Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li wara li l-Gvern ta l-appoġġ lill-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta biex il-kors tal-għalliema jitla’ minn Baċellerat għal grad ta’ Masters b’120 ECTS issa qed jawtorizza kors tal-għalliema ieħor minn istitut governattiv li jerġa’ jniżżel il-livell għal 90 ECTS? Ma jaħsibx il-Ministru li dan se joħloq anomaliji b’livelli differenti ta’ taħriġ għall-istess xogħol professjonali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Master of Education Degree tal-Istitut ġie akkreditat mill-NCFHE wara li kienu peer reviewed minn evaluators magħżula minnhom u ta' reputazzjoni għolja ħafna.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella u ż-żewġ annessi 'A' u 'B' li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ismijiet qed jingħataw lill-Onor interpellant separatament.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ma jingaġġaw ebda konsulenti. Irid jingħad però li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla tuża s-servizzi ta' 21 persuna b'konnessjoni mal-Assigurazzjoni ta' Kwalità. Is-servizz li jagħtu dawn l-individwi huwa ta’ natura ‘short term’ marbut ma’ dmirijiet ta’ Quality Assurance u National Occupational Standards b’medja ta’ total massimu ta’ bejn tlett u ħamest ijiem konsulenza.
Skola Primarja Nadur – proġett ta’ tisbiħ — periti maħtura
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx maħtura l-Periti sabiex jaħdmu fuq il-proġett ta' tisbiħ estensiv fl-Iskola Primarja tan-Nadur mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada kif kien qal li ser isir fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5836? Jekk le, jista’ jgħid għaliex għadhom ma nħatrux meta din l-iskola tinsab fi stat ħażin u hemm bżonn ta’ maintenance urġenti fejn dan il-maintenance suppost beda tliet snin ilu imma sal-lum għadu ma bediex? Jista' jgħid jekk irċeviex petizzjoni mill-ġenituri tat-tfal li jattendu din l-iskola u jekk iva jista' jpoġġi kopja tal-istess petizzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ippubblikat dik li tissejjaħ 'Dynamic Purchasing System' permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti, li hi sejħa pubblika għall-Periti li huma interessati jagħtu s-servizzi tagħhom lill-Fondazzjoni. Wara li nħarġet sejħa għall-ewwel grupp ta' Periti li huma interessati jagħtu dan is-servizz, il-Fondazzjoni se tkun qiegħda tqassam xogħlijiet differenti lill-Periti li se jintagħżlu. Fost dawn ix-xogħlijiet hemm il-proġett ta' tisbiħ tal-Iskola Primarja fin-Nadur, Għawdex.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nikkonferma li rċevejt kopja ta’ petizzjoni li ntbagħtet lill-Prinċipal. Din il-petizzjoni kellha 130 firma annessi iżda minħabba protezzjoni tad-data m’iniex f’pożizzjoni li nqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.
Trasport tal-iskola b’xejn – studenti li għadhom mingħajr is-servizz ta’ trasport
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li minkejja li l-ġenituri tagħhom applikaw għat-trasport tal-iskola b'xejn għadhom mingħajr servizz ta' trasport minn u/jew lejn l-iskola tagħhom? Jista' jgħid minn liema lokalità huma l-istudenti, l-età tagħhom u f'liema skejjel jattendu? Jista' jagħti data definittiva meta dawn l-istudenti se jingħataw trasport tal-iskola b'xejn?
Jista' l-Ministru jgħid, kemm kellha u għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mal-Korporazzjoni Jobsplus mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Peress li l-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant hija kumpanija privata, qed ngħaddi l-informazzjoni li ngħatajt lill-Onor. Interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha u għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mal-Korporazzjoni Jobsplus mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Peress li l-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant hija kumpanija privata, qed ngħaddi l-informazzjoni li ngħatajt lill-Onor. Interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali.
Settur tal-edukazzjoni – għalliema, kindergarten assistants u LSEs
Question
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm żdied in-numru ta' edukaturi, inklużi għalliema, kindergarten assistants u LSEs fis-settur tal-edukazzjoni pubblika mill-2013 'il hawn? Kemm huwa kkalkulat li kien hemm nuqqas ta' għalliema fil-ftuħ tas-sena skolastika ta' din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ Għalliema, KGEs u LSEs żdied, mill-2013 ‘il hawn, kif se nsemmi:
Għalliema - 148
KGEs - 102
LSEs - 715
L-Għalliema jinkludu dawk Regolari, Instructors u Supply Teachers. Jinkludi Għalliema f’dawn il-gradi li qiegħdin jagħmlu xogħol ta’ Sapport u fis-Servizzi.
