Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-gvern ċentrali fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet kulturali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema dwar Inizjattivi Kulturali. Din l-iskema ħarġet permezz ta’ Memo 37/2008 u Memo 14/2010 li kopja tagħhom intbgħatet lilu bħall-kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Għas-sena 2009 kien hemm 33 applikazzjoni u l-gvern qassam € 144,500 biex isiru 30 attivita. Fis-sena 2010, daħlu 68 applikazzjoni u il-Gvern qassam € 277,000 għal 57 attivita.
Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern biex tinfirex l-attivita’ kulturali fil-lokalitajiet tagħna kollha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema mod il-kunsilli lokali se jkunu megħjuna mill-gvern ċentrali biex ikunu organizzati aktar attivitajiet sportivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li għal dawn l-aħħar sentejn, il-Gvern nieda diversi skemi biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn kien hemm Skema dwar Inizjattivi Sportivi. Din l-iskema ħarġet permezz ta’ Memo 52/2009 u Memo 121/2010 li kopja tagħhom intbgħatet lilu bħall-kull Memorandum ieħor maħruġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Għas-sena 2009 kien hemm 46 applikazzjoni u l-gvern qassam € 33,262.80 biex jitwettqu 25 proġett ta’ natura sportiva. Għas-sena 2010 daħlu 37 applikazzjoni u l-Gvern qassam €49,189 biex isiru 27 proġett.
Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa toħroġ is-sena id-dieħla sabiex tkompli titwettaq il-politika tal-gvern dwar sport għal kulħadd.
Kunsill Lokali — skema tal-Public Private Partnership
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-iskema tal-Public Private Partnership fuq it-toroq residenzjali dawk il-kunsilli lokali li applikaw u se jieħdu sehem f'din l-iskema kemm se jieħu kull kunsill lokali?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-ġibjun li hemm f'Santa Liena, Bormla, hux responsabbilità tal-Kunsill Lokali ta' Bormla jew tal-Gvern Ċentrali? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li kulmin ifettillu jista' jmur u jiġbed l-ilma għal ġol-bowser mingħajr kontroll? Jista' jgħid jekk hemmx xi kontrolli sanitarji fuq dan l-ilma, li fl-akbar probabilità qed jinbiegħ għall-konsum domestiku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-ġibjun huwa amminstratt mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jiġu moniterjati u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat fuq bażi regolari li l-moniteraġġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali isir fuq il-Kunsilli Lokali kollha. B’mod partikolari jiġu monitorati: (a) l-Iskedi tal-Pagamenti (b) id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsilli Lokali u (ċ) l-operat finanzjarju inklużi r-Rapport Finanzjarju ta’ kull Kwart u l-Balance Sheets tal-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu d-devoluzzjonijiet kollha li saru ta’ proprjetà lill-kunsilli lokali? Meta saru? X’użu kien isir (jekk kien isir) minn din il-proprjetà qabel u x’użu qed isir minnha issa? Hemm xi talbiet pendenti? Jekk iva, minn liema kunsilli lokali, xi proprjetà qed jitolbu, għalxiex qed tintuża llum u x’se jagħmlu biha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, żewġ listi:
Lista A turi il-proprjetà devoluta lill-Kunsilli Lokali; u
Lista B turi dawk l-applikazzjonijiet għal devoluzzjoni li għadhom pendenti.
kanen mitluqin barra fuq bankina fi Triq il-Ferrovija Qadima — Birkirkara
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13094 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jirrispondi mistoqsija parlamentari 12464 u jgħid għaliex madwar tmienja jew disa' kanen kbar tal-ilma, ilhom mitluqa barra mill-bidu tar-rebbiegħa ta’ din is-sena, fuq il-bankina ta’ Triq il-Ferrovija l-Qadima kantuniera ma’ Triq Vittorio Cassar Birkirkara? Jista' jgħid kemm tiswa kull kanna tat-tip imħollija fejn qed jintqal?
kanen mitluqin barra fuq bankina fi Triq il-Ferrovija Qadima — Birkirkara
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13335 u 13094 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jirrispondi mistoqsija parlamentari 12464 u jgħid għaliex madwar tmienja jew disa' kanen kbar tal-ilma, ilhom mitluqa barra mill-bidu tar-rebbiegħa ta’ din is-sena, fuq il-bankina ta’ Triq il-Ferrovija l-Qadima kantuniera ma’ Triq Vittorio Cassar Birkirkara? Jista' jgħid kemm tiswa kull kanna tat-tip imħollija fejn qed jintqal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqisja parlamentari numru 13335.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kull kunsill lokali, kemm sar safar matul is-sena 2009? Min mill-kunsilliera kien involut f'dawn is-safar? X'kienet id-destinazzjoni? Kemm swiet lill-kunsilli lokali u x'kienet ir-raġuni għal kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14503, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Birgu — proġett bejn Dock 1 u l-monument tal-Ħelsien
Question
Issa li ġie approvat il-proġett ta' tisbiħ fl-area bejn Dock 1 u l-monument tal-Ħelsien, il-Birgu, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti hekk kif sottomessi u approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid meta beħsiebu jibda x-xogħol u meta se jitlesta? X'inhi l-ispiża ta' dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-permess PA 2287/09 ġie mpustat fit-18 ta’ Marzu 2010.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti sottomessi u kopja tal-Pjanti li ġew approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Jien infurmat li x-xogħol fuq il-proġett in kwistjoni mistenni jibda fix-xhur li ġejjin u huwa pproġettat li jitlesta fi żmien sena salv imprevvisti waqt ix-xogħol, bi spiża totali ta’ madwar €1,800,000.
