Ministeru għal Għawdex – fondi lill-Għaqdiet Volontarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23013 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi liema għaqdiet volontarji bbenefikaw minn fondi mqassma mill-Ministeru tiegħu sa mill-bidu tas-sena 2020 sal-jum li fih titwieġeb din id-domanda? Jista' jagħti l-ammont li kull waħda mill-għaqdiet ingħatat? Jista' jispjega wkoll il-proċess tal-għażla applikat biex intgħażlu l-għaqdiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22996 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'faċilitajiet jew dixxiplini sportivi jeżistu għall-persuni b'diżabilità f'Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x'qed jew x'se jkun qed jagħmel il-Gvern biex jgħin aktar dan il-qasam?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-ċirkostanzi preżenti - fejn il-kumpless sportiv t’Għawdex qiegħed jinbena mill-ġdid biex fil-futur qarib ikun jista’ joffri firxa wisgħa ta’ dixxiplini sportivi lill-atleti Għawdxi inkluż anki persuni b’diżabilità - il-faċilitajiet sportivi offruti fil-preżent huma għalhekk ristretti. Kull dixxiplina sportiva, inkluż anki l-programmi ‘On the Move’, huma miftuħa għall-persuni b’diżabilità.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq Dar San Ġużepp u meta suppost se jitlestew ix-xogħolijiet f'din id-dar u tinfetaħ għall-anzjani?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja l-evalwazzjoni fuq it-tender CT2281/2019 TENDER FOR THE FINISHING, FURNISHING, EQUIPING, OPERATING, MANAGING, MAINTAINING AND TRANSFERING BACK DAR SAN ĠUŻEPP.
Jista' l-Ministru jgħid bħalissa liema xogħlijiet huma għaddejjin f'Villa Lauri, Birkirkara u meta huma ppjanati li jitlestew? Meta se tkun tista' tintuża mill-istudenti Għawdxin din il-binja?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol strutturali f’Villa Lauri tlesta u bħalissa waslet fil-fażi finali l-evalwazzjoni tal-offerti għal xogħlijiet ta’ Finishes u M&Es. Din is-sejħa għall-offerti ħarġet għat-tieni darba peress li fl-ewwel sejħa l-ebda offerent ma kien amministravament, teknikament u finanzjarment eleġibli. Jinsabu ukoll fil-fażi finali l-evalwazzjoni tal-offerti dwar installazzjoni ta’ lifts u installazzjoni ta’ għamara. Ix-xogħol fuq dan il-proġett huwa mistenni li jitlesta sal-ewwel kwart tas-sena 2023.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Channel (Operations) Ltd hux qiegħda tikri post fl-Imġarr, Għawdex li qabel kien jintuża bħala supermarket, sabiex tibda tużah bħala l-uffiċċju tagħha ? Kemm ilha tikrih dan il-post, kemm hi l-kera u għalkemm u għala dan il-post għadu ma bediex jintuża għall-iskop mikri ? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kera fuq il-Mejda tal-Kamra ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Awditur Ġenerali – nuqqasijiet fil-proġett tal-Pjazza San Franġisk
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jieħu wara li l-Awditur Ġenerali sab bosta nuqqasijiet gravi fil-mod kif ġie ġestit il-proġett tal-pavimentazzjoni ta' Pjazza San Franġisk u min għandu jirrispondi għal dawn in-nuqqasijiet gravi? Iħossx il-Ministru li l-pożizzjoni tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu m'għadhiex tenibbli wara dak li rriżulta lill-Awditur Ġenerali fir-rigward ta' dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif indikat fl-istess rapport mill-Awditur Generali, l-Awtorità Kontraenti ħadet ħsieb li tittieħed azzjoni kull fejn kien hemm xi nuqqas. Dawn in-nuqqasijiet ġew irrettifikati qabel sar xi tip ta’ audit. Dan anke riżultat ta’ eżerċizzji interni u kontinwi fi ħdan il-Ministeru. Ix-xogħlijiet kollha saru wara li nġiebu l-approvazzjonijiet meħtiega mill-awtoritajiet u kif wkoll skont il-kriterji finanzjari allokati. Dan il-proġett ġie ġestit minn uffiċjali pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, iżda fejn meħtieg, ġew imqabbda wkoll uffiċjali pubbliċi minn diversi awtoritajiet oħra li għalihom il-Ministeru talab gwida. Il-Ministeru għandu fiduċja f’kull uffiċjal minn tiegħu. Dan anke fid-dawl li bħalissa l-Ministeru qed jimplimenta numru bla preċedent ta’ proġetti, dejjem b’risq il-gżira Għawdxija u r-residenti Għawdxin.
