Legislature:
Category:
Reset
Active:

APH Limited — Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13329 u 13813 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti u l-ftehim li ġew iffirmati bejn il-Gvern u APH Limited (C 72130), u/jew mal-promoturi tal-istess soċjetà li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma l-kuntratt li ġie ffirmat bejn il-Gvern u APH Limited (C 72130). Ninsab infurmat li l-Awtorità kontraenti ma ffirmat l-ebda kuntratt mal-promoturi tal-istess soċjetà li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament f’din il-mistoqsija parlamentari.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenzi tax-xogħol u/jew timesheets relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Tehid ta' Art agrikola biex isir żvilupp ta' kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm matul dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar minn Diċembru 2021 sal-lum, ittieħdet art agrikola biex fiha sar jew se jsir żvilupp ta' kostruzzjoni?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – multi amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar tmien snin, maqsuma sena b'sena, kemm inħarġu multi amministrattivi hekk kif jirrikjedi l-artikolu 47 tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Animali, Kap. 439 tal-Liġijiet ta' Malta ġewwa l-gżira ta' Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, ser jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5396 u jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sena b’sena mis-sena 2020 sal-lum? Jista' jgħid preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu u xi grad huma?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7820.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Nefqa fuq rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtu li minnhom jixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mhemmx fond speċifiku li jismu rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.

Eks Malta Shipbuilding – Avvenimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13729.

Ħal Luqa – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13575, 13918 u 14127 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Year Number of registered farmers (Luqa) 2018 153 2019 162 2020 171 2021 178 2022 186 2023 201

Is-Siġġiewi – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13576, 13919 u 14128 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti s-Siġġiewi, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Year Number of registered farmers (Siġġiewi) 2018 603 2019 639 2020 666 2021 696 2022 730 2023 766

Ħal Kirkop — residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13577, 13943 u 14163 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Kirkop, full-time u part-time, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Year Number of registered farmers (Kirkop) 2018 79 2019 83 2020 88 2021 93 2022 96 2023 99

Bdiewa reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13578, 13944 u 14164 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Year Number of registered farmers 2013 6,777 2014 7,778 2015 8,118 2016 8,763 2017 9,350

Furjana — Triq Frangisk Saver Fenech – Ġbir ta’ żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ż-żebbuġ li hemm fis-siġar taż-żebbuġ fi Triq Frangisk Saver Fenech, il-Furjana, jiġu miġbura?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Dipartiment tal-Animal Welfare — Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Animal Welfare fil-gżira ta' Għawdex matul is-sena 2023 u kemm ittieħdu passi legali fuq trattament mhux xieraq ta’ annimali fl-istess perjodu fil-gżira ta' Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm-il sid ġie mwiddeb mingħajr ma ttieħdu passi u kemm minnhom tressqu l-Qorti? Jista’ wkoll jagħti break down sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023 saru 33 spezzjoni u kien hemm 2 sidien li ġew mogħtija multa amministrattiva u 4 każijiet li ser jitressqu l-Qorti mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali ġewwa l-gżira ta' Għawdex. Ma kien hemm l-ebda każ ta’ sid li ġie mwiddeb għaliex ttieħdu l-passi legali propizji.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ħal Qormi – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13579 u 13945 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Year Number or registered farmers (Qormi) 2013 155 2014 183 2015 194 2016 207 2017 218

Ħal Luqa – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13580 u 13946 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Year Number or registered farmers (Ħal Luqa) 2013 114 2014 126 2015 127 2016 135 2017 148

Is-Siġġiewi – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13581 u 13947 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti s-Siġġiewi, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Year Number or registered farmers (Siġġiewi) 2013 473 2014 503 2015 522 2016 558 2017 590

Ħal Kirkop — residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13582 u 13948 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Kirkop, full-time u part-time, mis-sena 2013 sas-sena 2017 u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Year Number or registered farmers (Ħal Kirkop) 2013 52 2014 64 2015 70 2016 73 2017 75

Dog parks u cat cafés

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm hawn dog parks u cat cafés differenti f'Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll meta saru u kemm ġew jiswew?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru li jien responsabli m'għandux informazjoni ta' kemm hawn dog parks u cat cafes differentti f’Malta u Għawdex.