Fondi mill-Unjoni Ewropea għall-problema tal-qgħad
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar kemm Malta u Għawdex separatament ħadu l-Fondi mill-Unjoni Ewropea biex il-qasam tax-xogħol jiffaċċja l-problema tal-qgħad? Jekk inġiebu xi fondi, jista' jelenka minn liema programm tal-Unjoni Ewropea dawn inkisbu? Xi proġetti twettqu jew qed jitwettqu s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15839, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Kuntratt ta' nationalisation — policy tas-Central Malta Local Plan
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kuntratt ta' nationalisation kif applikat fil-policy tas-Central Malta Local Plan CG02.3.3.3 fejn l-iskema tal-bini tispiċċa f'appoġġ mikxuf u f'każijiet bħal dawn jingħata permess għall-iżvilupp ta' end plot biex tagħlaq l-iżvilupp, hux applikabbli f'kull każ fil-lokalitajiet li jiffurmaw parti minn pjani lokali oħrajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 16399.
kunsilli lokali li organizzaw lunches/dinners fil-festi tal-Milied u tal-aħħar tas-sena għall-istaff
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm kunsilli lokal mill-2006 sal-lum li organizzaw lunches/dinners fil-festi tal-Milied u tal-aħħar tas-sena għall-istaff tagħhom imħallsa mill-fondi tal-kunsill? Liema huma dawn il-kunsilli? Fejn saru dawn l-attivitajiet u x'kienet l-ispiża ta' kull attività sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’ riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15987, qed inpoġġi fuq il Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-safriet kollha li saru mis-sindku u/jew kunsillieri lokal b'lokal bejn is-sena 2003 - 2010, fuq xogħol marbut mal-kunsill? Kemm damu f'kull każ u x'kienet ir-raġuni wara kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 14503.
segretarji u clerks li talbu li jaqilbu bir-reduced hours
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu t-talbiet minn segretarji u clerks femminili impjegati ma' kunsilli lokali li talbu li jaqilbu fuq reduced hours wara li kellhom tarbija jew ħarġu pregnant fl-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati? F'każ ta' rifjut, kemm minnhom baqgħu jaħdmu u kemm minnhom għażlu li jirriżenjaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16973, 16459, 15661, 13591 u 13055 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12807 u 13036 li saru lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 13037 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni dwar il-pompi tal-petrol/fuel f'pajjiżna, jirriżultalu l-Prim Ministru li fil-gżejjer tagħna tliet pompi għamlu l-investiment sabiex ikunu konformi mar-regoli/direttivi u standards tal-Unjoni Ewropea bid-detriment li waħda minnhom għadha magħluqa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk huwa l-każ, għaliex qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma nediex skema biex jgħin lill-pompi in kwestjoni jiġu aġġornati ma' dawn ir-regoli/standards tal-Unjoni Ewropea? X'assessment għandu l-Gvern dwar dan in-nuqqas f'pajjizna? X'inhi s-sitwazzjoni għall-futur tas-sidien, l-operaturi u l-ħaddiema tal-pompi li għad mhumiex allineati ma' dan l-iżvilupp in kwestjoni? X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini vis-à-vis l-assigurazzjonijiet, jekk jirriżulta xi inċident? X'inhi l-pożizzjoni tas-sidien u tal-ħaddiema fil-każ tal-pompa li hija konformi ma' dawn l-istandards/regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-mument? Xi pjan għandu l-Gvern quddiem din iċ-ċirkostanza u x'kumpens jew għajnuna se tingħata lis-sidien biex iwettqu l-iżviluppi meħtieġa u dan fid-dawl li jonqos il-periklu attwali għall-ħaddiema, l-operaturi u ċ-ċittadini?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Lura fl-2006, kien sar studju fuq il-pompi tal-petrol kollha f’Malta u Għawdex mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) flimkien mal-APEA (Association for Petroleum and Explosives Administration) u bil-kooperazzjoni tal-GRTU. Bħala parti minn dan l-istudju, il-pompi tal-petrol kollha kienu spezzjonati u x-xogħlijiet li kellhom bżonn isiru f’kull pompa tal-petrol kienu ġew elenkati.