Jista’ l-Ministru għal Għawdex jgħid fiex kienet tikkonsisti t
-tender
li ħareġ il-Ministeru għal Għawdex
'for the procurement and installation of automated barriers and electronic information boards at the Xewkija Park and Ride facility, Gozo'
(MGOZ/MPU T 64/2018)? Jista’ jgħid għalfejn din it-
tender
kienet ġiet ikkanċellata u min talab li tiġi kkanċellata u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-
site plan
ta’ fejn kien ippjanat li jintużaw l-affarijiet mitluba fl-imsemmija tender? Jista’ l-Ministru jgħid jekk din it-
tender
reġgħetx ħarġet mill-ġdid, u jekk le, għalfejn ma reġgħetx ħarġet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda offerta ma ġiet mixħuta għal tender MGOZ/MPU T 64/2018 'for the procurement and installation of automated barriers and electronic information boards at the Xewkija Park and Ride facility, Gozo', b’din l-istess tender sussegwentament kienet ġiet ikkanċellata.
Jista’ l-Ministru għal Għawdex jgħid fiex kienet tikkonsisti l-applikazzjoni PA/03783/20 Location of development: Shooting Range, Triq Ghajn Mhelhel, Zebbug (Gozo) Description of works: Extension to existing shooting range as stipulated in Supplementary Guidance for Shooting Ranges Article 4.10, u għal liema skop ġiet sottomessa? Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn din l-applikazzjoni ġiet 'withdrawn' u min talab li tiġi 'withdrawn'?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar din l-applikazzjoni għadhom għaddejjin il-konsultazzjonijiet mal-istakeholders.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22528 u jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq Mġarr, fin-Nadur, meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu s' issa u kemm hu previst li se jiġu jiswew, kif ukoll jgħid x'tip ta' xogħlijiet għad fadal li jridu jitwettqu f'din it-triq u meta hu ppjanat li tkun lesta minn kollox din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bini mill-ġdid ta’ Triq Sant’Antnin tifforma parti minn proġett ferm ikbar u li, kemm fil-kumplessita’ tiegħu kif ukoll fl-investiment, huwa wiehed mill-akbar proġett li qatt sar f’Għawdex f’dak li jikkonċerna n-network ta’ toroq. Ix-xogħlijiet jestendu mill-bidu ta’ Triq Sant’Antnin f’Għajnsielem, il-bini ta’ Junction ġdida bejn Ghajnsielem, il-Qala u n-Nadur , u bini mill-ġdid ta’ aktar minn 800 metru minn Triq l-Imġarr fin-Nadur. Dawn ix-xogħlijiet irrikjedew ukoll li Triq iż-¯ewwieqa tiġi mibnija sabiex tkun tista’ tintuża bħala devjazzjoni għat-traffiku.
Il-proġett kien jitlob interventi differenti f’diversi partijiet. Ħafna mill-investiment li sar fi Triq Sant’Antnin kien jikkonċerna bini mill-ġdid tas-servizzi kollha, inkluż
walk-through
culverts
u sistema ġdida ta’
storm water culverts
. Saru wkoll xogħlijiet estensivi f’dak li jirrigwardja
retaining walls
, l-aktar fis-sezzjoni viċin il-Knisja ta’ Sant’Antnin. Ix-xogħlijiet kollha f’din it-triq, apparti t-
top layer
tal-asphalt, huma lesti.
Ix-xogħol kollu ta’ servizzi fejn gejja l-junction huwa lest. Sabiex jitnaqqas il-periklu, f’din il-parti ser tinbena
juntion
ġdida, kif mitlub minn Transport Malta. Hekk kif diġa’ ħarġu l-approvazzjonijiet mill-Lands Authority u mill-ERA, issa jonqos biss li jiġi approvat il-permess tal-Planning Authority sabiex dan ix-xogħol ukoll jitlesta.
Triq l-Imġarr inbniet mill-ġdid. Apparti l-bini tas-servizzi kollha u sistemi ġodda ta’ dwal u storm water culverts, testijiet speċjalizzati fuq il-blat u s-sotterran wasslu sabiex il-Ministeru jaddotta sistema ta’ strutturi li għal Għawdex kienu innovattivi. F’dan ir-rigward intużaw metodi ta’ pedamenti u strutturi tal-konkos varji f’partijiet fejn il-blat kellu karatteristiċi għal kollox differenti.
