Jista' l-Ministru jgħid liema toroq oħra ser isir ix-xogħol fihom waqt it-twettiq tal-proġett imħabbar li ser isir fuq Triq it-Tiġrija, fin-Nadur? Jista' jgħid ukoll meta hu mistenni jibda u fiex ser ikun jikkonsisti x-xogħol maġġuri fuq dawn it-toroq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser isiru t-toroq li minn fejn tal-‘bexxiexa’ n-Nadur sal-pjazza tal-Qala inkluz parti minn triq San Blas n-Nadur.
Xagħra, Għawdex — Triq ta’ Karkar - Sejħa għal xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17270 li ngħatat fis-27 ta' Marzu 2024, u tal-mistoqsija parlamentari 21563 dwar li 'l-Kunsill Lokali tax-Xagħra ħareġ tender TXLC/04/2023 Works – Resurfacing of Triq Mannar/Għejjun Junction with Hot rolled Asphalt and resurfacing of small stretch of Triq Karkar, Xagħra (up to base course only) in a resource efficient manner.' peress li f'dawn l-aħħar disa' snin sar ħafna bini fi Triq ta' Karkar u hi bla wiċċ u tinsab fi stat ħażin ħafna, fejn ġie mwieġeb li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra għaddej bid-diskussjonijiet mal-Ministeru għal Għawdex, jista’ jgħid fiex jikkonsistu dawn id-diskussjonijiet u għaliex qed isiru d-diskussjonijiet jekk diġà ħarġet is-sejħa? Jista’ jgħid ukoll meta hu maħsub li jingħalqu dawn id-diskussjonijiet u jinbeda x-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet għaddejjin u mistennija jingħalqu fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 22364.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex id-diviżjoni/sezzjoni tal-Cleansing f'dawn l-aħħar ġimgħat m’għadhiex tifforma parti mid-Direttorat tal-ECO Gozo? Jista’ jgħid ukoll ma’ liema direttorat marret din id-diviżjoni/sezzjoni u għaliex marret ma’ dan id-Direttorat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sezzjoni llum tagħmel parti mid-Direttorat għall-Manutenzjoni u l-Indafa Pubblika.
Għajnsielem — Triq Sant’Antnin li tmiss ma’ Triq ix-Xatt - Road Safety Barriers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx meta se jiġu sostitwiti r-Road Safety Barriers tal-parti ta' isfel ta' Triq Sant’Antnin li tmiss ma’ Triq ix-Xatt, f'Għajnsielem, peress li partijiet minnhom ilhom għal diversi xhur imkissrin u huma ta' periklu kbir u għadom sal-lum ma nbidlux?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-barriers ser jinbidlu matul din il-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Rural Settlements f’Għawdex u f’Malta u jgħid fejn jinsabu bħala raħal kemm f’Għawdex u kemm f’Malta u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kif dawn jiġu u ġew klassifikati bħala Rural Settelment u kemm ilhom żmien klassifikati hekk?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’ Għawdex u f’Malta it-total ta’ Rural Settlements huwa ta’ 119; li minnhom 37 jinstabu f’Għawdex u 82 jinstabu f’Malta.
It-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tindika kif inhuma mqassmin dawn ir-rural settlements skont il-Pjani Lokali, il-lokalita’ li fiha jinsabu u l-kategorija li fiha ġew ikklassifikati.
Pjanti ta’ kull rural settlement huma wkoll annessi ma’ din ir-risposta. Kull informazzjoni f’din ir-risposta tinsab fil-Pjani Lokali nfushom.
PMC For Victoria Car Park and Green Space at Pjazza l-Assedju ta' Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-'Preliminary Market Consultation' li ħareġ il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - 'PMC For Victoria Car Park and Green Space at Pjazza l-Assedju ta’ Għawdex' li għalqet fit-30 ta' Settembru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm u min kienu l-persuni jew kumpaniji li wrew interess? Jista’ jgħid issa xi jmiss isir?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm sottomissjoni waħda fil-Preliminary Market Consultation dwar il-Victoria Car Park and Green Space at Pjazza l-Assedju ta’ Għawdex, li ġiet ippublikata mill-Awtorita għall-Żvilupp Reġjonali ta’ Għawdex (GRDA). Din il-konsultazzjoni kienet fażi oħra minn sensiela ta’ studji li qed tagħmel il-GRDA biex tiġi evalwata l-fattibilità li wieħed imur għal Private Public Partnership (PPP) fil-forma ta’ konċessjoni. Min-naħa l-oħra, il-GRDA daħħlet ukoll applikazzjoni ta’ Outline Development Permit mal-Awtorita tal-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barrieri liċenzjati bħalissa f'Malta u Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu? Jista’ jgħid ukoll meta saru l-aħħar spezzjonijiet f’kull barriera u x'passi ttieħdu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdied is-sussidju tal-istudenti Għawdxin minn meta beda jingħata dan is-sussidju sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti l-figuri sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol fadal isir fi Triq l-Emigranti, fin-Nadur? Kemm-il xahar ilu li nbeda x-xogħol, u għala f'dawn l-aħħar xhur ma tkompla ebda xogħol f'din it-triq? Jista’ jgħid ukoll jekk jafx meta ser jitkompla x-xogħol u meta x-xogħol f’din it-triq ser jitlesta minn kollox?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol mistenni jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif il-proċess tal-procurement ikun jippermetti dan.
