Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport annwali maħruġ mill-kummissarju responsabbli mill-benesseri tal-priġunieri?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. InterpellantA li r-rapport annwali tal-Kummissarju responsabbli mill-Benesseri tal-Priġunieri, li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025, qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet it-Total Fertility Rate, jiġifieri n-numru medju ta' tfal li mara mistennija li jkollha matul il-ħajja riproduttiva tagħha abbażi tar-rati ta' fertilità skont l-età, mis-sena 2000 sal-aħħar sena li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
DTU - Persuni riferuti għal programmi ta’ riabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn ġew riferuti l-persuni li ntbagħtu mid-Day Therapy Unit (DTU) għal programmi ta’ riabilitazzjoni matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena, u kemm kien hemm referenzi lejn kull faċilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 2053.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ persuni li bdew u temmew programm ta’ trattament mad-Day Therapy Unit (DTU) matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 2053.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żgħażagħ bejn it-18 u l-24 sena llum la jinsabu fl-edukazzjoni u lanqas fit-taħriġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li, skont l-aħħar data disponibbli tal-Eurostat, ir-rata għal Malta fost iż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-24 sena li ma kinux fl-impjieg, fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ (NEETS) kienet ta’ 9.0% fl-2025. Għall-istess grupp ta’ età, il-medja tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 11.8%, u għalhekk Malta tinsab taħt il-medja Ewropea.
Il-Gvern qed ikompli jaħdem biex aktar żgħażagħ jibqgħu jew jidħlu lura fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fid-dinja tax-xogħol. Dan qed isir permezz ta’ diversi miżuri, fosthom it-tisħiħ tal-mogħdijiet post-sekondarji u vokazzjonali, l-MCAST, programmi ta’ second chance education, taħriġ u lifelong learning, kif ukoll miżuri marbuta mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024–2030.
Il-Ministeru se jkompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu sabiex iż-żgħażagħ jingħataw aktar opportunitajiet biex jiksbu kwalifiki, ħiliet u esperjenzi li jwassluhom għal impjieg ta’ kwalità u parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-data kollha li wasslet għall-konklużjoni li Malta issa tinsab taħt il-medja Ewropea fl-Early Leaving from Education and Training (ELET)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li d-data li waslet għall-konklużjoni li Malta issa tinsab taħt il-medja tal-Unjoni Ewropea fir-rata tat-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ (Early Leaving from Education and Training: ELET) hija dik ippubblikata mill-Eurostat f’ Ġunju 2026, ibbażata fuq il-European Union Labour Force Survey (EU-LFS).
Skont din id-data uffiċjali, r-rata ta’ Malta għas-sena 2025 hija ta’ 8.6%, filwaqt li l-medja tal-Unjoni Ewropea (UE-27) hija ta’ 9.1%.
Qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-data uffiċjali tal-Eurostat li fuqha hija bbażata din il-konklużjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx analiżi dwar jekk iż-żieda fil-kisba ta’ kwalifiki MQF, hijiex tirrifletti titjib fil-prestazzjoni akkademika jew bidliet fil-metodu tal-assessjar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-livelli tal-MQF miksuba mill-istudenti f’Malta fi tmiem il-vjaġġ skolastiku tagħhom żdiedu b’riżultat ta’ diversi inizjattivi li saħħew il-kwalità u l-validità tal-proċess edukattiv.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persentaġġ ta’ studenti li qed jiksbu kwalifiki MQF Level 1 jew 2 huwiex qed jiżdied aktar malajr, minn dak tal-istudenti li qed jiksbu MQF Level 3?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li Id-differenza fil-persentaġġ ta’ studenti li qed jikbsu kwalifiki MQF Livell 1 jew 2 meta kkomparat ma' dawk li qed jikbsu MQF Livell 3 hija kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
2024/25
2025/26
Differenza
MQF 3
63.6%
74.5%
10.9%
MQF 2
14.6%
8.4%
-6.2%
MQF 1
1.9%
0.2%
-1.8%
Ebda Livell
19.9%
17.0%
-2.9%
Meta nqabblu din is-sena skolastika (2025/26) mas-sena skolastika li għaddiet (2024/25), kien hemm żieda sostanzjali ta’ kważi 11% f’dawk l-istudenti li kisbu MQF Livell 3 u tnaqqis globali ta 8% fl-istudenti li kisbu MQF Livell 1 jew 2. Kien hemm ukoll tnaqqis ta’ kważi 3% fl-istudenti li ma kisbux livell.
Jista’ l-Ministru jqabbel il-figuri ta’ studenti li kisbu mill-inqas pass wieħed u dawk li kisbu ħames passes jew aktar fil-livell SEC (O Level) fis-sena skolastika 2025-2026, ma’ dawk tal-aħħar ħames snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt. Tajjeb li nippreċiża li dawk tal-ewwel row, huma riflessi wkoll fit-tieni row.