Is-sena l-oħra, dan l-istudju kien rivedut, u, filwaqt li bena fuq dak li kien sar qabel, ikkwantifika wkoll in-nefqa meħtieġa biex il-pompi tal-petrol kollha f’Malta u Għawdex jilħqu l-livell meħtieġ mid-diversi direttivi tal-Parlament u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja; mill-i
standards
Ewropej maħruġin mis-
CEN
(
European Committee for Standardization
); skont linji gwida maħruġin mill-
APEA
, (li tagħha l-istess Awtorità hi membru) u mill-
INSTITUTE OF PETROLEUM, LONDON
,
Design, Construction, Modification, Maintenance and Decommissioning of Filling Stations
u mħaddnin mill-MRA. Jien infurmat li peress li dan l-istudju jifforma parti minn proċess li għadu mhux konkluż għalissa ma jistax jiġi ippublikat.
F’Malta hawn numru ta’ pompi li diġà għamlu jew qed jagħmlu xogħlijiet bl-iskop li jilħqu l-livell speċifikat hawn fuq. Barra minn hekk, waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-liċenzja biex tiġi operata pompa tal-petrol hi li l-applikant jipproduċi polza ta’ sigurtà mingħand kumpanija ta’ assigurazzjoni magħrufa li tkopri r-responsabbiltà ta’ danni għal terzi persuni.
Aktar kmieni din is-sena ddaħħlu fis-seħħ Regolamenti dwar il-
petroleum
għas-suq tal-karburanti bl-imnut fuq l-art. Marbuta ma’ dan, riċentament, intbagħtet ittra lil-liċenzjati kollha tal-pompi tal-petrol sabiex dawn japplikaw għal awtorizzazzjoni maħruġa taħt ir-Regolamenti imsemmija. Barra minnhekk, fi sforz biex tiżgura s-saħħa u s-sigurtà ,tissalvagwardja l-ambjent minn attivatijiet marbuta mal-bejgħ tal-karburanti bl-imnut fuq l-art u biex ittejjeb is-servizz lill-pubbliku, l-MRA ordnat li ċertu xogħol għandu jitlesta mill-aktar fis possibbli u fi żmien speċifikat.
L-MRA u l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), flimkien mal-APEA (
Association for Petroleum and Explosives Administration)
se jorganizzaw kors maħsub biex iħarreġ lill-inġiniera jiddisinjaw u jibnu pompi tal-petrol, skont standards Ewropej. Dan il-kors se jindirizza l-aspetti ewlenin tal-pompi tal-petrol. Barra minhekk, lura fl-2006, l-MRA organizzat kors imfassal biex ikopri r-responsabbiltajiet tal-persuna li tieħu ħsieb pompa tal-petrol. Dan il-kors se jerġa’ jsir f’qasir żmien.
Tajjeb li jingħad ukoll li diversi attivitajiet fis-suq tal-pompi tal-petrol f’Malta u Għawdex, bħal swieq oħra, huma regolati minn diversi entitajiet, fosthom il-MEPA, l-MRA, l-Awtorità Maltija dwar l-iStandards (MSA), is-
Civil Protection Department
(CPD), l-
Occupational Health and Safety Authority
(OHSA) u l-Awtorità Maltija dwar it-Trasport (TM).
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17646, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx permessi biex biċċa sostanzjali ta' art agrikola tiġi cleared, x'aktarx biex issir triq fil-parti ta' fuq ta' Wied il-Bidnija li s-site plan tagħha qed tintbagħat separatament? Jekk iva, xi jkopru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq is-siti indikati fil-parti ta' fuq ta' Wied il-Bidnija ma nħareġ l-ebda permess ghall-iżvilupp mill-MEPA. Illegalitajiet f'din l-area huma koperti b'Avviż ta' Twettiq ECF 336/10 hekk kif kien spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 18767.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti, kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi taghhom u kemm qed jithallsu fis-sena referibbilment għal: -
Awtorità dwar ix-Xandir, Kummissjoni Elettorali, Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku, Kummissjoni dwar l-Impjiegi, Awtorità dwar il-Medicini, Awtorità Maltija dwar l-Istandards, Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, Awtorità tat-Turizmu ta’ Malta, Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali, Kunsilll Malti ghall-Kultura u l-Arti, Kunsill Malti ghax-Xjenza u Teknoligija, Patrimonju Malti, Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Bord dwar il-Petizzjonijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex
full-time
u x’paga għandhom? Dan kollu senjatament ghas-snin 2008, 2009 u 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’
retainers
għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley — Enforcement Notice
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18449 u 18070 u ċioe: Minħabba li ninsab infurmat li minkejja li residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley ġew mgħarrfin li l-każ kien f'idejn l-Enforcement Section, b'acknowledgement mill-Enforncement Unit Manager wara l-ilment li għamlu permezz tal-perit tagħhom, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum skont huma l-Enforcement Notice għadha mhux qed tidher fuq il-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19059.