Kif kien tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-25 ta’ Settembru 2018 (PR182042), kien hemm 3 vakanzi ta’ għalliema fil-bidu tas-sena skolastika, li tnejn minnhom kienu minħabba riżenji li ġew sottomessi fil-ġranet ta’ qabel.
Libreriji pubbliċi — Kotba bil-Lingwa Taljana mislufa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Taljana li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna, tul dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Malta Libraries li s-sistema preżenti għalissa ma tipprovdix it-tip ta’ informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin bejn l-2014 u l-2017. Infurmat ukoll li n-numru ta’ Ebooks bil-lingwa Taljana li ġew mislufa minn Jannar sal-aħħar ta’ Settembru 2018 kien ta’ 29.
Libreriji pubbliċi — Kotba bil-Lingwa Franċiża mislufa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Franċiża li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna, tul dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Malta Libraries li s-sistema preżenti għalissa ma tipprovdix it-tip ta’ informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin bejn l-2014 u l-2017. Infurmat ukoll li n-numru ta’ Ebooks bil-lingwa Franċiża li ġew mislufa minn Jannar sal-aħħar ta’ Settembru 2018 kien ta’ 23.
Libreriji pubbliċi — Kotba bil-Lingwa Ġermaniża mislufa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Ġermaniża li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna tul dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Malta Libraries li s-sistema preżenti għalissa ma tipprovdix it-tip ta’ informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin bejn l-2014 u l-2017. Infurmat ukoll li n-numru ta’ Ebooks bil-lingwa Ġermaniża li ġew mislufa minn Jannar sal-aħħar ta’ Settembru 2018 kien ta’ 9.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-kors tal-First Aid isirx obbligatorju fl-iskejjel sekondarji? Kemm hemm għalliema u LSEs li għandhom taħriġ fl-Ewwel Għajnuna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-istudenti tas-suġġett VET Health & Social Care jingħataw il-kors tal-First Aid. S’issa l-istudenti l-oħra ma jingħatawx dan il-kors. Il-maġġoranza tal-iskejjel sekondarji jistiednu lill-għalliema tal-Health & Safety sabiex jagħtu dan it-taħriġ fuq erbat ijiem. Ta' min jgħid li dawn l-għalliema tal-Health & Safety huma akkreditati li jistgħu jagħtu dan it-taħriġ mill-Malta Red Cross.
Fl-iskejjel tal-Istat għandna 165 edukatur kwalifikati bħala First Aiders. Infurmat iżda, li hemm aktar edukaturi li huma kwalifikati bħala First Aiders minħabba li jkunu għamlu l-kors fil-ħin personali tagħhom. Dawn l-edukaturi ma jkunux infurmaw lid-Dipartiment li jkollhom tali kwalifika minħabba li mhumiex obbligati jagħmlu dan.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ 2015 – 2020? X’twettaq s’issa minn din il-politika nazzjonali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B’referenza għal din il-mistoqsija dwar xi twettaq s’issa mill-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ 2015 - 2020, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dettaljata dwar:
Pjan ta’ Azzjoni 1 - Spazji ġodda fil-komunità lokali għaż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.
Pjan ta’ Azzjoni 2 - Sensibilizzazzjoni, nisimgħu u nappoġġjaw il-vuċijiet taż-żgħażagħ
Pjan ta’ Azzjoni 3 - Inizjattivi għall-impenn attiv, l-empowerment u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.
Attachments:PQ 7196 - Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ.pdf
Skejjel tal-Knisja u Skejjel Indipendenti – skema ta’ trasport b’xejn għall-istudenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-għadd ta' studenti mill-iskejjel tal-Knisja u skejjel Indipendenti li mill-ftuħ tas-sena skolastika bdew jibbenefikaw mill-iskema ta’ trasport b'xejn għall-istudenti kollha? Jista' jgħid ukoll kemm huwa kkalkulat l-għadd ta' studenti li għalihom għadha ma nstabitx soluzzjoni biex huma wkoll ikollhom trasport b'xejn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitħejja sommarju tal-inizjattiva ta' servizz ta' trasport b'xejn lill-istudenti kollha inkluż l-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti. Dan ħa jkun maħruġ pubblikament din il-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Spanjola fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna? Jista’ jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba’ snin u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ta’ Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Spanjola fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi.
