Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet 2017 u kemm sa issa fis-sena 2018? Kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-nunru ta’ persuni li applikaw sabiex jingħataw l-Għajnuna Soċjali (SA), Għajnuna għad-Diżimpjieg (UA), Għajnuna Soċjali għall-ommijiet singoli (SUP), Għajnuna Soċjali għal dawk illi jgawdu Protezzjoni Sussidjarja (SUA) u Għajnuna Soċjali lil min ikun qed jattendi Programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga jew alkoħol (DAD), matul l-2017 kien ta’ 2,052 persuna, filwaqt illi matul l-2018, sal-ġurnata preżenti kien ta’ 1,510 persuni.
Mill-banda l-oħra n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-istess benefiċċji msemmija u ma baqgħux, matul is-sena 2017 kien jammonta għal 3,133 persuna, filwaqt illi matul din is-sena sal-lum, kien hemm 2,981 persuna.
Santa Luċija — Housing Estate - djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu – ħsarat strutturali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu ta’ kera fil-Housing Estates ta’ Santa Luċija li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu għas-sena 2018, dwar ħsarat strutturali fi djar mikrija mill-Gvern, jew l-Awtorita` tad-Djar f’Santa Luċija, hija kif ġej ;
- 33 każ fejn tlestew it-tiswijiet illi kien hemm bżonn li jsiru,
- 4 każijiet fejn għaddejjin bit-tiswijiet bħalissa,
- 37 każ fejn it-tiswijiet illi qed isiru bħalissa huma parti minn proġett sħiħ ta’ tiswijiet u tisbieħ fil-blokok sħaħ;
- U 25 każ illi għadhom pendenti quddiem l-Awtorita` tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2017 u tul din is-sena, sal-aħħar ta’ Ottubru 2018 u jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema pajjiżi, Malta għandha ftehim sabiex isiru adozzjonijiet minn persuni Maltin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa, Malta għandha ftehim mas-Slovakkja, l-Albanija, l-Vjetnam u l-Kambodja. Barra minn hekk, ġenituri prospettivi jistgħu jaddottaw ukoll mill-Indja,l-Portugal, il-Bulgarija, l-Latvja, l-Polonja, ċ-Ċili, l-Kolombja u l-Moldova, minkejja li ma għandniex ftehim ma’ dawn il-pajjiżi.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7878, jista’ l-Ministru jgħid jekk Djar Residenzjali oħra (bħal id-Dar tal-Providenza u Dar il-Wens) għandhomx leader u staff professjonali li jgħinu lir-residenti jamministraw il-flus tagħhom (40%) wara li jitnaqqsu l-ammont tal-flus dovuti lil Għaqdiet mhux Governattivi li qed jagħtu dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport ma tidħolx fl-amministrazzjoni tal-flus (40%), tal-persuni b’diżabilità li jgħixu f’residenzi mmexxija minn Għaqdiet mhux Governattivi.
Persuni b’diżabilità – eżenzjoni mill-ħlas ta’ liċenzja tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni b’diżabilità, jew min jieħu ħsiebhom, jiġux eżentati mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija Sapport, tmexxi skema fejn persuna b’diżabilità u/jew familjari tagħha jistgħu japplikaw, għal eżenzjoni sħiħa jew parzjali fuq il-ħlas tal-liċenzja tat-triq.Dan jiddependi minn numru ta’ kundizzjonijiet, illi l-applikant irid jissodisfa, sabiex ikun eleġibbli għal dan is-sussidju/eżenzjoni.
Jista' l-Ministru jara l-każ tas-sinjura li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament liema każ marbut mas-sigurtà soċjali fejn qiegħda tallega li s-Sigurtà Soċjali bagħtulha żewġ ċekkijiet iżda hi qatt ma rċeviet xejn? Jista' jara li ssir investigazzjoni dwar min sarraf dawn iċ-ċekkijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, r-records tad-Dipartiment juru li l-persuna msemmija ilha mis-sena 2005 tirċievi l-pagamenti dovuti lilha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, dirett fil-kont bankarju tagħha.
