Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-Preliminary Market Consultation (PMC) li ħarġet l-Aġenzija tal-Qrati ‘Proposal for Available Property or Land for Outright Acquisition in Victoria (Rabat) Gozo or in the Vicinity of Victoria (Rabat) Gozo to be Converted into Gozo Court’ li għalqet fis-6 ta’ Jannar 2023? Jista’ jgħid ukoll jekk il-proposti mitfugħa ġewx evalwati, jekk tħejjiex rapport fuq dawn il-proposti u jekk iva, jqiegħed ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jipproponi liġi li tagħmel “spoofing” bħala reat kriminali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi avolja tali aġir m’huwiex ikkriminalizzat f’pajjiżna bħala reat awtonomu, trasponejna d-Direttiva 2013/40/UE, tat-12 ta’ Awwissu 2013, dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, fil-Kodiċi Kriminali, fejn għandna in vigore numru ta’ provvedimenti fuq l-użu mhux kif dovut tal-computers.
Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Gvern għadu m'għamilx traspożizzjoni tal-Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni)? Jista' jgħid jekk huwiex konxju li l-Avukat tal-Istat qiegħed f’diversi kawżi jgħid li la l-Gvern Malti għadu m'għamilx tali Protokoll bħala parti mil-Liġi Maltija, ħadd ma jista’ jinvokaha u allura qiegħed iċaħħad liċ-ċittadini minn tali protezzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11423 fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11440, peress li din it-tweġiba ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba, jista' l-Ministru jgħid jekk is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu huwiex parti mill-Judicial Studies Committee? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx il-Ministru stess li nnominah f'dan il-Kumitat wara l-2021 għall-ewwel darba minn kemm ilu jeżisti dan il-Kumitat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11440.
Judicial Studies Committee — Infiq fuq safar u ikliet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11499, fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11440, peress li din it-tweġiba ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Judicial Studies Committee fuq safar u ikliet fl-2022 u fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż fuq il-mawra ta’ ġimgħa fl-Albanija għal numru żgħir ta' Maġistrati u Mħallfin ftit ġimgħat ilu u jgħid ukoll x’kien il-programm ta’ kull żjara fl-2022 u fl-2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11440.
Il-qtil ta’ Karin Grech — Investigazzjoni tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma:
i. jekk l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-qtil ta’ Karin Grech għadhiex miftuħa jew le?
ii. jekk magħluqa, meta ngħalaq il-każ uffiċjalment?
iii. għalfejn ingħalaq il-każ?
iv. jekk tressqu persuni l-Qorti f’dan il-każ, meta sar dan?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji / banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 ma kienx kemm Deputati Tal-Oppożizzjoni impjegati kif mistoqsi fil-mistoqsija. Niġbed l-attenzjoni li l-informazzjoni disponibli mill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati tkopri mil-2009 l’hawn.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11403, fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11440, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri li jmexxu jew huma involuti fit-tmexxija/koordinazzjoni tal-Judicial Studies Committee? Jista’ jgħid meta nħatru u x’inhuma l-kwalifiki tagħhom? Jista’ jgħid ukoll x'sehem kellu hu fil-ħatra tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jekk din il-persuna għandhiex kwalifiki fil-Liġi?
BCA – Implimentazzjoni ta’ Rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Quintano
Question
Peress li waqt konferenza fuq il-Baġit, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar qal li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) diġà implementat 70 mis-77 rakkomandazzjoni li hemm fir-Rapport Quintano, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn is-70 rakkomandazzjoni li ġew implimentati u liema huma s-7 li ma ġewx implimentati u jgħid ukoll għaliex ma ġewx implimentati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-Ministru, kien qal preċiżament li “minn sebgħa u sebgħin inizjattiva, sebgħin minnhom twettqu jew qegħdin f’fażi avvanzata biex jitwettqu.” Nenfasizza li matul dawn l-aħħar xhur sar ħafna xogħol sabiex aktar minn 90 fil-mija tar-rakkomondazzjoniet twettqu jew waslu biex jitwetqu. Sadanittant l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni tinnota li dawk ir-rakkomandazzjonijiet li ma ġewx implimentati, fejn applikabbli, se jsir ix-xogħol fuqhom fil-mument opportun.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Jannar 2024.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal-pagamenti għall-ħlas lill-esperti tal-qorti fil-preżent u minn meta ilhom dovuti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hemm talbiet pendenti għall-pagamenti għall-ħlas lill-esperti tal-Qorti fil-preżent sal-25 ta’ Jannar 2024.