Sena
Studenti li kisbu 'Pass' Wieħed
Studenti li kisbu ħames 'passes' jew aktar
2026
4822
3252
2025
4716
3279
2024
4507
2938
2023
4286
2872
2022
4272
2780
Tista' l-Ministru tgħid xi ftehim għandu l-Gvern ma' għaqdiet volontarji? Tista’ tgħid ukoll kemm kienet in-nefqa għas-sena 2025 u kemm hi stmata li se tkun in-nefqa għas-sena 2026?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għad-dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 4045, li tinkludi l-lista tal-ftehimiet ta’ sħubija soċjali, magħrufa bħala Public Social Partnerships (PSPs), li għandu dan il-Ministeru. Nirreferiha wkoll għad-dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 3747, li jinkludi l-lista tal-iskemi maħruġa mill-Ministeru u mill-MCVS.
Għawdex – Aċċess għal spieri pubbliċi għall-bdiewa u raħħala
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi li ngħataw aċċess ikkontrollat għal spieri pubbliċi li ma għadhomx jintużaw f’Għawdex u fejn għad ma hemmx provvista diretta ta’ New Water, matul l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-individwi kienu bdiewa u raħħala ġenwini jew bdiewa u raħħala żgħażagħ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’interventi infrastrutturali saru biex jiġu mmodernizzati l-landing sites tas-sajd f’Għawdex minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tigi migbura.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri estensivi ttieħdu mill-Gvern kontra l-ħela tal-ikel, minn Jannar tal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Ilma għat-Tisqija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Ilma għat-Tisqija? Jista’ jgħid ukoll meta ser jiġi ppubblikat il-pjan kollu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħidma fuq il-Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Ilma għat-Tisqija kompliet tavvanza, bil-għan li jiġi stabbilit qafas nazzjonali li jindirizza b’mod aktar sostenibbli u effiċjenti l-ħtiġijiet tal-ilma tas-settur agrikolu.
Bħalissa, il-Ministeru għaddej bil-ħidma tiegħu u qiegħed ikompli jsaħħaħ il-bażi teknika tal-pjan. Permezz ta’ koordinazzjoni mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, intalbet l-assistenza tal-FAO, u żewġ esperti ġew Malta fejn kellhom diskussjonijiet mad-Direttorat tal-Agrikoltura, entitajiet oħra tas-settur pubbliku, esperti lokali u rappreżentanti tas-settur agrikolu. Din il-ħidma tinkludi ukoll collaborazzjoni maċ-CIHEAM Bari u tikkonsisti fi-ġbir u l-integrazzjoni tad-data dwar l-użu tal-art agrikola, l-iżvilupp ta’ sistema ta’ GIS mapping, kif ukoll l-użu ta’ CROPWAT sabiex jiġu stmati b’mod aktar preċiż il-ħtiġijiet tal-ilma skont l-uċuħ tar-raba’, iż-żona u l-perjodu tas-sena.
Fl-istess waqt, diġà ttieħdu passi konkreti fil-ġestjoni tal-ilma għat-tisqija. Fost dawn hemm l-introduzzjoni ta’ sistema fejn l-allokazzjoni tan-New Water qed tintrabat mal-pjanijiet tal-uċuħ tar-raba’ tal-bdiewa, sabiex l-ilma disponibbli jkun jista’ jiġi amministrat b’mod aktar ġust, effiċjenti u marbut mal-ħtiġijiet agrikoli effettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi ta' investimenti ġodda saru fl-akwakultura fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (EEZ) mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll xi proġetti ewlenin ġew implimentati kompletament minn meta tħabbret din l-inizjattiva waqt id-Diskors tal-Baġit tal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-2024 ’l hawn, kompliet il-ħidma preparatorja relatata mal-iżvilupp sostenibbli tal-akwakultura fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (EEZ) ta’ Malta permezz ta’ studji tekniċi, evalwazzjonijiet u konsultazzjonijiet mal-entitajiet relevanti, bil-għan li jiġi stabbilit qafas adegwat għall-investiment fis-settur f’konformità mar-rekwiżiti ambjentali u regolatorji applikabbli.
Fl-istess ħin, komplew jiġu avvanzati inizjattivi oħra marbuta mal-iżvilupp tal-akwakultura fil-kuntest tal-proċeduri u l-qafas regolatorju eżistenti.
Fir-rigward tal-inizjattiva mħabbra fil-Baġit 2025, il-prijorità f’dan l-istadju kienet li jitlestew il-preparamenti tekniċi, amministrattivi u regolatorji meħtieġa sabiex il-proġett ikun jista’ jimxi għall-fażijiet sussegwenti tiegħu b’mod sostenibbli u responsabbli.
Aġenzija awtonoma għar-Riċerka fis-Sajd u l-Akwakultura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal it-twaqqif tal-Aġenzija awtonoma għar-Riċerka fis-Sajd u l-Akwakultura li tħabbret fid-Diskors tal-Baġit tal-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm investa flus il-Gvern f'din l-Aġenzija minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija Aquatic Resources Malta bdiet topera minn Marzu 2024.
L-investiment finanzjarju tal-Gvern fl-Aġenzija hu tagħrif pubbliku.