Triq Għajn Kajjet u Triq Bieb ir-Ruwa għal Wied il-Qlejgħa — Drenaġġ u ilma maħmuġ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser tittieħed azzjoni wara li drenaġġ u ilma maħmuġ qed joħroġ minn Triq Għajn Kajjet u Triq Bieb ir-Ruwa għal ġo Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes) u għalhekk qed jikkontamina l-ilma tal-wied u l-ekosistema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li minn spezzjoni li saret fiż-żona indikata ma ġew identifikati ebda leakages (jew skular) mill-infrastruttura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u ġie konfermat li l-kontenut li qed issir referenza għalih mhux drenaġġ, imma ilma li ħiereġ minn għelieqi privati ta’ individwi. Infurmata wkoll li fil-wied innifsu ma ġiet innutata l-ebda ħsara marbuta ma’ skular ta’ likwidu, anke għax id-disinn tal-wied joffri protezzjoni kontra dan it-tip ta’ kontaminazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mal-Ministeru tagħha? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, tista’ tgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat lill-kollega tagħha għall-mistoqsija parlamentari 24614, ġejt infurmata li l-informazzjoni kif mitluba ma tkunx tista’ tinġabar minħabba n-natura sensittiva u privata tagħha. Intenni li l-Gvern jibqa’ kommess li japplika politiki u miżuri inklussivi fuq il-post tax-xogħol biex jissaħħaħ l-istatus ta’ persuni b’diżabilità impjegati, kif spjegat fl-interpellenza li rreferejt għaliha.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Persuni b'diżabilità — Impjegati
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' xi entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħtha? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, tista’ tgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Tista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mas-Segretarjat Parlamentari li jaqa' taħt il-Ministeru tagħha? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, tista’ tgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Tista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tagħha? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, tista’ tgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Ħaddiema Għawdxin
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25749, tista’ l-Ministru tgħid mit-98 ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet li jaqgħu taħtha:
i. xi gradi huma dawn il-ħaddiema Għawdxin;
ii. f’liema direttorat jaħdmu;
iii. x'tip ta' xogħol jagħmlu;
iv. kemm-il sena ilhom jaħdmu mal-Ministeru tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ħaddiema li qed issir referenza għalihom hemm 28 minnhom fis-Servizz Pubbliku u 70 mal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika.
Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Studji
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 26168 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha relatati mal-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ li saru fiż-żona tal-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija maħruġa mid-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Marzu 2025 u li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 26169 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pożizzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar l-użu tal-art li fuqha ser isir l-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ fil-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?
Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Laqgħat ta’ konsultazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 26170 u tgħid jekk sarux laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-bdiewa, raħħala u l-Kunsill Lokali Mellieħa dwar l-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ fil-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-ARMS fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f’liema gradi ġew impjegati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li matul din il-Leġiżlatura, kif turi t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ġew ingaġġati mal-ARMS 78 ħaddiem fi gradi differenti u fl-istess perjodu kien hemm 94 ħaddiem li spiċċaw mill-impjieg billi rtiraw bl-età jew irriżenjaw għax sabu impjieg ieħor.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Infiq fuq hospitality
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefqu flus bħala hospitality mill-Ministeru tagħha, xahar b’xahar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f'hospitality, id-data ta' meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Ministeru ntefqu dawn il-flus f'hospitality?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-line item ta’ ‘hospitality’ fl-estimi finanzjarji tal-estimi tal-budget li kopja tagħhom diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Ħaddiema full-time
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għaċ-ċifra allokata għall-vot ta’ Allowances fl-Estimi ta’ Ambjent Malta, tista’ l-Ministru tagħti break down dettaljat biex tispjega dan l-ammont?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-line item li qed tirreferi għalih jipprovdi għall-allowances li jitħallsu l-ħaddiema ta’ Ambjent Malta. Dawn jikkonsistu fi ħlasijiet li jmorru lil hinn mis-salarju bażiku u li jsiru skont il-provedimenti tal-Ftehim Kollettiv tal-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku, ta’ kwalunkwe ftehim settorjali li jkun japplika għal klassijiet partikolari ta’ ħaddiema, ta’ provedimenti li joħorġu mill-manwali tal-Public Service Management Code u/jew approvazzjonijiet jew ftehim viġenti oħrajn.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Frar 2025?
Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, Ħad-Dingli u Ħal Luqa — New Water
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta s-servizz tan-New Water ser jitwassal Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, Ħad-Dingli u Ħal Luqa għall-benefiċċju tal-bdiewa li jaħdmu l-għelieqi fl-inħawi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, permezz ta’ kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea, għaddejja b’diversi proġetti ta’ estensjoni tas-servizz tan-New Water, kemm fil-Lbiċ ta’ Malta kif ukoll f’ Għawdex. Il-Korporazzjoni qed tevalwa wkoll il-possibbiltà biex permezz ta’ fondi li jappartjenu għall-programm il-ġdid tal-Unjoni Ewropea, tkun tista’ twettaq l-istudji meħtieġa għal estensjoni tas-servizz fl-inħawi msemmija.
ERA — Ordnijiet ta’ Waqfien u Konformità magħluqin
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25557, tista’ l-Ministru tipprovdi wkoll lista tal-ordnijiet ta’ Waqfien u Konformità magħluqin li kienu nħarġu mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fil-konfront tal-Awtorità għall-Artijiet, u għal kull avviż tispeċifika d-data, in-numru ta’ referenza u l-post?
Response (DALLI, MIRIAM)
B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 25557, irid jiġi ċċarat li sal-2021 kienet il-prassi li f’dak li jirrigwarda azzjonijiet fuq artijiet li huma tal-gvern, l-Awtorità tal-Artijiet awtomatikament kienet tkun suġġetta għall-azzjoni, flimkien ma’ min wettaq l-offiża, bħala sid l-art, stante li l-art hija mikrija/mqabbla minnha lil terzi. F’każijiet fejn min wettaq l-offiża ma kiex magħruf u/jew l-art ma kenitx taħt kirja/konċessjoni jew qbiela lil xi ħadd, l-azzjoni nħarġet fuq l-Awtorità tal-Artijiet biss. L-Ordnijiet ta’ Waqfien u Konformità (OWK) kollha maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) diġà huma aċċessibbli pubblikament fuq is-sit uffiċjali tagħha kif qed nindika permezz tad-doukement li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21257 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u tgħid kemm hawn bus shelters f’Malta li għandhom soqfa tal-perspex trasparenti? Peress li dawn is-soqfa huma trasparenti, x’tip ta’ kenn jistgħu jagħtu lill-passiġġieri li jkunu qed jistennew fil-qilla tax-xemx? Hemm xi pjan biex is-soqfa ta’ dawn il-bus shelters jinbidlu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18191 li ngħatat fit-23 ta’ April 2024, dwar is-sistema l-ġdida tan-new water fejn kien intqal li: “L-installazzjoni tal-pedestalli u smart dispensers f’Għawdex hi ppjanata li tkun kompluta fil-ġimgħat li ġejjin. Bħalissa qed isir ukoll it-tqegħid tal-fibre optic cable taħt l-art li jifforma parti integrali minn dan il-proġett. Huwa mmirat li s-sistema l-ġdida tan-new water f’Għawdex għandha tibda tiġi ttestjata u kummissjonata fit-tielet kwart ta’ din is-sena.”, tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat (xahar u sena) li jibda jintuża mill-bdiewa ta’ nħawi differenti f’Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li s-sistema tan-New Water f’Għawdex, li se tkun qed titħaddem b’teknoloġija ġdida, mistennija tkun qed topera lejn nofs din is-sena. Fil-frattemp, il-bdiewa qegħdin jagħmlu użu mis-sistema eżistenti għat-tisqija tar-raba’ tagħhom.