Persuni li weħlu l-ħabs fuq nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11371 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, u jgħid kemm-il persuna weħlet il-ħabs mis-sena 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari għax ma żammitx mal-obbligazzjonijiet tagħha li tħallas il-manteniment?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numri 8414 u 9713.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu sentenzi għal servizzi fil-komunità mill-Qorti f'dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll kif il-Qorti tagħmel monitoraġġ biex tara li s-sentenza għal servizz fil-komunità twettqet u kif jiġi aċċertat li persuni vulnerabbli jkunu protetti f'dan il-proċess?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella turi kemm ingħataw sentenzi għal servizzi fil-komunità mill-Qrati ta’ Malta:
Sena20192020202120222023
Community Service Order367122529
Combination Order22529
Id-data dwar Combination Orders qed tingħata stante li hemm numru ta’ ordnijiet ta’ servizz fil-komunità li jkunu kombinati ma' elementi oħra li joħorgu mill-Att dwar il-Probation.
Mill-Qrati ta’ Għawdex ingħatat sentenza waħda għal servizz fil-komunità, liema sentenza ġiet mogħtija fis-sena 2019.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, il-monitoraġġ isir mill-Probation Officers ai termini tal-Kap. 446 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti ta' vjolenza domestika sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika konklużi bejn l-2018 u l-2023, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll:
a. x’kien il-ġeneru tal-vittmi u tal-perpetrators f’dawn il-każijiet;;
b. f'kemm minn dawn il-każijiet inħareġ ordni ta' trattament lill-perpetrators;
ċ. f'kemm minn dawn il-każijiet il-perpetrators intbagħtu għall-programm STOP – Appoġġ; u
d. f'kemm minn dawn il-każijiet inħareġ ordni ta' protezzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kawżi pendenti ta’ vjolenza domestika huwa ta’ 2129.
L-ammont ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika konklużi għas-snin 2018 sa 2023 kienu skont kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt:
Sena201820192020202120222023
Każijiet Konklużi4793521583744931054
Rigward mistoqsija:-
a. Ma tinżammx statistika f’dan ir-rigward
b. Inħarġu 23 ordni ta’ trattament lill-
perpetrators
ċ. Ma tinżammx statistika f’dan ir-rigward
d. L-ammont ta’ ordnijiet ta’ protezzjoni huma fl-ammont indikat fit-tabella ta’ hawn taħt. Din l-istatistika bdiet tinġabar mis-sena 2020
Sena
2020
2021
2022
2023
Ordnjiet ta' Protezzjoni*
91
48
88
97
* L-ammonti indikati huma ta’ ordnijiet ta’ protezzjoni kemm f’kawżi diġà konklużi kif ukoll f’dawk li għadhom pendenti
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ vjolenza domestika konklużi bejn l-2018 u l-2023, f’kull sena, il-perpetrator ġie ordnat iħalli d-dar matrimonjali jew id-dar tal-koppja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ma tistax tingħata peress li ordnijiet ta’ dan it-tip ġeneralment jingħataw permezz ta’ digriet fil-proċeduri li ta’ dawn ma tinżammx statistika.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) — Drittijiet u spejjeż dovuti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru flus fi drittijiet u spejjeż dovuti lir-Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) matul is-sena 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2023 is-somma miġbura fi drittijiet u spejjeż mir-Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) kienet ta’ €6,593,386.59.