Gvern għandu l-maġġoranza tal-ishma, tuża mezz ta’ kwotazzjoni miġbura bl-idejn jiġifieri mhux bis-sistema tal-EPPS?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-Regolament 100 tar-Regolamenti dwar L-Akkwist Pubbliku L.S. 601.03, Awtorità Kontraenti tista’ tuża metodi varji ta’ xiri meta is-sejħa għal-kwotazzjonijiet ma tkunx ġiet ippublikata fuq l-ePPS. Filfatt, ir-Regolament 100 jgħid hekk: ‘(1) Meta l-istima tal-valur ma tkunx iżjed minn ħamest elef euro (€5,000) il-provvisti, xogħlijiet jew servizzi jistgħu jiġu akkwistati mid-dipartiment nnifsu jew wara li jkun kiseb għall-inqas tliet (3) kwotazzjonijiet jew wara pubblikazzjoni fil-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern jew direttament mis-suq liberu fid-diskrezzjoni tal-Kap tal-Awtorità Kontraenti, wara li jqis x’ikun l-ammont involut, l-urġenza li biha jkun irid isir l-akkwist u r-restrizzjonijiet tal-għażla u d-disponibbilità: Iżda l-Kap ta’ Awtorità Kontraenti, elenkata fl-Iskeda 1, jista’ jiddelega l-awtorità tiegħu bil-miktub, waqt li jagħti r-raġunijiet għal dik id-delega, lil uffiċjal anzjan ta’ entità li tifforma parti mill-Awtorità Kontraenti, għall-akkwist pubbliku permezz ta’ kuntratt dirett għal provvisti, xogħlijiet jew servizzi, fejn il-valur ma jeċċedix ħames mitt euro (€500). Iżda l-akkwist pubbliku skont dak li hu msemmi hawn qabel ma għandux jeċċedi valur totali ta’ ħamest elef euro (€5,000) matul perjodu ta’ sena kalendarja: Iżda wkoll kull sitt xhur, l-uffiċjal anzjan, li jirċievi dik id-delega mill-Kap tal-Awtorità Kontraenti, għandu jagħti lill-Kap lista sħiħa tal-akkwisti pubbliċi kollha li jkunu saru skont dan is-subregolament. Din il-lista għandha tinkludi d-data tax-xiri, isem l-operatur ekonomiku, it-tip t’akkwist, in-numru tal-fattura, ir - referenza dwar il-pagament, u l-valur tal-provvisti, xogħlijiet jew servizzi: Iżda fl-aħħarnett il-Kap tal-Awtorità Kontraenti jista’ jirtira din id-delega fi kwalunkwe żmien fid-diskrezzjoni tiegħu. (2) Meta l-istima tal-valur tkun teċċedi ħamest elef euro (€5,000), iżda ma tkunx iżjed minn għaxart elef euro (€10,000), il-provvisti, xogħlijiet jew servizzi jistgħu jiġu akkwistati mid-dipartiment nnifsu jew wara li jkun kiseb kwotazzjonijiet permezz tal-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern jew direttament mis-suq liberu fid-diskrezzjoni tal-Kap tal-Awtorità Kontraenti jew xi persuna delegata minnu bil-miktub, wara li jqis x’jkun l-ammont involut, l-urġenza li biha jkun irid isir l-akkwist u r-restrizzjonijiet tal-għażla u d-disponibbilità.' Sussegwentement, ir-Regolament 102 tar-Regolamenti dwar L-Akkwist Pubbliku L.S. 601.03 jgħid hekk: ‘(1) Sakemm ma tingħatax awtorizzazzjoni bil-miktub mid-Direttur [id-Direttur tal-Kuntratti], sejħiet għal kwotazzjonijiet li jeċċedu ħamest elef euro (€5,000) u sejħiet dipartimentali għal offerti għandhom jiġu ppubblikati fil-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern. (2) Jekk l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa ma tużax il-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern għal kwotazzjonijiet jew għal sejħiet dipartimentali għal offerti, li il-valur stmat tagħhom jaqbeż il-ħamest elef euro (€5,000), hija għandha tavża bil-pubblikazzjoni tagħhom permezz ta’ avviż fil-Gazzetta’.

Kwotazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-massimu fi flus li fornitur (supplier) jista’ jakkwista xogħol permezz tas-sistema tal-EPPS, f’kull perjodu (eż. kull sena jew kull darba li jipprovdi tali servizz)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-Regolamenti dwar L-Akkwist Pubbliku L.S. 601.03 ma jistabilixxux massimu ta’ flus li operatur ekonomiku jista’ jakkwista xogħol permezz tas-sistema tal-ePPS. Barra minn hekk, dawn ir-regolamenti ma jistabilixxux limitu f’terminu ta’ żmien u ta’ valur għas-servizz li jkun qed jiġi pprovdut. Madankollu, qabel tinħareġ sejħa għal-offerti, l-Awtorità Kontraenti trid tagħmel il-kalkolu tal-valur stmat tal-akkwist. Filfatt, ir-Regolament 28(1) tar-Regolamenti dwar L-Akkwist Pubbliku L.S. 601.03 jgħid hekk: ‘(1) Il-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist għandu jkun ibbażat fuq l-ammont totali pagabbli, mingħajr il-VAT, kif stmat mill-awtorità kontraenti, inkluz kull forma ta’ għażla u kull tiġdid tal-kuntratti kif stipulat b’mod espliċitu fid-dokumenti ta’ akkwist.’