Ix-xogħlijiet kollha f’din it-triq huma lesti, apparti t-
top layer tal-asphalt
u dik is-sezzjoni tat-triq biswit il-ground tal-futbol. Hawn, minħabba ħsarat mhux previsti f’din il-faċilita’, kellhom isiru alterazzjonijiet fid-diżinn tal-istrutturi. Dan ix-xogħol, flimkien mal-kumplament tax-xogħlijiet fil-proġett huma mistennija li jitlestew fl-ewwel kwart tas-sena 2022.
Bħal kull proġett ieħor infrastrutturali, il-valur tax-xogħlijiet ikun bbażat fuq xogħol imkejjel. Bħalissa huwa stmat li l-valur totali mhux ha jaqbez dak approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Ministeru għal Għawdex — Diviżjoni Strateġija u Support – infiq ta’ flus
Question
Jista' l-Ministru għal Għawdex jgħid kemm intefqu flus mid-Diviżjoni Strateġija u Support fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex xahar b' xahar mill-1 ta' Jannar 2021 sal-lum?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 18659.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Permanent Secretary
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16999, 18174 u 20272 kollha kemm huma (intera) u jgħid kemm kien hemm, u fil-pre¿ent kemm hemm persuni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex li huma impjegati bħala Consultants, Persons of Trust, Position of Trust, Contract for Service , Customer Care Representatives OPM jew b'Direct Order sena b'sena u xahar b'xahar mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – kuntratti taħt il-valur ta’ €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23632 u ċjoè jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Novembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 23632.
Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 iffirmati mis-Segretarju Permanenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23633 u 23239 u jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Ottubru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 23940.
Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5000
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23634 u 23247 u jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Settembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 23941
Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5000
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' € 5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Diċembru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 23942
Ministeru għal Għawdex – Segretarju Permanenti — safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq xogħol uffiċjali s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu, sena b'sena mill-2013 sal-2021, x’kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat u kemm kienet in-nefqa ta' dawn iż-żjarat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 23944 Ministeru għal Għawdex Segretarju Permanenti - safar.pdf
Leasing of Warehouse for the Strategy and Support Division — Tender
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21445 u 22601 rigward it-tender li ħarġet f'Mejju 2021 mill-Ministeru tiegħu 'Leasing of Warehouse for the Strategy and Support Division’, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija parlamentari kollha kemm hi (intera) u jgħid: fejn f'dawn l-aħħar xhur u fil-preżent kien qed jikri l-Ministeru għal Għawdex, għal storage u upkeep ta' tiżjin u strutturi relatati? Kemm kienet l-ispiża sena b' sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar xhur il-Ministeru għal-Għawdex kera warehouse fir-Rabat Għawdex. Din il-warehouse inkriet b’direct order sakemm tigi awarded it-tender li għalqet fis-17 ta’ Novembru li għadda, liema tender kienet diġa ħarġet darboħra u ma kinietx ġiet awarded.
Il-warehouse qiegħda tinkera għal raġuni li l-Ministeru ma għandux biżżejjed spazju ta’ ħażna għat-tagħmir tal-istess Ministeru. Sa issa tħallset is-somma ta’ €9,001.04 (VAT eskluż).
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Gozo Channel Co. Ltd?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar sett ta’ financial statements tal-kumpanija Gozo Channel Co. Ltd ma jistgħux jiġu ppreżentati lill-Kamra għal raġuni li din il-kumpanija m’għadhiex teżisti għax din kienet ġiet struck off mir-Reġistratur tal-Kumpaniji fil-5 ta’ Ottubru 2016.
Jista' l-Ministru għal Għawdex iqiegħed kopja tal-ftehim li sar mal-Malta Public Transport dwar l-introduzzjoni tal-Park and Ride minn Ta' Lambert f'Għajnsielem u x-Xewkija? Jista' jgħid għaliex beda s-servizz minn dan il-post u mhux minn fejn kien ippjanat f'Ta Xħajma? Jista' jgħid għaliex fil-post fejn inbeda dan is-servizz ma hemmx fejn jistkennu l-passiġġieri u ma hemmx dwal biżżejjed u x' qed isir biex jiġi indirizzat dan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tagħrif se jingħata f’xi seduta oħra.