B'referenza għas-sejħa CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo, jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru sa issa, fiex kienu jikkonsistu u fejn saru permezz ta' din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa saru xogħlijiet f’parti minn Triq Marġa x-Xagħra, parti minn Triq ix-Xagħra Marsalforn, u Triq Lord Strickland Qala. Qed isiru xogħlijiet fi Triq Stellini x-Xagħra u fil-ġimgħat li ġejjin ser jitkompla x-xogħol fi Triq l-Emigranti fin-Nadur.
In-Nadur, Għawdex — Triq ir-Rabat - Railings taċ-ċint tal-bankina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9400 li ngħatat fl-14 ta’ Ġunju 2023 dwar meta se jiġu sostitwiti r-railings taċ-ċint tal-bankina ta' Triq ir-Rabat, fin-Nadur Għawdex, li jinsabu eżatt qabel id-daħla tar-raħal tan-Nadur, peress li huma kollha sadid u ta' periklu kbir, jista’ l-Ministru jgħid għaliex għaddew iktar minn sena u nofs u dawn ir-railings taċ-ċint għadhom ma ġewx sostitwiti? Jista’ jgħid ukoll jekk jafx meta dawn ir-railings se jiġu mibdula?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ser jibdew fil-bidu tas-sena l-ġdida u ser jinħadmu mill-ħaddiema tal-gvern.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21230, jista' l-Ministru jagħti d-dati li fihom ltaqa’ l-Users' Committee tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-perjodu msemmi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn min għandu liċenzja tal-insib speċjali awtorizzat għad-deroga tal-għana u kemm hawn min għandu liċenzja speċjali għad-deroga tal-insib tal-pluviera u l-malvizz?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sad-data tat-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari (29/10/2024), inħarġu total ta' 3,171 liċenzja għar-riċerka fuq l-għasafar tal-għana, u total ta' 1,381 għall-insib tal-Pluviera u l-Malvizz. Persuna li għandha ż-żewġ tipi ta' liċenzji tkun inkluża f'kull kategorija separatament. Applikazzjonijiet milqugħa skont tard kif titlob il-liġi, jistgħu jbiddlu t-totali msemmija hawn fuq.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti:
a. L-isem l-attivita;
b. L-iskop tal-attività;
c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.);
d. Id-Data tal-attività;
e. Il-post fejn saret;
f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u
g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tinbena mill-ġdid u tiġi asfaltata l-parti ta’ fuq ta’ Triq Santa Marija, f’Marsalforn, li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid ukoll jekk din hijiex ser issir matul is-sena 2024 jew fl-ewwel xhur tas-sena 2025?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li x-xogħolijiet mistennija jibdew wara din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-parkeġġ ta’ Marsalforn se jkompli jinkesa bit-tarmak peress li parti kbira mill-istess parkeġġ għadha qatt ma ngħatat it-tarmak u kull sena qed tkompli tiddeterjora?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li qed nieħu nota. It-triq ‘l quddiem hija li jew isir tarmac ġdid jew wieħed forsi jista’ jikkunsidera modifikazzjoni ta’ kif qiegħed il-parkeġġ.
Gozo Channel Operations Ltd u Gozo Channel Holding Company – Nefqa fuq overtime
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq overtime mill-Gozo Channel Operations Ltd u Gozo Channel Holding Company Ltd mill-1 ta’ Jannar 2024 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total tan-nefqa globali fuq l-overtime imħallas mill-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-lum, maqsuma xahar b’xahar huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Min-naħa l-oħra, il-Gozo Channel (Operations) Ltd m’għandhiex aċċess għall-accounts tal-Gozo Channel (Holding) Ltd, u għalhekk ma tistax tagħti risposta f’isem din il-kumpanija.
Attachments:PQ 22138 - Gozo Channel Operations Ltd u Gozo Channel Holding Company – Nefqa fuq overtime - Tabella.pdf