Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26312, 26673, 26988, 27624, 27870, 28097 u 28434 u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26311, 26672, 26989, 27623, 27869, 28098 u 28433 u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AIMS — Sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28408, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti li tefgħu n-nomina tagħhom għall-kariga ta’ CEO fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport f’Malta (AIMS)? Jista’ wkoll jagħti tagħrif dwar is-sess u l-età tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu għaddej.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26308, 26601, 26815, 27627, 27873, 28094 u 28437 u jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-eks sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Data għall-bidu tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26309, 26600, 26816, 27626, 27872, 28095 u 28436 u jispeċifika d-data sottomessa mill-konċessjonarju fil-pjan ta’ investiment inizjali għall-bidu tal-operat tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26310, 26599, 26817, 27625, 27871, 28096 u 28435 u jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Andorra — Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar - Dixxiplini sportivi - Kontinġent Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma d-dixxiplini sportivi li pajjiżna se jkun qed jipparteċipa fihom fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li ser isiru f’Andorra? Jista’ jgħid ukoll min huma l-atleti Maltin residenti f’Malta li huma ddikjarati bħala Champions fid-dixxiplini rispettivi tagħhom, u m’humiex se jkunu qed jifformaw parti mill-kontinġent Malti għal din l-istess edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar jiġi organizzat mill-Kumitat Olimpiku Malti.

Skejjel primarji tal-Gvern — Proċedura meta tkun nieżla x-xita

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li jsegwu l-iskejjel primarji tal-Gvern meta tkun nieżla x-xita qabel ma jibdew il-lezzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk it-tfal jitħallewx jidħlu ġewwa l-binja tal-iskola biex ma jixxarbux?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li meta tkun nieżla x-xita l-iskejjel jieħdu l-prekawzzjonijiet neċessarji sabiex ma jħallux lit-tfal jixxarbu barra.

Supply teachers — Kors

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28245 u 28416 u jgħid meta se jiġi offrut il-kors għas-supply teachers biex ikunu jistgħu jingħataw impjieg permanenti, kif stipulat fil-ftehim settorjali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalliema supplimentari jistgħu japlikaw għal B.Ed jekk ikollhom kwalifika MQF livell 4 u MEd jekk ikollhom kwalifika MQF livell 6.

L.S. 605.02 — Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28124, 28246 u 28417 u jgħid jekk l-Artikolu 6.4 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.02 - Regolamenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet minimi Nazzjonali għall-Iskejjel kollha, għadux japplika? Jekk le, jista’ jindika x’inhuma l-istandards li japplikaw illum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MFA — Devoluzzjoni ta’ art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28298 u 28407 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27409, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra t-talba li saret mill-Malta Football Association (MFA) għal devoluzzjoni ta' art u t-tweġiba ta’ SportMalta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġie mtenni fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27409 l-proċess għadu għaddej, u għalhekk informazzjoni addizzjonali ma tistax tiġi ppublikata.

AIMS — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28412 u jgħid kemm hemm impjegati fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jagħti d-designation ta’ kull impjegat flimkien mal-paga rispettiva ta’ kull wieħed, mingħajr ma jissemmew l-ismijiet tal-impjegati kkonċernati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entita msemmija bħalissa hemm 15-il impjegat, skont is-salary structure approvata.

Il-Gudja — AIMS - Kuntratt tal-kiri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28509 u jgħid jekk il-kuntratt tal-kiri tal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) fil-Gudja wasalx fi tmiemu u għaliex ma kienx hemm tiġdid tal-kuntratt? Jista’ jgħid ukoll jekk inħariġx tender ġdid għall-kiri ta’ uffiċini, meta għalaq dan it-tender, kemm kien hemm offerti, u meta hu ppjanat li jiġi aġġudikat il-kuntratt?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Testijiet tad-doping

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28413, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-274 test tad-doping li saru fl-2024 u mill-260 test tad-doping li saru matul din is-sena, irriżultaw pożittivi? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu wara kull każ ta’ riżultat pożittiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2024 kien hemm 6 każijiet pożittivi u fl-2025 s’issa kien hemm 5 każijiet pożittivi. Infurmat li l-passi dixxiplinari ttieħdu fejn kien neċessarju.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Nefqa fuq fjuri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23484 fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21839, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni limitatament għall-2024, u ċjoè kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-sena 2024 u jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra, u fil-każ kemm kienet l-ispiża?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri hija koperta mill-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Alkoħol u droga – Kampanji ta’ għarfien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27803 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid jekk sarux jew hemmx xi ħsieb li jsiru kampanji nazzjonali ta’ għarfien dwar il-perikli ta’ użu eċċessiv ta’ alkoħol u droga fost iż-żgħażagħ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.