Twelid ta’ Trabi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-trabi twieldu lil ċittadini barranin u kemm twieldu lil dawk li għandhom ċittadinanza Maltija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Imwiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu persuni fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 maqsuma sena b’sena? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kellhom aktar minn 80 sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta u Għawdex — Popolazzjoni fil-lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni f’kull lokalità f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll għal kull lokalità kemm hemm persuni li għandhom: (a) bejn 60 u 69 sena, (b) bejn 70 u 79 sena, (c) bejn 80 u 89 sena, u (d) 90+ sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23700.

Ministeru għall-Finanzi – Sponsorships u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kosulenzi — Pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika t-total ta’ kemm tħallas s’issa f’konsulenzi u spejjeż oħra mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess Ministeru lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u kumpaniji relatati, kif ukoll lid-diretturi tagħha u nies assoċjati magħha mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Air Malta plc — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx hemm nies li għadhom reġistrati bħala impjegati mal-Air Malta plc? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm huma u x’inhi n-nefqa relattiva annwali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-prezent, għad hemm 51 persuna Impjegati mal-Air Malta plc, b’nefqa relattiva annwali ta Eur 2.28 miljun.

Ministeru għall-Finanzi – Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu preżentement fil-Ministeru bħala: (a) Head of Secretariat; (b) Deputy Head of Secretariat; (c) Private Secretary; (d) Assistant Private Secretary; (e) Head Customer Care Officer; (f) Customer Care Officer; (g) Customer Care Assistant; (h) Communications Secretary; (i) Events Co-ordinator; (j) Co-ordinating Officer; (k) Secretariat Officer; (l) Secretariat Pool; (m) Senior Secretariat Messenger; (n) Secretariat Messenger; (o) Chairwoman; (p) Personal Driver; (q) Security Officer; (r) Advisor; (s) Policy Consultant; (t) Policy Co-Ordinator; (u) Photographer; (v) Person/Position of Trust oħrajn? Jista’ jgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'każ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli): (i) Disturbance Allowance; (ii) Secretariat Allowance; (iii) Bonus for Overtime Worked; (iv) Communications Allowance; (v) Fully-expensed mobile telephony; (vi) Free telephony; (vii) Pre-Paid top-ups for telephony service; (viii) Internet Service; (ix) Car Allowance; (x) Transport Allowance; (xi) Fuel Vouchers; (xii) Use of car-hired car; (xiii) Use of government-owned car; (xiv) Internet key; (xv) Tablets; (xvi) Laptops; (xvii) Peripherals; (xviii) Expertise allowance; (xix) Disturbance Allowance; (xx) Shift Allowance; (xxi) Xi tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Kif weġibt f'diversi istanzi, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi – Xiri ta’ MacBooks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninsab infurmat illi mill-bidu ta' din il-leġislatura sakemm qed titwieġeb din l-interpellanza inxtara macbook wieħed għall-uŻu ta' staff fis-segretarjat tiegħi. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija speċjalment f’xoghloijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmat illi l-MITA mhux talli ma toġġezjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.

FIAU — Penalitajiet amministrattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23352, u fid-dawl tas-sentenzi tal-qrati kostituzzjonali bħal każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma hemmx dritt ta’ appell kemm fuq punt ta’ liġi kif ukoll fuq punt ta’ fatt quddiem qorti minn din ix-xorta ta’ deċiżjonijiet tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fejn allura l-penali ma tkunx iżjed minn €5,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tajjeb li jiġi ċċarat illi s-sentenza kostituzzjonali li qed tiġi ċċitata titratta multa ta €244,679, u mhux wahda ta inqas min €5,000, u għalhekk huwa diffiċli li wieħed isib applikazzjoni, jew xi tip ta’ konnessjoni ta din id-deċizjoni tal-Qrati fir-rigward ta’ multi ta inqas minn €5,000. Nerġa’ nisħaq li multi taħt il-€5,000 jistgħu jkunu suġġett ta’ stħarrig ġudizzjarju hekk kif premess permezz tal-Artikolu 469A tal-Kodiċi tal-Organizazzjoni u l-Proċeduri Ċivili.

Ministeru għall-Finanzi – Direct Orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 23700.

MFSA — Penali amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid attwalment fil-prattika liema organu fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) hu responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjoni finali dwar l-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi u dan ukoll tenut kont tal-ammont tal-penali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), għandha diversi poteri dwar azzjonijiet ta’ l-infurzar, fosthom l-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. Attwalment, l-organu fi ħdan l-MFSA li hu responsabbli għat-teħid ta’ deċizjoni finali dwar l-impozizzjoni ta’ penali amministrattivi, huwa il-Kumitat Ezekuttiv, kif stabbilit ai termini ta’ artiklu 9 ta’ Kap 330 tal-liġijiet ta’ Malta, l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, sakemm il-poter li tiġi deċiża tali azzjoni ma tkunx ġiet delegata ai termini tal-ligi.

KM Malta Airlines u Airmalta — ġarr ta’ passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24016 u jipprovdi kemm ġarret passiġġieri għal Lourdes fi Franza u lura lejn Malta l-Air Malta (illum KM Malta Airlines), mis-sena finanzjarja 2020/2021 ’l hawn?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi — konsulenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24082, jista’ l-Ministru jagħti s-somma totali li tħallset lil kull konsulent rispettiv tal-konsulenza mogħtija lill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, mill-2022 'il hawn?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.