Għaldaqstant ma jistax ikun illi ntbagħtu żewġ ċekkijiet illi ssarfu minn terzi persuni.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu ta’ kera fil-Housing Estate tal-Fgura li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu għas-sena 2018, dwar ħsarat strutturali fid-djar mikrija mill-Gvern jew l-Awtorità tad-Djar, fil-Fgura, hija kif ġej ;
- 10 każijiet fejn tlestew it-tiswijiet li kien hemm bżonn illi jsiru
- 7 każijiet fejn qed isiru x-xogħlijiet bħalissa
- 11-il każ illi għadhom pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – Ħatra ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Raħal il-Ġdid — djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu – ħsarat strutturali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu ta’ kera fid-djar tal-Gvern f’Raħal il-Ġdid li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu għas-sena 2018, dwar ħsarat strutturali fid-djar mikrija mill-Gvern jew l-Awtorita` tad-Djar, f’Raħal Ġdid, hija kif ġej ;
- 7 każijiet fejn tlestew it-tiswijiet illi kien hemm bżonn illi jsiru
- 5 każijiet fejn għaddejjin bit-tiswijiet bħalissa
- 15-il każ, fejn it-tiswijiet se jkunu qed jibdew dalwaqt, bħala parti minn proġett sħiħ ta’ tiswijiet u tisbieħ fil-blokok sħaħ;
- 25 każ illi għadhom pendenti quddiem l-Awtorita` tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ flus li jridu jħallsu dawk il-persuni li qed jagħmlu użu mis-servizzi tad-Djar Residenzjali tal-Persuni b’Diżabilità? Hemm xi persuna li hija awtorizzata mill-Istat sabiex tonfoq il-flus li jibqa’ mill-pensjoni tar-resident/a biex ikun jista’ jista’ jgħix ħajja aktar komda?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, persuni b’diżabilità li jgħixu fir-residenzi mmexxija mill-Aġenzija Sapport, jagħtu 60% tal-assistenza tagħhom lill-Aġenzija, waqt illi jkunu residenti fl-istess faċilitajiet tal-Aġenzija. Kull residenza hija amministrata minn Leader u staff professjonali li jgħinu lir-residenti, jamministraw l-40% l-oħra bħala dħul mill-assistenza, skont il-ħtieġa tal-pazjenti. L-Aġenzija tesiġi dejjem illi, l-klijenti jkunu indipendenti kemm jistgħu u l-bżonnijiet personali tagħhom ikunu inidirizzati.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma d-drittijiet ta’ dawk il-persuni li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali? Jista’ klijent jitlob aċċess għat-tagħrif li jkollha l-aġenzija dwar il-każ tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2011, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali nediet dokument illi, jelenka kemm id-drittijiet u kif ukoll id-dmirijiet ta’ persuni li jagħmlu użu mis-servzzi tal-istess Fondazzjoni.
Dan id-dokument, huwa aċċessibli f’kull post minn fejn il-Fondazzjoni topera u toffri s-servizzi tagħha.
Dwar id-dritt tal-klijenti, li jitolbu aċċess għat-tagħrif illi għandhom dwarhom l-aġenziji fi ħdan il-Fondazzjoni, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, dan l-aċċess huwa regolat permezz tal-
General Data Protection Regulations (GDPR)
li daħlet fis-seħħ f’Mejju tal-2018 u mill-leġislazzjoni Maltija, relatata ma’ din id-direttiva tal-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji li qed jingħataw is-servizz tal-Home-Start u f’liema lokalitajiet qiegħed jingħata dan is-servizz? Hemm xi waiting list sabiex familji jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz ta’ Home-Start, huwa miftuħ għal kull lokalita` f’Malta u f’Għawdex. Bħalissa Home-Start Malta għandu kuntatt ma’ wieħed u sittin familja f’Malta, tlettax-il familja f’Għawdex u għaxar familji, li qed jistennew sabiex jirċievu s-servizz. Il-familji li bħalissa qed jibbenefikaw minn Home-Start, preżentament, ġejjin mill-imsemmija lokalitajiet f’Malta u Għawdex ;
Buġibba
Ħal-Qormi
Pembroke
Il-Fgura
Bormla
Marsaskala
B'kara
San Ġwann
Il-Mosta
San Ġiljan
Safi
Iż-Żurrieq
Tas-Sliema
Il-Gżira
Is-Swatar
Il-Ħamrun
Is-Swieqi
Il-Marsa
Ħaż-Żabbar
L-iMsida
Paola
Ħaż-Żebbuġ
Ħal-Kirkop
Sta Venera
Birżebbuġa
Dingli
Pietà
In-Naxxar
Ħal-Balzan
Ta’ Kerċem
Marsalforn
Victoria
Għajnsielem
In-Nadur
Ta’ Sannat
Il-Qala
Ix-Xewkija
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7109 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li l-Ħadd, 9 ta’ Settembru 2018, bejn is-sitta u t-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, is-sistema tat-telefon fir-Residenza San Vinċenz de Paul kienet totalment mhux qed tiffunzjona, bil-konsegwenza li ma setgħux jidħlu telefonati għand it-telephone operators u dan wassal biex, fost oħrajn, ma kienx possibbli li jissejjaħ it-tabib fil-każi fejn pazjenti kellhom bżonnu u għalhekk lis-staff tas-swali kellhom imorru jfittxu huma lit-tabib? Jekk dan huwa l-każ, x’kien li wassal għal dan it-tul kollu ta’ ħin mingħajr servizz daqstant essenzjali f’post bħar-Residenza San Vinċenz de Paul li barra li jservi ta’ sptar iservi wkoll ta’ residenza? Kien hemm xi ħadd responsabbli on duty matul dak il-ħin, biex jieħu ħsieb dan l-inċident ta’ din ix-xorta ġewwa r-Residenza? X’kienet ir-raġuni għal dan in-nuqqas totali ta’ ffunzjonar tas-sistema tat-telefon? Barra minn hekk, kien tul ta’ ħin raġonevoli dak ta’ sagħtejn u nofs biex is-sistema terġa’ tiġi lura għan-normal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fid-9 ta’ Settembru 2018, ġiet irrapurtata ħsara fis-sistema tat- telefonija ġewwa r-Residenza San Vincenz de Paule. Il-proċeduri interni jesiġu li r-rapporti ta’ ħsarat fuq is-sistema tat-telefonija jiġu mressqa lill-kuntrattur ewlieni li jieħu ħsieb l-imsemmija sistema (GO plc). Wara li t-tekniku ġie fuq l-post, l-problema ġiet risolta minnufih. Kif żviluppat l-ħsara, il-management tar-Residenza ħa ħsieb jara li s-sezzjonijiet kollha jiġu nfurmati sabiex l-inkonvenjent ikun wieħed minimu, kif filfatt kien.