Rigward kotba ġodda mixtrija, infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin inxtraw 43 ktieb bil-lingwa Spanjola, filwaqt li ebda ktieb ma ngħata b’donazzjoni.
Libreriji pubbliċi — Kotba bil-Lingwa Spanjola mislufa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Spanjola li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna, tul dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Malta Libraries li s-sistema preżenti għalissa ma tipprovdix it-tip ta’ informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin bejn l-2014 u l-2017. Infurmat ukoll li n-numru ta’ ebooks bil-lingwa Spanjola li ġew mislufa minn Jannar sal-aħħar ta’ Settembru 2018 kien ta’ 4.
Servizz ta’ trasport b’xejn għall-iskejjel — studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li minn din is-sena bdew jużaw is-servizz ta’ trasport b’xejn għall-iskejjel:
a. tal-Knisja; u
b. Indipendenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li hemm 11,625 student tal-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti li bdew jużaw is-servizz ta’ trasport b’xejn minn din is-sena.
Servizz ta’ trasport b’xejn għall-iskejjel – spejjeż addizzjonali għas-servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża addizzjonali biex ġie provdut is-servizz ta’ trasport b’xejn għall-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. interpellant li l-istima tal-ispiża biex jiġi pprovdut is-servizz ta’ trasport b’xejn għall-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti hi ta’ madwar €8.5m għal sena. Madankollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li dan huwa eżerċizzju ongoing li jiddependi minn kemm studenti jagħmlu użu minnu.
Servizz ta’ trasport b’xejn għall-iskejjel – vannijiet u vetturi addizzjonali
Question
Jista’ l-Ministru tal-Edukazzjoni jgħid kemm hemm vannijiet u/jew vetturi addizzjonali li qed jintużaw biex jingħata s-servizz ta’ trasport b’xejn lill-istudenti tal-iSkejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li sal-lum vetturi rreġistrati ma’ MEDE li qed joffru servizz ta’ trasport b’xejn lill-istudenti li jattendu skejjel tal-Knisja u/jew Indipendenti hemm 972.
Servizz ta’ trasport b’xejn għall-iskejjel – ilmenti dwar dewmien fis-servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux rapporti li tfal li jattendu fl-iSkejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti mhux qed jinqdew mis-sistema l-ġdida ta’ trasport b’xejn għall-istudenti, fis-sens li t-trasport qed regolarment jiġborhom tard mid-dar u jwassalhom regolarment tard l-iskola? Jista’ jgħid x’azzjoni ħa dwar dawn l-ilmenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li qed jidħlu ilmenti mill-ġenituri/legal guardians fuq is-servizz provdut mill-operaturi li qed jipprovdu s-servizz lil studenti li jattendu skejjel tal-Knisja u Indipendenti. Għalkemm ir-rwol tal-Gvern mhux li jidħol fl-operat ta’ dan is-settur, id-dipartiment fi ħdan il-MEDE qiegħed jindirizza dawn l-ilmenti mal-operaturi konċernati sabiex kemm jista’ jkun itejjeb is-servizz provdut.
Servizz ta’ trasport b’xejn għall-iskejjel – servizz ta’ superviżjoni
Question
Jista’ l-Ministru tal-Edukazzjoni jgħid jekk hux qed jiġi provdut servizz ta’ superviżjoni fuq is-servizz ta’ trasport b’xejn għall-istudenti tal-iSkejjel tal-Knisja u Indipendenti u jekk le, għaliex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-inizjattiva ta’ servizz ta’ trasport b’xejn lill-istudenti kollha qed tiġi introdotta gradwalment.
Għal din is-sena skolastika, fuq it-trasport provdut għall-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti, il-Gvern ħalla s-servizz tas-superviżjoni jopera kif kien jopera fis-snin li għaddew. Jiġifieri, jekk is-sena l-oħra kien hemm provdut superviżjoni, il-Gvern ħalla f’idejn il-ġenituri/legal guardians jekk jagħżlux li jkollhom dan is-servizz li bħalissa għadu qed jiġi mħallas mill-ġenituri jekk jagħżlu li jeħduh.