Filwaqt li sar arranġament minn night managers biex is-sejħiet għat-tobba isiru fuq is-sistema ċellulari, kien hemm madwar 2 talbiet fejn il-carers għamlu kuntatt mat-tobba fl-uffiċini tagħhom.
Servizz ta’ Medjazzjoni għall-Koppji bi Problemi fiż-Żwieġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-Servizz ta’ Medjazzjoni għall-Koppji bi Problemi fiż-Żwieġ tagħhom? Kemm kien hemm koppji f’dawn l-aħħar tliet snin li rrikorrew għal dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, s-Servizz tal-‘Co-parenting’ huwa servizz illi beda jiġi offrut mis-sena 2017, mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, bil-għan illi jrawwem lill-ġenituri li għaddew, jew għaddejjin minn proċess ta’ separazzjoni, jew divorzju, b’ħiliet prattiċi fit-trobbija ta’ uliedhom. L-iskop ta’ dan il-programm huwa, li jgħin lill-ġenituri jiffaċċjaw l-isfidi marbuta mas-separazzjoni, kemm bħala individwi, kif ukoll bħala ġenituri.
Il-programm jindirizza temi speċifiċi bil-għan li, l-interessi tat-tfal ikunu dejjem imħarsa. Waħda mill-akbar sfidi li ħafna ġenituri jiltaqgħu magħha, hija dik ta’ kif itejbu l-komunikazzjoni mal-ġenitur l-ieħor, bil-għan li l-interessi u l-bżonnijiet tat-tfal, dejjem jitqiesu bħala prijorità.
Il-programm huwa mifrux fuq sitt ġimgħat, fejn ikun hemm sitt laqgħat ta’ tlett siegħat-il waħda, mmexxija minn professjonisti mħarrga fis-settur. Iż-żewġ ġenituri jattendu f’żewġ gruppi separate, bil-għan illi jħossuhom aktar liberi jitkellmu fuq l-esperjenzi tagħhom.
Minn meta beda dan is-servizz, fis-sena 2017, kien hemm 57 ġenitur illi għamel kuntatt mal-ħaddiema li jieħdu ħsieb dan is-servizz u 88 ġenitur ieħor illi għamlu kuntatt fis-sena 2018. Minn dawn, kien hemm 70 ġenitur illi għaddew mill-fażi ta’ screening u 39 illi temmew il-kors b’suċċess. Hemm ukoll 18-il ġenitur ieħor illi bħalissa qegħdin jattendu l-kors. Fil-maġġoranza tal-każi, ġenitur wieħed biss jattendi għal dan il-kors, madanakollu, kien hemm 15-il każ fejn attendew iż-żewġ ġenituri.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 362 u jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru u s-Segretarju Parlamentari bejn l-2014 u l-2016 kienet kif ġej ;
- Nefqa fuq fuel għall-karozza Ministerjali tal-Onorevoli Marie Louise Coleiro Preca, Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali, mill-Ewwel ta’ Jannar 2014 sa l-Ewwel ta’ April 2014, kienet ta’ €551.16ċ.
- Nefqa fuq fuel għall-Karozza Ministerjali tal-Onorevoli Michael Farrugia, Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali kienet ta’ €7,183.34ċ.
- Nefqa fuq fuel għall-Karozza Ministerjali tal-Onorevoli Franco Mercieca, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita` u Anzjanita` Attiva, mill-Ewwel ta’ Jannar 2014 sa l-Għoxrin ta’ Marzu 2014, kienet ta’ €578.
- Nefqa fuq fuel għall-Karozza Ministerjali tal-Onorevoli Justyne Caruana, Segrtarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita` u Anzjanita` Attiva, kienet ta’ €3,932.46ċ.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 360 u jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant, għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 4653.
Mill-bidu tas-sena 2018 sal-lum, kemm kienet in-nefqa tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) għal safar? Għalxiex sar dan is-safar u kemm-il persuna kienet involuta f’kull safra? Jista’ l-Ministru jagħti break down?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
FSWS – laqgħa tal-European Association of Service Providers for Persons with Disability
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swietu lill-Gvern l-attendenza tas-seba’ impjegati tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) li attendew għal-laqgħa tal-European Association of Service Providers for Persons with Disability (EASPD) biex ġabu l-konferma li l-FSWS ġiet aċċettata bħala membru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija hija xejn. L-ispiża kollha ġiet iffinanzjata mill-fondi ewropej, allokati taħt il-European Social Fund għat-taħriġ tal-impjegati, tal-Ministeru.